Illum previous editions

illum 19 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/800763

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 19 ta' Marzu 2017 | illum Minn Brussell 15 il-Maltin li jaħdmu u jgħixu l-Belġju ċertifikat wieħed b'format wieħed mingħajr ebda timbri." Franklin Mamo qalilna li skont l-uffiċċju tal-istatistika Belġjan, hawn inqas minn 500 Malti meqjusa bħala residenti Belġjani li huma reġistrati fil-Belġju. Għax dawn ma jinkludux dawk li jkunu jaħdmu l-Belġju fuq kuntratti qosra. Mistoqsi jekk il-komunità Maltija fil-Belġju hix magħquda bħal dik Awstraljana jew Kanadiża, Franklin qalilna li hemm diferenza. "Ħafna minnha li jgħixu l-Belġju spiċċaw tħalltu ma' nazzjonijiet oħra sew fiż-żwieġ kif ukoll fix- xogħol. Allura ċ-ċirku li tgħix fih, qatt mhu esklussivament Malti." Mamo qal li fuq il-grupp ta' Facebook iżommu kuntatt man-nies Maltin li jgħixu hemmhekk, billi jattendu l-attivitajiet anke dawk li jiġu organizzati mill-ambaxxata Maltija. Iżda wieħed ma jistax iqabbel l-emigrant Malti fl-Awstralja ma' dak fil-Belġju. Għax fl-Awstralja iżżomm ruħek b'kuntatt mal-komunità Maltija biex tħoss inqas in-nuqqas ta' Malta. Iżda jekk hawn ikolli aptit festa Maltija, illum hawn 11-il titjira fil-ġimgħa lejn u minn Malta u taqbad u tmur pajjiżek." Billi l-maġġoranza tal- Maltin huma Kattoliċi, Franklin qalilna li darba fix-xahar jiġi ċertu Fr Vella iqaddes bil-Malti għand il-Ġiżwiti. "Imma hawn hu pajjiż Kattoliku u knejjes issib kemm trid. Għal żmien il- Milied, fl-ambaxxata Maltija jorganizzaw ukoll quddiesa għall-Maltin li jaħdmu hawn u jkollna riċeviment." Franklin qalilna wkoll li hu jinżel regolarment Malta speċjalment għall-festi tar-raħal tiegħu fejn ma riedx jikkometti ruħu jekk hux ma' San Ġorġ inkella ma' San Bastjan, "Konna l-ewwel noqogħdu San Ġorġ u mxejna għan-naħa ta' San Bastjan. Hawnhekk, għamilna żmien fl-assoċjazzjoni konna nagħmlu l-festa ta' San Martin għax hawnhekk, speċjalment fin-naħa tal- punent tal-Belġju, San Martin jiċelebrawh bi kbir. Hawnhekk, persunaġġ liebes ta' Ruman jiġi fuq żiemel abjad u konna nqassmu l-boroż ta' San Martin, li konna npoġġu fihom ġewż u lewż u mhux ħelu bħalma llum qed jagħtu f 'Malta. Issa waqafna, għax fil-bidu dawk li ġew hawn, konna mixtiqin għat-tradizzjonijiet Maltin iżda issa tħallatna wisq." Iżda l-fatt li Franklin għandu dan il-blogg, 'Maltin fil-Belġju' (www.maltin.be) u anke paġna ta' Facebook ifisser li hu stess jixtieq jerġa' jqajjem u jgħaqqad il-komunità Maltija imqar fuq is-siti tal-internet. "Iva ħalli anke wliedna jħossu li għandhom parti minn Malta. Barra minn hekk, anke l-Belġjani sar jinteressahom minn Malta għax anke meta wieħed jara li hawn żewġ titjiriet kuljum ta' RyanAir u Air Malta mill-Belġju, ifisser li huma l-ħafna Belġjani li qed iżuru Malta. Tant li anke fl-ajruplani lura lejn Malta, qabel kont tiltaqa biss ma' Maltin, imma llum issib ħafna aktar Belġjani minn Maltin. Il-Belġjani jħobbuha lil Malta anke minħabba l-kultura Kattolika tagħha. Nirċievi anke emails minn Belġjani, fosthom anke studenti li jkunu jridu jkunu jafu xi ħaġa dwar Malta fl-istudji tagħhom u biex nagħtihom kuntatti tal- ambaxxata jew dipartimenti Maltin." Min jgħix Brussell jaf li l-belt kollha u anke oltrè minnha hi mimlija komunitajiet kbar ta' Għarab u anke suwed, li donnu integraw mhux ħażin fil- pajjiż. "Ifhem, tisma' stejjer differenti u sfortuna li dejjem l-istejjer estremi li jagħmlu l-ħoss. Hawnhekk, meta tara attakki terroristiċi tinduna li dawn ma jkunux saru minn emigranti tal-ewwel ġenerazzjoni, iżda minn uliedhom, għax l-anzjani huma integrati aktar minn ulied uliedhom. Il-proġett tal- integrazzjoni, la wieħed ma jista' jgħid li tlesta b'suċċess, għax kultant jieħu daqqa lura, u lanqas tista' tgħid li qed javvanza b'konsistenza bl-istess mod. Il-Marokkini u t-Torok huma komunità enormi u dawn jaħdmu u jmexxu negozji li għalhekk ifisser li mhux se jagħmlu xejn biex ixekklu l-futur tagħhom u ta' familthom. Iżda kultant, jiġri xi ħaġa li jitfa' kollox lura. Il-Belġju hu pajjiż ta' diversità kbira. Personalment, qatt ma kelli diffikultajiet magħhom għax trid taċċetta li dan hu pajjiżhom aktar milli hu pajjiżi. Meta tikber f 'pajjiż ta' 400,000 ruħ, ma tirrealizzax li int issa qed tgħix ġo belt li għandha popolazzjoni akbar minn pajjiżek kollu. Għalhekk, l-ewwel li titgħallem hu li ma tistax tiġeneralizza. Per eżempju titgħallem iż-żoni ta' fejn huma t-Torok u l-Marokkini, li huma l-akbar komunitajiet barra mill-Ewropa. Hawn ukoll Taljani li ġew waqt il-kriżi finanzjarja li kellhom dan l-aħħar u fetħu negozji hawn." "Ifhimni, kien hemm żmien li anke t-Taljani meta ġew fis-sittinijiet, xejn ma kienu milqugħa tajjeb u kienu jgħidu li dawn ġew biex jgħixu bl-assistenza soċjali. Fil-fatt, it-Taljani kienu ġew biex jaħdmu fil-minjieri iżda l-Belġjani xejn ma kienu jħarsu lejhom b'mod sabiħ." Franklin qal li hu jħossu komdu jgħix fi Brussell fejn il-prezzijiet tal-proprjetà mhumiex daqshekk għoljin meta mqabbla ma' bliet kbar oħra Ewropej bħal Londra u Amsterdam. "Barra minn hekk, il-konnettività li hawn, minn hawn għal pajjiżi Ewropej hi waħda perfetta. Anke soċjalment, hawn ħajja 'easy going' u s-sitwazzjoni ekonomika qatt ma ntlaqtet ħażin bħalma ntlaqtu pajjiżi Ewropej oħra. Taf x'nuqqas tħoss hawn li ma ssibx lin- nanniet jieħdu ħsieb it-tfal meta jkollok bżonn min iżommomlok!" Franklin iqis ruħu bħala Belġjan jew Malti? "Inevitabbli li nibqa' nħossni Malti. Iżda pjuttost inħossni integrat sew fejn nitkellem bil-Franċiż, u ftit għalkemm mhux wisq, bil-Flemish (Olandiż). Jien fil-fatt nivvota fl-elezzjonijiet muniċipali hawn. Involut f 'għaqdiet Belġjani, u bla ma rrid inżomm magħhom anke fil-futbol. Fejn noqgħod jien, jiġifieri f 'St Gilles hemm komunità Portugiża u anke Brażiljana u meta jilagħbu l-Brażil kontra l-Portugall jew Benfica kontra l-Porto jkollhom jingħalqu t-toroq. Jagħmlu l-purċissjoni bil-Madonna ta' Fatima, għalkemm mhux kbira bħal ta' San Ġorġ u ta' San Bastjan ta' Ħal-Qormi," temm jgħidli bid-daħka. FILĦWIENET EWLENIN HISTORY OF ORNITHOLOGY IN MALTA "Il-proġett tal- integrazzjoni ma tistax tgħid li tlesta b'suċċess għax kultant jieħu daqqa lura, iżda nħossni komdu ngħix ma' komunitajiet oħra" "Inħoss in- nuqqas tan- nanniet li jżommulek it-tfal meta jkun hemm bżonn" "Lil ibni jien inkellmu bil- Malti, ommu bil-Finlandiż u l-iskola jitgħallem bil- Franċiż"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 March 2017