Illum previous editions

illum 19 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/800763

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 19 ta' Marzu 2017 | illum Sports 33 Il-Pixxina Nazzjonali f 'Tal-Qroqq terġa' tiftaħ il-bibien IXXOGĦOL ta' manutenzjoni estensiv fil-Kumpless tal-Pixxina Nazzjonali f 'Tal-Qroqq issa jinsab lest. Fil-fatt, il-Kumpless Sportiv reġa' fetaħ il-bibien tiegħu fil-jiem li għaddew għall- klabbstal-waterpolo, kif ukoll għan-numru ta' assoċjazzjonijiet u klijenti li jużaw dan il-post. "Li tkun indirizzata l-problema enormi ta' telqa u abbandun li kienet ilha takkumula għal dawn l-aħħar għoxrin sena u r-riġenerazzjoni tal-Pixxina Nazzjonali kienet wegħda ta' dan il-Gvern," qal s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius waqt l-inawgurazzjoni tal-pixxina. Huwa kompla jgħid li fl-aħħar snin ġew investiti 'l fuq minn tliet miljun ewro fuq dan il- kumpless. L-ewwel fażi kienet tkopri l-aktar xogħol urġenti, fejn saret manutenzjoni fuq is- South Block u nbnew mill- ġdid iċ-changing rooms. Wara, segwiet it-tieni fażi li kienet tinkludi t-tibdil tal-heating system, u maintenance tal-boiler, tibdil ta' pompi fil-Plant Room u s-sistema tal-greywater. Saret ukoll sistema ta' arja kundizzjonata aktar effiċjenti fl-uffiċini, l-installazzjoni ta' pool covers u sistema ġdida ta' tisħin ta' ilma bir-raġġi tax-xemx. Dan sar sabiex jitnaqqas l-użu tal-fuel u l-kumpless ikun aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Barra minn hekk inbidlu wkoll il-handrails kollha li jdawru l-pixxina. It-tielet fażi tar- riġenerazzjoni tal-Pixxina Nazzjonali kopriet il- manutenzjoni taż-żewġ pixxini flimkien u t-tibdil tal-madum tad-deck. Dan tal-aħħar kien fi stat gravi tant li kien ta' periklu għal min kien qed juża din il-facilità. B'hekk il-Gvern wettaq il-wegħda tiegħu u issa jista' jkompli jiffoka fuq wegħda oħra li hija dik tal-pixxina magħluqa fil- Kottonera. Dan l-impjant huwa ferm mistenni mill- komunità akwatika f 'Malta, u l-pjanijet tal-Gvern huma li x-xogħlijiet jibdew sal- aħħar ta' din is-sena. Iċ-chairman ta' SportMalta, Luciano Busuttil semma kif SportMalta rat li l-flus kollha investiti f 'dan il- proġett isarrfu f 'xogħol tajjeb. Huwa spjega kif fejn kien hemm bżonn, reġa' sar ix-xogħol biex ikollna żgur faċilità denja għall- isport Malti u dawk kollha li jużawha. Dermot Galea, il-Kap tal-Faċilitajiet Sportivi ta' SportMalta elenka fid- dettall ix-xogħol kollu li sar filwaqt li l-President tal- ASA Joe Caruana Curran irringrazzja lil SportMalta u lill-Gvern tal-ħidma biex pajjiżna issa qed igawdi minn faċilità tal-ogħla livell. Waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ saret esebizzjoni mill-istudenti tal-akkademja taż-żfin sinkronizzat ta' SportMalta, kif ukoll tournament tal-waterpolo bejn il-klabbs ewlenin u t-tim nazzjonali tan-nisa. Il-Pixxina Nazzjonali f 'Tal-Qroqq Ritratt : Kevin Abela - DOI Illum jitkompla l-BDO Malta Cross Country National Point Series fl-Imġarr ITTIENI tellieqa tal- BDO Malta Cross Country National Point Series hija mistennija li ssir illum il-Ħadd 19 ta' Marzu fl- Imġarr. Filwaqt li l-ewwel tellieqa fil-Miżieb rat liċ-ċiklisti jtellqu f 'kundizzjonijiet tat- temp ħżiena, din id-darba it-tellieqa probabbilment ser tara liċ-ċiklisti jtellqu f 'korsa mimlija trab u żrar specjalment minħabba in-nuqqas ta' xita fl-aħħar ġranet. Iċ-ċirkwit ta' 4.5km ġewwa l-Imġarr joffri xenarju mill- isbaħ, bil-Ġnejna bħala sfond. Ir-rotta hija ikkaratteriżżata minn art mhux maħduma, blat u xagħar u xi ftit inzul u tlajja tekniċi. Kif kien il-każ għall- ewwel tellieqa, iċ-ċiklisti ser jinqasamu f 'ħames kategoriji - Elite – (6 dawriet), Ladies, Open, Masters - (erba' dawriet) u Juniors - (tliet dawriet). Numru ta' ċiklisti barranin huma mistennija li jieħdu sehem ukoll nhar il- Ħadd. It-tellieqa se tibda fit- 8am u l-ewwel ċiklisti huma mistennija jlestu l-korsa għall-ħabta tad-9.15am. Il-2017 Cross Country National Point Series huma appoggati minn BDO Malta u minn Magri Cycles, Carm & Co Ltd (prodotti SIS) u Island Beverages (H2Only). Għall-aħħar aħbarijiet tal- Assoċjazzjoni u l-kalendarju tat-tlielaq, wieħed jista' jżur is-sit elettroniku www. maltamountainbike.org. mt kif ukoll il-paġni ta' Facebook u Instagram. Alternattivament, wieħed jista' jikkuntattja l-Assoċjazzjoni fuq l-indirizz elettroniku, info@ maltamountainbike.org.mt. Żewġ ċiklisti -azzjoni waqt il-BDO Malta Cross Country National Point Series

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 March 2017