Illum previous editions

illum 19 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/788856

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 19 ta' Frar 2017 Sports 30 L-Għażliet Sportivi Nazzjonali Sportiv tas-Sena Steve Camilleri (Waterpolo) Wara li għen lit-tim nazzjonali jikseb kwalifikazzjoni storika fil-finali tal-Kampjonati Ewropej tal- waterpolo fis-Serbja, Steve spiċċa top scorer tal-istess kampjonati b'total ta' 21 gowl, minkejja li kien qed jikkompeti mal-aqwa plejers tal-waterpolo fl- Ewropa. Apparti dan, matul is-sena kompla bil-wirjiet pożittivi flmkien ma' Ortigia fil-Kampjonat Taljan. William Chetcuti (Sparar) William rebaħ id-deheb fit-Tazza tad-Dinja tad-Double Trap tal-ISSF f 'Baku l-Azerbajġan. Aktar tard matul is-sena, rebaħ il-midalja tal-bronż fil-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-ISFF f 'Ruma. Rebaħ id-deheb waqt il-Grand Prix Internazzjonali li sar f 'Malta u l-midalja tal-fidda fil-Fazza Italia Green Cup li saret fl-Italja. Charles Degiorgio (Tiġrijiet taż-Żwiemel) L-ewwel trainer professjonali Malti li rnexxielu jirbaħ tiġrija Ewropea Quinte fl-aqwa korsa tat-trott fl-Ewropa, Vincennes fi Franza. Apparti li kien it-trainer, huwa kien ukoll is-sewwieq. Degiorgio huwa trainer professjonali li għal dawn l-aħħar sena u nofs stabilixxa ruħu fi Franza wara li kien għamel snin ta' suċċess fl-Iskandinavja minkejja li huwa ferm diffiċli li tinfiltra fiċ-ċirku tas-suċċess meta tkun barrani. Duncan Micallef (Drag Racing) Ikkompeta fl-ogħla klassi tal-kampjonat tad-Drag Racing u huwa l-aktar sewwieq veloċi fl-Ewropa. F'Awwissu fit-trakka ta' Tierp Arena l-Iżvezja kiseb l-aqwa ħin personali tiegħu kif ukoll dak tal-kampjonat kollu, meta saq l-elf pied fi 3.913 sekondi. Ftit wara, f 'Santa Pod fl-Ingilterra reġa' kiser ir-rekord personali tiegħu, ir- rekord tal-kampjonat kif ukoll ir-rekord tat-trakka ta Santa Pod meta saq it-Top Fuel Dragster tiegħu fi 3.896 sekondi b'veloċità massima ta' 312-il mil fis- siegħa. Nathan Lee Xuereb (Sparar) Rebaħ il-midalja tad- deheb fil-Kampjonat tad- Dinja taż-Żgħażagħ f 'Suhl, il-Ġermanja. Rebaħ ukoll id-deheb fil-Kampjonat Ewropew taż-Żgħażagħ f 'Lonato u midalja oħra tad-deheb fil-Fazza Italia Green Cup fl-Italja. Sportiva tas-Sena Sue Abela (Bowling) Rebħet il-midalja tad-deheb fil-kategorija individwali u bronż fid- doppji waqt il-Kampjonat tal- Mediterran tal-Bowling f 'Bologna f 'April. Rebħet ukoll il-bronż fil-kategorija individwali u bronż fid-doppji fil- Kampjonati tal-Commonwealth tal- Bowling li saru f 'Novembru fil-Malasja. Tiziana Carannante (Bowling) Rebħet l-ewwel midalja tad-deheb qatt mirbuħa minn Malta fil-Kampjonati tal-Commonwealth tal- Bowling li saru fil-Malasja f 'Novembru. Rebħet ukoll il-fidda fid-doppji flimkien ma' Sue Abela u spiċċaw fit-tielet post fl-All Events tal-istess kampjonati. Tiziana rebħet ukoll il-bronż fid-doppji waqt il-Kampjonat tal-Mediterran tal- Bowling f 'Bologna. Helene Pellicano (Tennis) Helene rebħet il- Kampjonat Ewropew ta' taħt l-14-il sena tat-Tennis li sar fir-Repubblika Ċeka. Rebħet ukoll it-tournament prestiġjuz ta' taħt is-16-il sena ta' Biella fl-Italja. Kienet ir-rebbieħa ta' avveniment ta' taħt it-18-il sena organizzat mill- Federazzjoni Internazzjonali tat-Tennis fil-Montenegro u l-Wilson Trophy fir- Rumanija. Charlotte Wingfield (Atletika) Hija ċ-champion nazzjonali tal-100 metru u l- 200 metru. Rebħet midalja tal-bronż fil-100 metru waqt il-Kampjonat tal-Mediterran ta' taħt it-23 sena. Rebħet ukoll il-bronż fil- 100 metru u l-200 metru fil-Kampjonati tal-Atletika għall-Pajjiżi ż-Żgħar tal- Ewropa. Yazmin Zammit Stevens (Weightlifting). Hija ċ-champion nazzjonali tal- weightlifitng. Waqqfet 37 rekord nazzjonali, 22 minnhom waqt kompetizzjonijiet internazzjonali. Spiċċat fis-sitt post fil-Kampjonat tal-Commonwealth tal-Weightlifting fil-Qatar u fid-disa' post overall waqt il- Kampjonat tal-Ewropa tal-Weightlifitng Grupp B li sar f 'Iżrael. Ġiet fit-tielet post flimkien mat-tim Malti fil-Kampjonati għall-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa f 'Ċipru. Rebħet il-bronż fil-Mihailovic International fis-Serbja u spiccat fil- ħames post fl-International Qatar Cup. Kowċ tas-Sena Angela Adamoli (Basketball) Mexxiet lit-tim nazzjonali Malti fir-rebħ tal-midalja tad-deheb waqt il-Kampjonati għall-Pajjizi ż-Żgħar tal-Ewropa f 'Ġibiltà. F'dawn il-kampjonati, it-tim Malti rebaħ il-logħob kollu tiegħu fil-grupp u rebaħ b'mod konvinċenti s-semifinali kontra t-tim ikkwotat tal-Moldova. Ippreparat mentalment u fiżikament lill-plejers tagħha għall-finali kontra l-Irlanda. Wara li fil-bidu tal-finali kienu għaxar punti fi żvantagg, Adamoli għamlet xi tibdil u dan wassal għar-reazzjoni tal-Maltin biex rebħu l-logħba b'vantaġġ ta' tmien punti. Jimmy Bugeja (Sparar) Wassal lil William Chetcuti u lil Nathan Lee Xuereb biex jiksbu bosta suċċessi importanti matul is-sena 2016, fosthom deheb fil-Kampjonat tad-Dinja għal Chetcuti u deheb fil-Kampjonat Ewropew taż-Żgħażagħ għal Xuereb. Anthony Farrugia (Waterpolo) Mexxa lit-tim nazzjonali Malti tal-Waterpolo taż-Żgħażagħ fil- kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew. Eventwalment it-tim Malti spicca fl-14-il post overall fl-istess Kampjonati li saru l-Olanda. Daniel Holliday (Rugby) Wettaq ħidma kbira fi ħdan il-Malta Rugby Football Union bil-għan li dan l-isport jikber dejjem iktar kemm fil-livell iżda anke fil-popolarità. Huwa attiv fil-kowċing kemm fis-settur taż- żgħażagħ iżda anke fit-timijiet tal-kbar fi ħdan il-Malta Rugby Football Union. Karl Izzo (Waterpolo) Wara li mexxa lit-tim nazzjonali Malti fil-kwalifikazzjoni storika għall-finali tal-Kampjonat Ewropew tal-Waterpolo, it-tim Malti spiċċa fil-15-il post. Dan wara li fil-finali għall-15-il post, Malta għelbet lit-Turkija. Silvio Vella (Futbol). Wassal lit-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena għal rekord ta' 11-il punt f 'kampanja ta' kwalifikazzjoni li ntemmet b'żewġ rebħiet fuq xulxin fuq il- Moldova u l-Latvja. It-tim kiseb draw u rebħa kontra l-istess timijiet rispettivament kif ukoll draw mal-Montenegro lkoll barra minn darna. People's Choice Award Tiziana Carannante (Bowling) Rebħet l-ewwel midalja tad- deheb qatt mirbuħa minn Malta fil-Kampjonati tal- Commonwealth tal-Bowling li saru fil-Malasja f 'Novembru. Rebħet ukoll il-fidda fid- doppji flimkien ma' Sue Abela u spiċċaw fit-tielet post fl-All Events tal-istess Kampjonati. Tiziana rebħet ukoll il-bronż fid-doppji waqt il-Kampjonat tal-Mediterran tal-Bowling f 'Bologna. William Chetcuti (Sparar) William rebaħ id-deheb fit-Tazza tad-Dinja tad- Double Trap tal-ISSF f 'Baku l-Azerbaijan. Aktar tad matul is- sena rebaħ il-midalja tal-bronż fil-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-ISFF f 'Ruma. Rebaħ id-deheb waqt il-Grand Prix Internazzjonali li sar f 'Malta u l-midalja tal-fidda fil-Fazza Italia Green Cup li saret f 'Silver-Fazza fl-Italja. Keith Galea (Triathlon) Huwa ċ-Champion nazzjonali tat-Triathlon u tad-Duathlon. Ġie magħżul bħala t-triatleta tas-sena għat-tmien darba fil- karriera. Huwa r-rebbieħ overall tal-International Triathlon Series fi Sqallija. Huwa sitt darbiet champion Nazzjonali tat-Triathlon u erba' darbiet champion nazzjonali tad- Duathlon. Dan filwaqt li huwa darbtejn champion nazzjonali tal-Aquathlon. u rebaħ l-unur ta' Triatleta tas-Sena għal rekord ta' tmien darbiet. Dennis Thornton (Qdif ) Fl-2016 kompla jiddistingwi ruħu bħala wieħed mill-aħjar qaddiefa lokali. Grazzi għat-taħriġ intensiv u dedikazzjoni kbira Dennis irnexxielu jkompli bir-rebħ fit-tiġrijiet li ħa sehem fihom fir-Regatti ta' Jum il-Ħelsien u tal-Vitorja - xi ħaġa li rnexxielu jagħmel b'mod kostanti għal dawn l-aħħar snin. Huwa wkoll ta' ispirazzjoni għall-qaddiefa oħra. John Zammit (Ċikliżmu) F'Marzu tas-sena li għaddiet fil-Portugall, John Zammit, president tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċiklizmu kien onorat bil-Merit Award mill-president tal-Assoċjazzjoni Ewropea taċ- Ċiklizmu matul l-Assemblea Ġenerali 2016. Zammit ilu iktar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 February 2017