Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/788856
Il-Ħadd 19 ta' Frar 2017 | illum Sports 35 għandu l-appoġġ minn Frank Schembri u sab set up aħjar milli sibt jien. Xogħlu huwa li jiffoka fuq it-tim biss u żidna wkoll xi nies bħal Carl Attard li hu l-physical preparator. Vantaġġ ieħor hu li żdiedu l-ammont ta' friendlies fis-sena. Mark qed ikollu bejn tmienja u ħdax-il logħba ta' ħbiberija fis-sena. Dak iż-żmien qas kont noħlomha, jew kont nagħmel il-logħob tal-ħbiberija mas-subien. Li tagħmel logħba tal-ħbiberija qabel tournament ma' xi tim bħal Andorra huwa lussu. B'hekk il-plejers ikunu preparati aktar. Qed nagħtuh l-għodda li għandu bżonn. Pressjoni m'għandux għax bħalissa l-għan huwa li nkomplu naraw żvilupp għax huwa pjan aktar fit-tul. Ħadna pjaċir meta bl-under 17s rebaħ l-ewwel logħba barra darna u kiseb ukoll riżultati rispettabbli oħrajn bit-tim żgħir li għandna. B'Mark għandna moħħna mistrieħ u qed jirrispondi tajjeb. Fl-under 19s konna ġejna 0-0 fi friendly mal-Ażerbajġan. Ma stajniex ksibna riżultat aħjar? Dak il-grupp tal-Ażerbajġan, jekk tara daqsxejn ir-riżultati li ġab, tinduna li ġab riżultati tajbin, anki ma' timijiet li huma aktar ikkwotati minna. Dak it-tim tal-Ażerbajġan saħansitra għandhom appoġġ finanzjarju enormi. Qabel lagħbu magħna, marru f 'żewġ tours oħra. Huwa grupp li qed jiġbruhom u qed joqogħdu flimkien biex jilagħbu l-futbol għal xahrejn sħaħ. Ħa niġi lura għal-logħba li semmejtli. Jista' jkun li f 'dik il-ġurnata l-Maltin ma kinux għall-altezza. Bħala riżultat, għalkemm kien draw u fl-aħħar mill- aħħar ir-riżultati huma dawk li jgħoddu, bħalissa qed inħares lejn l-iżvilupp tal-plejers. Jekk pereżempju nara li t-tim qed juri progress fil-kwalità tal-futbol, jilgħab futbol aktar bis-sens, hemmhekk jien inkun kuntent aktar. L-iskwadra tagħna tal-kbar magħmula minn ħafna żgħar. Allura jekk nara li qed jidraw il- logħba sew, għalina tkun ħaġa tajba. It-tim nazzjonali tan-nisa tal-kbar hu kompost minn tlieta jew erba' stilel li t-tim jibbaża ħafna fuqhom. F'każ li jaslu biex jirtiraw, futur xorta se jkun hemm? Din tinsab f 'kull skwadra. Dejjem issib tnejn, tlieta li jibbrillaw fost sħabhom tat-tim. Rachel Cuschieri u Dorianne Theuma m'għamilniehomx aħna imma twieldu plejers ta' ċertu livell. Bħalma qabel fil-kategorija tal-irġiel kien hemm John Buttigieg u Carmel Busuttil. Dawk ukoll twieldu plejers u mhux saru. Għalhekk huwa importanti li tiffoka fuq l-iżvilupp tat-tim b'mod ġenerali. Nemmen li pereżempju fl-under 17s hemm tlieta jew erba' plejers ta' livell sew u f 'kategorija iżgħar hemm plejers tajbin tilgħin. Jekk ikomplu jiżviluppaw hemm potenzjal tajjeb. L-għażla hija limitata. Wara kollox trid taħdem bil-plejers li jkun hemm imbagħad. Għalhekk huwa importanti li nitjiebu ħafna fil-klabbs tal-bniet, pereżempju fil-kategoriji ta' taħt il-ħdax-il sena. Importanti li jkunu jafu t-teknika u t-tattika minn kmieni ħalli meta jikbru, inkunu nistgħu niffukaw fuq affarijiet oħra u mhux inkunu għadna rridu ngħallmuhom dawn l-affarijiet bażiċi. X'ħassejt meta għal punt wieħed ma kkwalifikajniex? Konna tant viċin li ngħaddu. Kien hemm ħafna fatturi. Wara li konna 2-0 minn fuq stajna qgħadna aktar attenti. Bi draw konna ngħaddu u mhux talli ma żammejniex il- vantaġġ, talli qlajna erbgħa. Kieku konna aktar attenti u aktar prudenti, nemmen li stajna għaddejna. Kien forsi nuqqas tal-plejers stess - mhux bilfors għax tort tagħhom - li kienu għadhom żgħar, b'nuqqas ta' esperjenza. Għalkemm nemmen ħafna fil-plejers iż-żgħar, f 'logħbiet bħal dawn trid plejers li kapaċi jikkalmawlek il-logħba. L-enerġija tal-plejers iż-żgħar trid tibbilanċja ruħha mal-esperjenza tal- kbar. Forsi kienet ukoll nuqqas tagħna l-kowċis li ma lqajniex biżżejjed. Anki għall-Mark, kulma kien ilu kowċ tliet xhur. Kienet l-ewwel esperjenza tiegħu. Żgur li issa tgħallem ħafna aktar minn dik l-esperjenza. Taqbel mal-bidla li kien hemm fil- format tal-kampjonat tan-nisa? Naqbel miegħu kif inhu. Hemm sitt timijiet fl-Ewwel Diviżjoni u ħames timijiet fit-Tieni Diviżjoni. Skwadra minnhom hija doppja għax Ħal Kirkop għandhom żewġ timijiet, wieħed fl-Ewwel Diviżjoni u l-ieħor fit-Tieni Diviżjoni. Nemmen li t-tieni kampjonat għadu daqsxejn dgħajjef peress li għadu biss b'ħames timijiet, u għax hemm tim minnhom li għandu żewġ timijiet. Irid ikun hemm aktar saħħa. Jekk terġa' tagħmlu kif kien qabel, b'kampjonat wieħed b'ħafna timijiet, se jerġa' jkun hemm skors kbar ħafna u dan ma jagħmilx ġid lill-futbol tan-nisa, anki għal min ma jifhimx u jara dak l-isport, ma jiħux impressjoni tajba. Il-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni qiegħed tajjeb u anki kien kompetittiv. Kien league akkanit u riżultati bilanċjati. Però l-problema ewlenija hija l-ammont ta' timijiet. Għalhekk aktar klabbs irid ikollhom it-timijiet tal-irġiel u anki t-timijiet tan-nisa. Minn żmienek dejjem kien hemm tabù li tfajla tilgħab il-futbol. Illum kien hemm żviluppi? Kif tħares lejha? Dak iż-żmien kienet tabù u fil-fatt biex nikkonvinċi tfajla tibda tilgħab il-futbol kienet ħaġa kbira. Kien hemm problemi kbar. Illum le. Ma nqatgħetx kompletament għax għad hawn min hu kontra li l-mara tilgħab il-futbol. Mhux f 'Malta biss għax hija problema madwar id-dinja kollha. Però l-appoġġ li qed nara mill-ġenituri tat-tfajliet tal-akkademji huwa kbir. Jekk tlajna Għawdex mat-tfal, tara l-ġenituri jiġu magħhom. Is-sapport hu tremend. Jew jekk sejjaħt laqgħa, tara li jkun hemm ammont kbir li jiġu. Il-mentalità qed tinbidel, anki dik tal-ġenituri. Nemmen li l-media tista' tagħmel aktar il-parti tagħha. Waħda mill- affarijiet li l-media tista' tagħmel hija li ssaqsi aktar fuq xogħolna. Aħna hawn dejjem miftuħin. Nixtieq li jkollna aktar appoġġ. Nixtieq li jkollna ġurnalisti li jtuna mqar rokna f 'gazzetta jew fi programm. Riżultati qed jissemmew, filmati qed jintwerew, imma nixtieq li l-filmati ma jkunux biss meta tintlagħab Birkirkara- Hibs, imma anki jekk hemm logħba bejn klabbs iżgħar. Bħala riżorsi fejn tittrenjaw, kif tikkumpara dawk ta' hawn Malta ma' ta' barra minn Malta? Aħna vera fortunati. Meta nikkumparahom, ninduna li għandna riżorsi tajbin. Biss għandna problemi kbar għat-training. Meta bdejt jien kien ikollna training għat-tim nazzjonali tal-kbar u għal ta' taħt il-21 sena. Illum hemm etajiet differenti kemm għall-irġiel u kemm għan-nisa li qed jużaw ir-riżorsi tagħna. Hemm il-kbar, l-under 21, 19 u 17 tan-nisa, xi seba' age groups tal-irġiel, tliet akkademji tan-nisa. Hemm ir-referis li qed jittrenjaw u jużaw ir-riżorsi tagħna. Hemm ukoll xi timijiet barranin li xi kultant jiġu jittrenjaw Malta. Għall- bidu kien tajjeb, però kulma jmur is- sessjonijiet dejjem qed jiżdiedu u allura qed jibda jiċkien. Għandek ukoll il-problema tax- xita li ġieli twaqqaf it-training milli jsir. Għalkemm għandna faċiltajiet professjonali, nixtieq li jkollna aktar spazju u grawnds oħra. Nitolbok twassal appell lill-ġenituri ta' dawk it-tfajliet li jixtiequ jibdew jilagħbu l-futbol, imma forsi jsibu oppożizzjoni u kritika. Naħseb li waħda mill-fatturi li saret problema mhijiex li se jitgħajru tomboy imma l-fatt li l-ġenituri għandhom problema ta' trasportazzjoni; il-ġiri li għandhom bit-tfal kollha tagħhom. Dik bħalissa qed nara l-akbar problema, li jridu jwassluhom 'l hawn u jwassluhom 'l hemm. Kellna tfal li setgħu jitilgħu ma' Malta imma ma setgħux jiġu minħabba li l-ġenituri ma setgħux iwassluhom. Nemmen ukoll li għandha titneħħa d-diskriminazzjoni bejn plejers subien u bejn plejers nisa. Dawn għalija huma lkoll plejers tal-futbol. Ma nindirizzawhomx bħala tifla jew tifel imma bħala plejer tal-futbol. Il-parir li nagħti lill-ġenituri hu li huma m'għandhom l-ebda dritt li jtellfu opportunità lit-tifla tagħhom jekk tixtieq tibda tilgħab il-futbol jew tagħmel xi ħaġa oħra. M'għandhomx iwaqqfuhom jekk mhu se jkunu qed jagħmlu xejn ħażin, speċjalment jekk ikun sport fejn qed jagħmlu eżerċizzju fiżiku. L-isport nafu li jbiegħdek mill- vizzji u barra minn hekk, s'issa l-futbol tan-nisa huwa futbol nadif. tan-nisa f 'Malta Twieled s-17 ta' Frar 1961, f 'Tas-Sliema Jista' jitqies bħala missier il-futbol tan-nisa f 'Malta Preżentament jokkupa l-irwol ta' Direttur Tekniku tal-Futbol tan-Nisa f 'pajjiżna Għamel żmien twil kowċ tat-tim nazzjonali tan-nisa Bħala plejer lagħab ma' Żurrieq, Floriana u anke mat-tim nazzjonali PIERRE BRINCAT