Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/791649
illum | Il-Ħadd 26 ta' Frar 2017 Aħbarijiet 8 Il-PM Joseph Muscat iħobb jgħid li l-Gvern naqqas it-taxxi, imma żied id-dħul. Għal dawk li jsibu din l-istqarrija bħala 'inkredibbli', ir-rapport jista' qed jagħti spjegazzjoni ta' kif qed tiġri. Fil-fatt, il-pajjiż qed jara żieda fid-dħul tiegħu li ġejjin mit- taxxi tal-kumpaniji, magħrufa aħjar bħala Corporate Taxation. Fl-2014, 6.3% tal-kejk ekonomiku (GDP) kien ġej minn taxxi minn fuq kumpaniji. Ir-rapport iwissi imma li xokkijiet ekonomiċi u bidliet fil-politika tat-taxxa fiż-żona (UE), tista' tagħmel differenza fejn jikkoċerna dan it-tip ta' dħul. Frażi komuni ħafna u li tismagħha diversi drabi. Imma kemm hu vera li l-barranin qed jieħdu x-xogħol tal-Maltin? Fil-fatt, vera li numru kbir ta' barranin qed isibu impjieg f 'Malta, imma l-aktar f 'xogħlijiet elementari. B'kollox fl-2015 kien hawn 14.7% tal-popolazzjoni tal-ħaddiema li huma barranin, b'żieda qawwija ta' ħaddiema minn pajjiżi mill- Unjoni Ewropea. Iż-żieda ta' ħaddiema barranin issa hija f 'kull settur, mill-kennies sad-diżinjatur f 'kumpanija tal-IT. "Evidenza turi li hemm nuqqas ta' ħaddiema f 'ħafna oqsma, l-aktar dawk li jirrikjedu ħiliet għoljin bħal fil-qasam tas-saħħa, tal- Finanzi u l-ICT...hemm ukoll impjiegi li mhux qed jinstabu biżżejjed nies għalihom fl-ospitalità, turiżmu u ħidma soċjali." Sal-2014, Malta kellha 33% tal-ħaddiema tagħha li kienu barranin u li jaħdmu f 'xogħol tal-idejn jew xogħol fiżiku. Mhux b'kumbinazzjoni li r-rapport ma tantx huwa daqstant kumplimentuż f 'dak li jirrigwarda t-toroq, anke jekk fil-fatt isemmi proġetti infrastrutturali bħal tal-Kappara u dak ippjanat li jsir fil-Marsa. Ir-rapport ifakkar kif Malta tiġi fil-25 post fid-dinja fil- Global Competitveness Report f 'dak li jirrigwarda l-infrastruttura tal-Portijiet, imma mbagħad tiġi fil-100 post fl-infrastruttura tat-toroq. Ir-rapport jgħid li anke jekk titjib qed isir, it-toroq Maltin jibqgħu 'taħt pressjoni qawwija u jibqgħu mimljin traffiku. It-traffiku huwa sfida għall-iżvilupp sostenibbli ta' Malta u skont l-Università ta' Malta l-ispiża tat-traffiku hija ta' bejn wieħed u ieħor €274 miljun fis-sena. It-turiżmu jibqa' wieħed mis-setturi l-aktar importanti għal pajjiżna. Konna ngħidu li mit-turiżmu jiekol kulħadd u hekk hu. Imma mhux mit-turiżmu biss. Fl-2015 is-Servizzi Finanzjarji ammontaw għal 6.7% mis-servizzi u prodotti kollha li qed ikunu mogħtijin f 'pajjiżna. Dan is-settur, sal-2015, kien qed iħaddem ukoll 5.2% ta' dawk kollha f 'impjieg. Malta toffri ħafna inċentivi lil individwi li jkunu jixtiequ jgħixu u jaħdmu f 'pajjiżna u għandha ħafna arranġamenti ma' pajjiżi oħrajn relatati mat-tassazzjoni. Il-qgħad fost persuni b'diżabilità f 'pajjiżna jinsab f 'livelli baxxi ħafna kkumparat ma' dak fl-UE. Fil-fatt, filwaqt li f 'Malta 28% tal-persuni b'diżabbiltà m'għandhomx impjieg, il-medja fl-UE hija ta' 48%, ftit inqas mid-doppju. Minkejja dawn iċ-ċifri pożittivi, ir-rapport jinnota wkoll li ħafna minn dawk b'diżabbiltà qegħdin f 'impjiegi li jirrikjedu ħiliet baxxi, probabbilment b'paga baxxa wkoll. Ir-rapport jgħid li "l-investiment kien il-kontributur ewlieni għat-tkabbir fl-2015" u jgħid ukoll li r-rata ta' investiment li riesaq lejn pajjiżna qed jiżboq sew il- medja fl-UE u anke l-livelli ta' investiment li kienet qed tattira Malta sal-2007. L-investiment pubbliku żdied, speċjalment minħabba l-bini tal-Power Station li taħdem bil-gass kif ukoll bil-formazzjoni ta' assi mis-settur tan- negozju. Dan apparti li r-rapport jispjega wkoll kif żdied ix-xiri tal-proprjetà għal fini ta' kiri, li qed ikompli jqajjem is-suq tal-kera u jsaħħaħ is-suq tal-proprjetà. Ir-rapport jgħid li l-programm ta' ċittadinanza u l-iskema tal-First Time Buyers għenu biex iseħħ dan it-tkabbir. Ir-rapport jindika wkoll li l-prezzijiet mistennijin ikomplu jiżdiedu. Ir-rapport jgħid li l-burokrazija tibqa' problema kbira li tfixkel l-ambjent tan-negozju f'pajjiżna. Ir-rapport ifakkar kif il-ftuħ ta' negozju ġdid f'pajjiżna għadu qed jiffaċċja ħafna proċeduri. Il-Partit Laburista kien wiegħed li jnaqqas il-burokrazija b'25% qabel l-aħħar elezzjoni. Fl-2008 Malta kellha rata, pjuttost allarmanti ta' 27% ta' studenti li jitilqu mill-iskola qabel ma jkollhom 16-il sena. Fl-2015 din iċ-ċifra niżlet għal 19.8%. Minkejja dan it-titjib konsiderevoli, Malta tibqa' bl-ogħla rata ta' persuni li qed jitilqu mill-iskola kmieni, probabbilment mingħajr il-kwalifiċi meħtieġa biex isibu xogħol. Inkwetanti wkoll huwa l-fatt li fir-rapport, jitfakkar il-fatt li 56.5% ta' dawk bejn 25 sena u 65 sena għandhom ftit kwalifiċi. Huma biss 20% tal-adulti li għandhom edukazzjoni terzjarja. Ir-rata ta' żgħażagħ li m'għandhomx biżżejjed kwalifiċi hija ta' 37%, rata li hija iktar mid-doppju ta' dik fl-UE. Bis-settur tal-ICT qed jikber, Malta tirreġistra persentaġġ ta' 55% tan-nies li għandhom l-aktar ħiliet bażiċi fit-teknoloġija. Taxxi, taxxi...mill-kumpaniji 'Il-barranin qed jeħdulna xogħolna' Toroq vroma Mhux bit-turiżmu biss jgħix il-Malti Qgħad baxx ħafna fost persuni b'diżabilità, imma... 'Beda ġej l-investiment...' Burokrazija balla Tnejn minn kull 10 jitilqu mill-iskola kmieni Tkompli minn paġna 6 u 7