Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/800763
illum Il-Ħadd 19 ta' Marzu 2017 Sports 32 Il-Weightlifting - Sport u arti magħqudin imkien Il-bidu tal-Weightlifting f 'Malta Il-weightlifting f 'Malta jagħti bidu għal żmien l-Ingliżi. Meta telqu l-Ingliżi kien qisu spiċċa kollox. Qabel kien hemm qisu xi klabbs li kienu affiljati mal-federazzjoni Ingliża li kienu jipprattikaw dan l-isport. L-ispinta mbagħad ingħatat mill-weightlifter Malti Charles Mifsud. Hu kien jgħix l-Awstralja imma kien irrappreżenta lil Malta għax kien ċittadin Malti. Kien ġie Malta meta l-isport tal-weightlifting f 'Malta kien mejjet, u fl-1975 reġa' qajjem dan l-isport. Kif evolva dan l-isport matul is-snin Fil-bidu meta kien qed jinbeda, kien hemm ħafna aktar diffikultajiet mil-lum. Illum dejjem qed javvanza. Hemm aktar opportunitajiet u l-atleti jistgħu jħarsu lejn dan l-isport b'aktar serjetà. Qabel, l-atleti kienu jittrenjaw darba kuljum, imma llum issib atleti li jittrenjaw darbtejn kuljum. Jekk trid li jitjieb il-livell, il-livell tat-taħriġ irid jiżdied. Qabel in-numru ta' kompetizzjonijiet kien limitat aktar. Riċentament, weightlifters Maltin telgħu f 'ħafna kompetizzjonijiet fl-Ewropa u anki barra mill-Ewropa. Fosthom il- Malażja, Doha, L-Iran, l-Ingilterra, Ċipru, Iżrael, u s-Serbja. Id-differenza bejn weightlifting u powerlifting Huma totalment differenti. Meta ngħidu weightlifting għandek iż-żewġ tekniċi tal-clean and jerk u tal-isnatch, li huwa sport Olimpiku. Il-powerlifting mhuwiex sport Olimpiku. Għandu t-teknika tiegħu u t-tip ta' saħħa li tintuża hi differenti. Il-weightlifting għandu aktar teknika u fl-irfigħ hemm aktar arti, speċjalment fl-istatch fejn it-teknika hi ħafna aktar elaborata. L-atleti jridu jippreparaw ħafna aktar biex ikollhom din it-teknika kif suppost. Il-weightlifting huwa l-uniku sport u eżerċizzju li jgħin lill-isportivi kollha. Barra li tuża s-saħħa, fil-weightlifting hemm aktar koordinazzjoni, aktar flessibilità, u aktar veloċità fil-movimenti, ħaġa li fi sports oħra li jinvolvu s-saħħa m'hemmx daqshekk. Il-kompetizzjonijiet kif jintrebħu? Il-kompetizzjoni prinċipali hija fejn l-atleti jerfgħu flimkien ġo kategoriji differenti skont il-piż tagħhom. Hemm tmien kategoriji tal-irġiel u hemm ukoll tmien kategoriji għan- nisa li sa sena ilu kienu sebgħa. Tneħħiet il-kategorija tal-75kg+ u minflokha ġew il-kategoriji tad-90kg u tad-90kg+. L-atleti ovvjament jikkompetu kontra xulxin u min jerfa' l-aktar jirbaħ. Regolament ieħor li tneħħa u se jibda jiġi attwat minn din is- sena jikkonċerna r-rebbieħa f 'każ li żewġ atleti jerfgħu l-istess piż. Qabel kien hemm regola, li llum tneħħiet, li jekk żewġ kompetituri jerfgħu l-istess ammont, jirbaħ min ikun jiżen lanqas. Ngħidu aħna jekk dawn iż- żewġ kompetituri qed jikkompetu fil-kategorija ta' taħt it-63kg, dak li jiżen 61.5kg f 'dal-każ jirbaħ fuq l-avversarju li jiżen 61.6. Din ir- regola llum tneħħiet u f 'każ li żewġ kompetituri jew aktar jergħu l-istess ammont, ir-rebbieħ ikun min ikun għamel l-ewwel refgħa. Hemm ukoll kompetizzjonijiet oħrajn fejn l-atleti ma jkunux f 'kategorija waħda għalihom imma r-rebħ bis-sistema tal-punti fejn ir-rebbieħ/a jkunu dawk li jiksbu l-akbar ammont ta' punti. Pereżempju meta Malta tikkompeti bħala skwadra, normalment ikunu tliet irġiel u żewġ nisa. Ir-rebbieħ irid ikun it-tim u mhux l-individwu. Ikun għalxejn jekk tnejn imorru tajjeb ħafna jekk it-tlieta l-oħra ma jġibux numru sabiħ ta' punti għax inkella t-tim xorta joħroġ tellief. Ħadd ma jista' jaħdem għal rasu imma jridu jidħlu għaliha bħala tim u t-tim irid jaħdem flimkien. Ikun hemm ukoll klassifikazzjoni separata għall-atleti. Bħala individwi xorta jistgħu jtejbu l-prestazzjoni tagħhom jew jagħmlu xi rekord nazzjonali imma l-iskop ta' din il-kompetizzjoni huwa li jirbaħ it-tim. Id-differenza bejn il-clean and jerk u l-isnatch? Iż-żewġ refgħat huma differenti ħafna minn xulxin. L-isnatch hija r-refgħa li l-aktar fiha teknika u hija aktar elaborata. L-isnatch terfa' anqas piż mill-clean and jerk. Fl-isnatch, il-piż jintrefa' minn mal-art, il- moviment ta' idejk ikunu aktar usa' u inti trid tagħmel moviment wieħed mill-art sa fuq bil-piż li ttellgħu fl- għoli u jdejk iridu jispiċċaw dritti. Il-clean and jerk hija differenti. Mill-art l-ewwel isserraħ il-piż fuq spallejk u wara, mill-ispallejn ittella' l-piż 'il fuq. Hemm it-teknika li hi l-aktar importanti. Ma tistax ittellgħu 'l fuq billi timbuttah b'idejk li jgħidulha pressout, imma trid ittellgħu b'moviment wieħed dritt. B'saħħa kbira minn saqajk timbotta l-piż 'il fuq u waqt li l-piż tiela' 'l fuq inti taqa' l-kontra tiegħu timbotta l-piż 'il fuq kontra tiegħu fejn il-moviment ikun sħiħ ma jkunx hemm imbuttar bl-idejn. Hemm ħafna regoli marbuta mar- refgħa li trid iżżomm magħhom biex tagħmel l-arti tar-refgħa ta' livell ogħla. Mhux biss kemm terfa' l-piż. Ħafna mid-difetti li naraw huma marbuta ma' fejn jaqa' l-minkeb. Ma tistax tistirah 'il fuq. Il-minkeb ma jistax jaħbatlek mal-irkoppa. Ma tistax toħroġ barra mill-platform, il-piż ma tistax twaqqgħu lura, ma tistax titlaq il-piż qabel ma jasal fil-livell tal-ispalla. Ma tistax twaqqgħu lura. Id-differenza mela hi li l-isnatch għandek moviment wieħed dritt għal fuq mill-ewwel u l-clean and jerk għandek twaqqaf il-piż fuq l-ispalla u wara dritt 'il fuq. Il-weightlifting bħala arti Fil-weightlifting tant hemm teknika involuta fih li ma tistax taqbad l-atleti, tagħtihom programm u tħallihom ġo kamra. Irid ikun hemm il-kowċis il-ħin kollu jduru mal- atleti. Ma jistax ikollok kowċ wieħed li jkollu klassi ta' xi għoxrin student u lanqas jista' jħalli lill-atleta waħdu għax ikollu ċans kbir li jweġġa'. Anki fl-ewwel xhur li jiġi atleta, hu jkun irid jitgħallem ħafna aspetti marbuta mat-teknika. Jista' jkun, minħabba nuqqas ta' flessibilità, li l-ġisem tiegħu ma jħallihx jagħmel xi teknika partikolari. Mela jekk l-atleta mhux flessibbli, irid jitgħallem stretching differenti biex isir aktar flessibbli. L-atleti jkunu segwiti kollha mill-bidu biex jitgħallmu t-teknika mill-ewwel. Jekk l-atleti sfortunatament imorru f 'gyms mhux daqshekk professjonali u jkunu tgħallmu teknika li għalina ma tkunx tajba, aktar idumu biex jirranġaw it-teknika l-ħażina li jkunu tgħallmu milli jkollna atleta frisk li jkunu għadu qed jitgħallem it-teknika tar-refgħa. Huwa importanti ħafna li meta l-atleti jibdew l-isport, jibdew jitgħallmu t-teknika t-tajba mill- ewwel għax kif taqbad vizzju ħażin f 'teknika, imbagħad ikun diffiċli biex tneħħih. Jinvolvi injuries dan l-isport? Bħal kull sport ieħor iva jinvolvi, però jekk nikkumparaw il- weightlifting ma' sports oħra nindunaw kemm hemm inqas injuries. Meta l-livell jogħla u l-atleti jkunu qed jippreparaw għal livelli Ewropej, Mondjali jew Olimpiċi, awtomatikament jagħmlu sforz biex jerfgħu piż akbar. Allura aktar jiżdiedu r-riskji, ngħidu aħna li tweġġa' l-minkeb jew l-ispallejn. Però mhijiex xi ħaġa komuni li jweġġgħu l-atleti. Kull min jagħmel sport ikun suxxettibbli għal xi tip ta' injury. l-istess ammont, jirbaħ min ikun jiżen lanqas. Ngħidu aħna jekk dawn iż- huma marbuta ma' fejn jaqa' l-minkeb. Ma tistax tistirah 'il Rodmar Pulis Rodmar Pulis