Illum previous editions

illum 19 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/800763

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum | Il-Ħadd 19 ta' Marzu 2017 24 Il-birra rinomata Blue Label Smooth & Creamy dan l-aħħar tnediet f 'bottijiet ta' 44ċl biex tkun tista' titgawda mill-konsumaturi leali ta' Farsons mill-kumdità ta' darhom. Dan kollu hu possibbli bis-saħħa ta' teknoloġija speċjalizzata li terħi ammont preċiż ta' nitroġenu għall-aħjar konsistenza u finezza f 'din il-birra speċjali li sa issa kienet tinstab biss f 'verżjoni draught f 'għażla ta' ħwienet madwar Malta. "Din it-tnedija timmarka pass ieħor importanti għalina fil-Birrerija ta' Farsons u, b'mod speċifiku, għall-Blue Label," qal Karl Bondin, Brand Manager Beers ta' Simonds Farsons Cisk plc. "Dan hu wkoll il-pass li jmiss fil-viżjoni fit-tul tagħna li nżidu l-preżenza tal-marka lokalment kif ukoll fis-swieq tal-esportazzjoni." Martin Polidano, Head Brewer fil-Birrerija Farsons żied jgħid li, "L-ingredjenti tar-riċetta ta' din il-birra baqgħu l-istess matul is-snin u l-birra għadha tissajjar bl-istess teknika. Madankollu, il-Blue Label illum hi aktar ikkonċentrata, għandha togħma aktar mimlija u livell ogħla ta' alkoħol, li jkompli jgħin biex jagħti aroma iktar rikka." Il-Blue Label Original Amber Ale hija birra magħmula b'taħlita speċjali ta' xgħir li jtiha l-lewn skur tagħha, li, flimkien mal-hops Inglizi, jagħtuha togħmiet ħfief ta' ċikkulata u karamella, kif ukoll ta' frott. Il-Blue Label Smooth & Creamy hi l-verżjoni draught tal-birra oriġinali. F'Novembru tas-sena li għaddiet, il-Blue Label kisbet il-premju tal-fidda fil-kategorija Pale & Amber Ale: Best Bitter fl-Isfida tal-Birra fi Brussell. Blue Label hi prodotta, ippakkjata u mqassma minn Simonds Farsons Cisk plc. Blue Label Smooth & Creamy issa tinsab f 'bottijiet ta' 44ċl mis-supermarkets u l-ħwienet tax-xorb ewlenin f 'Malta u Għawdex. Kummerċjali / Pjazzetta Batree tissostitwixxi Batterina – Inizjattiva oħra minn GreenPak Sal-aħħar tal-2017, GreenPak Coop Society qed timmira li tilħaq il-kwota ta' ġbir ta' 45 fil-mija kif stabbilit mill-UE għal Malta. Dan ifisser li kważi nofs il-batteriji użati ser ikunu riċiklati fuq bażi regolari. Għal dan il-għan, GreenPak Coop Society nediet skema nazzjonali ta' ġbir ta' batteriji bl-isem Batree. Din l-iskema qed issir b'riżultat ta' tħejjija intensiva u kollaborazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet u l-importaturi tal-batteriji ewlenin li lkoll huma membri ta' GreenPak. Ser ikunu qed jinġabru kull tip ta' batteriji, fosthom ir- rechargeable battries li jintużaw għall-apparat żgħir, bħalma huma portable lights u remote controls, minn 9 volts sa button batteries użati għall-arloġġi. Il- batteriji industrijali u tal-karozzi ma jaqgħux taħt din l-iskema. L-iskema nazzjonali GreenPak Batree qed tissostitwixxi l-kampanja ta' qabel msemmija Batterina ta' Wastserv, u se tkun qed tiġbor il-batteriji minn għadd ta' postijiet fosthom ħwienet, supermarkets, skejjel, kunsilli lokali u uffiċini. Il-Kap Eżekuttiv ta' GreenPak l-Inġ Mario Schembri qal: "Waħda mill-miri ewlenin tagħna hi li titqajjem kuxjenza dwar il-ġbir ta' batteriji u kemm hu importanti li nirriċiklaw il- batteriji b'mod korrett u mhux narmuhom fil-boroż is-suwed jew fil-kampanja. Il-batteriji fihom materjal perikoluż u jagħmlu ħsara kbira lill-ambjent jekk ma jintremewx kif suppost." "Minn issa 'l quddiem, ser tkun ferm aktar faċli għall- konsumaturi jirriċiklaw il- batteriji tagħhom b'mod sigur u jiddepożitawhom fil-kontenituri speċjali u disinjati apposta għal ġbir ta' batteriji. Qed naħdmu flimkien ma' ħafna ħwienet, istituzzjonijiet u kunsilli lokali f 'Malta u Għawdex biex iservu bħala postijiet ħalli jitpoġġew dawn il-kontenituri mmarkati Batree. Il-pubbliku qed ikun mħeġġeġ biex jiddepożita l-batteriji għand kwalunkwe kunsill lokali," kompla l-Inġ Schembri. Gawdi il-Blue Label Smooth & Creamy fil-kumdità ta' darek L-istejjer ta' Fra Mudest jagħlqu 50 sena (10-04-1967 - 10- 04-2017) Kien fil-ħarġa tal-magażin tat-tfal Children's Own numru, 292 (10 t'April,1967) li dehret l-ewwel storja dwar Fra Mudest miktuba minn Charles Casha, illum magħruf sew għall-kotba tiegħu mmirati għal kull età. Din l-istorja kienet suċċess kbir tant li l-edituri tal-magażin kellhom jistampaw aktar kopji biex jilħqu mad-domanda li bdiet dieħla wara li tqassam il-magażin fl-iskejjel. Casha ħoloq dan il-karattru wara talba mill-editur taċ-Children's Own, John Demanuele wara li dan kien sab logo bil-kelmiet Fra Mudest, fuq l-iskrivanija ta' missieru, Joseph Demanuele. L-istejjer illum ilaħħqu l-mija u għaxra miġbura f 'sitt kotba. L-ewwel ktieb kien ukoll l-ewwel pubblikazzjoni tal-Merlin Library. Fra Mudest (1971) Aktar Praspar ta' Fra Mudest (1974) Mill-Ħorġa ta' Fra Mudest (1995) Mid-Dinja ta' Fra Mudest (1995) 40 Sena Fra Mudest (2007) 50 Sena Fra Mudest (2017) Żgur li Fra Mudest se jibqa' parti mill-folklor letterarju modern l-aktar fejn tidħol il-letteratura għat-tfal. Fra Mudest mexa minn ġenerazzjoni għal oħra għalkemm l-ambjent li fih huma mibnija dawn l-istejjer inbidel u għat-tfal tal-lum huwa xi ħaġa li jistgħu jarawha biss fl-immaġinazzjoni tagħhom. Illum, Fra Mudest għadu jġib memorji sbieħ tat-tfulija lill-eluf ta' qarrejja li llum m'għadhomx tfal imma kibru, iżżewġu u għandhom uliedhom. F'kumment tiegħu dwar dawn l-istejjer, Dr. Ġorġ Mallia jgħid hekk: "Nemmen ukoll li ma' Fra Mudest qed nikkommemoraw it-twelid tal-letteratura moderna għat-tfal Maltin għax il-ħolqien tal-wieħed hu mżewweġ mal- bidu tal-oħra." Kumment ieħor kien mingħand il-Professur Manwel Mifsud li kiteb hekk: "Tul 40 sena li fihom id-dinja nbidlet bis-sħiħ, kull awtorità ddaħlet fi kriżi, u l-fehmiet u l-gosti tal-Maltin inqalbu ta' taħt fuq, Fra Mudest bil- karattru ferrieħi, b'dik id-daħka simpatika tiegħu, baqa' jmiss qlub il-qarrejja, baqa' jilħaq dik ir-rokna f 'qalbhom li minkejja kollox – tixtieq is-sempliċità, il-ġenwinità. Baqa' xhieda ta' kontinwità u punt ta' riferiment iktar importanti milli naħsbu." Disinn: Frank Schembri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 March 2017