Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/788856
illum Il-Ħadd 19 ta' Frar 2017 Sports 32 Ritratt : DOI - Jason Borg Keith Galea jirbah id-Duathlon ta' Ħal Safi għar-raba' sena konsekuttiva NHAR il-Ħadd 12 ta' Frar ingħata bidu għall-istaġun tal-multisport events. L-ewwel tellieqa kienet il- Eurosport Sprint Duathlon li saret ġewwa Ħal Safi. Din it-tellieqa kienet tikkonsisti f 'ġirja ta' 4.4km, rota ta' 18-il kilometru u tispiċċa b'ġirja ta' 2.2km u kienet organizzata mill- klabb tal- Agones SFC flimkien mal kunsill lokali ta' Ħal Safi. Kien jidher mill-bidu nett li t-tellieqa kienet se tkun taqtiegħa bejn tliet atleti - iċ-champion ta' Malta Keith Galea, Shaun Galea u David Agius Lia li fetħu vantaġġ fuq il-bqija tal-atleti u daħlu flimkien fl-ewwel tranżizzjoni f 'ħin ta' 15.09 minuti. Iċ-champion ta' Malta pprova mill-ewwel metri jaħrab waħdu fuq quddiem billi attakka fl-iktar parti iebsa taċ-ċirkwit imma Shaun Galea u Agius Lia kienu ferm attenti u baqgħu xorta ma' Galea. Keith Galea xorta waħda ma qatax qalbu u prova ħafna drabi oħra jinqata' minn magħhom imma kien kollu ta' xejn għax Shaun Galea u David Agius Lia bdew jgħinu lil xulxin ħalli ma jħallux lil Galea jaħrab. Kien f 'dan il-mument li Galea ddeċideda li jnaqqas il-pass u jserraħ saqajh u jħalli kollox għall-aħħar ġirja. It-tliet atleti daħlu flimkien mir-rota f 'ħin ta' 32.10 minuti u ħarġu flimkien għall-aħħar parti tat-tellieqa. Shaun inqata' mill-ewwel minn magħhom u l-ġlieda għar-rebħa kienet bejn iċ- champion ta' Birkirkara St Joseph u Agius Lia. F'ħin minnhom Lia fetaħ vantaġġ ta' ftit metri fuq Galea u kulħadd ħaseb li kien ħa jirbaħ it-tellieqa imma Galea kien għadu ma spiċċax hekk kif uża l-aħħar enerġija li kellu biex mhux talli biss laħaq lil Agius Lia imma ta sprint qawwi fl-aħħar 100 metru biex rebaħ it-tellieqa f 'ħin ta' 55.28 minuti b'David Agius Lia jispiċċa fit-tieni post ftit sekondi wara. Shaun Galea spiċċa t-tellieqa fit-tielet post. Ikkuntattjat minn din il-gazzetta, Galea qal li jinsab kuntent immens li rebaħ it-tellieqa. Huwa kien sorpriż ħafna li rebaħ it-tellieqa għax huwa qatt ma rebaħ tellieqa bi sprint finali. Huwa pprova kemm-il darba jaħrab fuq ir-rota biex jevita li jiġġieled għar-rebħa fit-tieni ġirja imma ma rnexxielux. F'ħin minnhom huwa ħaseb li tilef it-tellieqa u qata' ftit qalbu imma rnexxielu jerġa' jikkonċentra sew fit-tellieqa u juża l-enerġija kollha li kien fadallu biex jagħti sprint finali b'saħħtu. Fl-aħħar nett huwa xtaq jirringrazzja lill-kowċ tiegħu Ivan Rozhnov, lil ħuh Dermot Galea, lill-familja kollha tiegħu, lill-isponsors tiegħu Garmin Malta, BBB Cycling Malta, Jaycee Malta, Team Barry Malta International Challenge Marathon, Lucida Laundry, DGtri,com, Sarracino Café, Starbene 24/7, lill- klabb tiegħu Birkirakra St Joseph, lill-Malta Triathlon Federation, lill-Kumitat Olimpiku Malti u lil SportMalta tas-sapport kontinwu li jtuh. Fl- aħħar nett jirringrazzja lill-mara tiegħu Elizabeth u lit-tifla tiegħu Elise tas-sapport immens li jtuh. Keith Galea jifraħ wara li rebaħ id-Duathlon ta' Ħal-Sa għar- raba' sena konsekuttiva Irmat l-akbar pakkett nanzjarju s'issa bejn SportMalta u l-Kumitat Olimpiku Malti LIFFIRMAR ta' ftehim ġdid bejn SportMalta u l-Kumitat Olimpiku Malti se jwassal biex SportMalta tgħaddi aktar minn żewġ miljuni u nofs lill-Kumitat Olimpiku Malti fuq perjodu ta' erba' snin. Id-dettalji dwar dan il-ftehim ġew mogħtija waqt konferenza tal- aħbarijiet li għaliha attendew id-diretturi ta' SportMalta u tal-Kumitat Olimpiku Malti fost l-oħrajn. L-għajnuna finanzjarja se tinfirex fuq perjodu ta' erba' snin, li kienet ukoll waħda mill- wegħdiet elettorali ta' dan il-gvern. Din il-bidla fit- terminu tal-kuntratt u l-impenn tal-Gvern li jassisti lill-Kumitat Olimpiku Malti saru biex il-Kumitat Olimpiku Malti jkun f 'pożizzjoni aħjar biex jistabbilixxi minn qabel x'fondi għandu disponibbli biex jgħin fil-preparazzjoni tal-atleti speċjalment f 'kompetizzjonijiet kbar, kif ukoll biex jorganizza dawn il- kompetizzjonijiet. Il- benefiċjarji - l-għaqdiet sportivi, se jkunu jistgħu jippjanaw fit-tul u mhux jistennew sal-aħħar minuta biex ikunu jafu l-allokazzjoni finanzjarja tagħhom. F'dawn l-erba' snin il-Kumitat Olimpiku Malti se jipprepara l-atleti għall- kompetizzjonijiet il-kbar, fosthom l-Olimpjadi 2020, il-logħob tal-istati ż-żgħar fil-Montenegro fl-2019 u dawk f 'Andorra fl-2021u l-logħob tal- Commonwealth fl- 2018, fost avvenimenti internazzjonali oħrajn. Minbarra ż-żewġ miljuni u nofs, il- ftehim jara li l-Kumitat Olimpiku Malti kull sena jieħu ammonti kbar oħrajn li għandhom speċifikament jintużaw bħala investiment fiż- żgħażagħ, bl-akbar ammont ikun fl-2018 meta s-somma li se tingħata għas-settur taż-żgħażagħ se tkun ta' 105,000 ewro. Dawn il- flus għandhom jintużaw għall-iżvilupp tal-atleti li għandhom potenzjal qawwi li jipparteċipaw fil-Logħob tal-Istati ż-Żgħar fl-2023 li Malta, permezz tal-Kumitat Olimpiku Malti, se tkun qed tagħmel tentattiv li tospita f 'pajjiżna. L-intenzjoni hija li l-Gvern jgħin lill-atleti jiksbu l-aħjar riżultati. Minbarra l-ftehim finanzjarju, SportMalta se tagħmel l-almu tagħha biex tirrinova l-faċilitajiet sportivi eżistenti u tiżviluppa oħrajn ġodda bil-għan li jintużaw għal- logħob tal-istati ż-żgħar fl-2023. SportMalta hi wkoll kommessa li kif għamlet fl-aħħar snin, tgħin lill-Kumitat Olimpiku fil-ħlas ta' impjegati full-time fosthom it-tabib fil- laboratorju tal-Kumitat Olimpiku Malti. Barra minn hekk, SportMalta qed tagħti l-kirja tal- uffiċini tal-kwartieri tal-Kumitat Olimpiku bla ħlas. Il-ftehim kien iffirmat miċ-Chairman ta' SportMalta Luciano Busuttil u mill-President tal-Kumitat Olimpiku Malti Julian Pace Bonello, fil-preżenza tas- Segretarju Parlamentari Chris Agius, tal-Kap Eżekuttiv ta' SportMalta Mark Cutajar u tas- Segretarju tal-Kumitat Olimpiku Malti Joe Cassar. Mix-Xellug għal-Lemin: Mark Cutajar, Luciano Busuttil, Chris Agius, Julian Pace Bonello u Joe Cassar