Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/788856
illum | Il-Ħadd 19 ta' Frar 2017 Aħbarijiet 10 HEKK kif f 'aktar pajjiżi fl-Ewropa, inkluż Malta, qed tiġi diskussa l-introduzzjoni legali tal-kannabis mediċinali, il-mistoqsija li għamlu ħafna kienet fuq kemm se jkollhom jħallsu l-pazjenti biex jakkwistaw din il- preskrizzjoni. Filwaqt li f 'Malta għadha ma ntgħażlitx ditta produttriċi u tip ta' mediċina partikolari li se tkun disponibbli fuq skala nazzjonali (bi preskrizzjoni), bħalissa diġà hawn pazjenti li għandhom preskrizzjoni u permess iġibu l-mediċinali minn barra. Minn riċerka online li għamlet din il-gazzetta, dwar it-tipi ta' kannabis mediċinali disponibbli fis-suq Ewropew, jidher li l-prezz medju ta' bott spray ta' 10ml, li kapaċi jintuża kollu f 'inqas minn xahar huwa ta' madwar €120. Fuq siti oħrajn li jbigħu prodotti mediċinali derivati mill-kannabis, sibna wkoll kapsuli taż-żejt tal-kannabis li jiswew bejn €20 u €80 għal pakketti ta' 10 kapsuli differenti skont id-dożaġġ preskritt, bejn l-10 u l-100mg. Jekk nassumu li dawn il-prezzijiet se jkunu simili hawn Malta, se nkunu qed inħarsu lejn sitwazzjoni fejn l-użu tal-kannabis mediċinali se jkun riservat għall-privileġjati li jifilħu jħallsu mijiet ta' ewro fil- xahar jew fil-ġimgħa. Imma hemm alternattiva? Bħala pjanta fl-istat natural tagħha hija rħisa imma illegali, iżda legali f 'forma ta' mediċina mhux għall- but ta' kulħadd Fil-ħarġa tal-ILLUM ippubblikata l-Ħadd li għadda, l-artiklu li jitratta dwar il-legalità tal-kannabis għal użu mediċinali, qajjem l-interess ta' bosta li ħallew kummenti u taw l-opinjoni tagħhom lil din il-gazzetta dwar dan is-suġġett. Kienu ftit mill-qarrejja tal- ILLUM li sostnew li tkun xi tkun ir-raġuni, il-kannabis għandha tibqa' illegali, u kien hemm numru ferm ikbar ta' qarrejja li laqgħu l-aħbar, jekk din tfisser li nies li qegħdin ibatu se jkollhom mezz biex isibu serħan. L-aktar kummenti li spikkaw kienu mingħand nies li argumentaw favur il-benefiċċji u l-potenzjal tal-kannabis meħuda fi kwalunkwe forma tagħha, u li wieħed jista' faċilment jikseb minn pjanta li tiswa biss ftit ewro biex minnha tieħu biżżejjed kannabis għal żmien twil. F'kummenti ta' wħud mill-qarrejja, intqal li sa ftit snin ilu, l-industriji farmaċewtiċi għamlu minn kollox biex ipinġu l-kannabis bħala perikoluża u għaldaqstant illegali, sakemm il-benefiċċji tal- kannabis bdew jixxandru fuq il-media u ħadd ma seta' jiċħadhom aktar. B'riżultat ta' dan, l-istess industriji sabu mod kif jikkumerċjalizzaw l-użu kontrollat tad-derivattiv tal-kannabis, sabiex minnu issa qed jagħmlu profitti kbar huma, dejjem għad- detriment tal-pazjent, li kieku mhux illegali, jista' jkollu aċċess sempliċi u bi ftit flus tal-pjanta. Studji kliniċi jsostnu li fi stat naturali, il-kannabis tagħmel il-ħsara Rapport miktub minn żewġ tobba Taljani, Maurizio Bifulco u Simona Pisanti, li ħareġ fuq ġurnal mediku internazzjonali, isostni li l-fatt li ħafna pajjiżi qegħdin jillegalizzaw l-użu mediċinali tal-kannabis, m'għandux joħloq preċedent biex jintalab użu mhux ikkontrollat tal-pjanta. Bifulco u Pisanti jirrikonoxxu l-benefiċċji enormi li t-Tetrahydrocannabinol (THC) u l-Cannabidiol (CBD) għandhom għas- serħan ta' uġigħ minn numru ta' kundizzjonijiet, inkluż kanċer u anke AIDS. Fl-istess rapport, iż-żewġ tobba jenfasizzaw li l-iskop tal-mediċinali kontrollati huwa biex f 'kull doża jkun hemm l-ammont pur u neċessarju biex jitratta każi individwali ta' pazjenti b'kundizzjonijiet differenti. L-istess rapport jgħid li fl-Olanda u fl-Italja hemm kumpaniji speċjalizzati li jikkultivaw tipi partikolari ta' kannabis, f 'kundizzjonijiet ikkonntrollati, u li minnhom jiġu estratti u użati biss il-kimiċi benefiċi li jħallu l-inqas possibbli effetti Ruben Anthony Xuereb rxuereb@mediatoday.com.mt IRBAĦ il-ktieb Agħżel ir-riposta it-tajba u idħol ċ- ċans li tirbaħ dan il-ktieb: Enrico ta' Surley f 'liema belt jiltaqa' ma' Adelaide? ❏ Brussel ❏ Venezja ❏ Londra Ibgħat ir-risposta tiegħek sad-9 ta' Ġunju f 'dan l-indirizz: MediaToday, Irbaħ ktieb ma' BDL, Vjal ir-Rihan, San Ġwann, SĠN 9016 ippubblikat minn BDL Adelaide Isem: Numru tat-telefown: Lokalita': Ir-rebbieħa tal-ktieb 'Markuż' hija Angela Buttigieg bin-numru tal-mowbajl li jispiċċa '652' Ibgħat ir-risposta tiegħek sat-17 ta' Frar f 'dan l-indirizz: Aktar minn €120 fix-xahar flok ftit ewro fis-sena kieku Kumpaniji fl-Olanda u fl-Italja jikkultivaw tipi partikolari ta' kannabis, f 'kundizzjonijiet ikkonntrollati