Illum previous editions

illum 19 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/800763

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 19 ta' Marzu 2017 | illum Sports 35 Malta hija l-qofol tal-istaġun atletiku tiegħi, u din is-sena kienet is-sitt darba li ħadt sehem fiha. Għall-ġirja ta' din id-distanza, it-taħriġ, ix-xogħol kollu li jkun sar matul is-sena u l-istrateġija li tkun ippjanajt huma l-pedamenti tas-suċċess li tkun ilek taħdem għalih u meta tieħu l-frott ta' dan kollu tkun vera sodisfatt. In-nofs Maratona ta' Malta tal- 2017 għalija se tibqa' esperjenza indimentikabbli għax irnexxieli nidħol it-tieni Malti u s-seba' bħala pożizzjoni overall mit- 3,125 atleta partecipanti li rnexxielhom itemmu din il-ġirja. Din il-ġirja ta' 21.1km għamiltha fil-ħin ta' 1:14:43 u spiċċajt 15-il sekonda wara l-ewwel Malti li daħal fit- tellieqa - tragward li lħaqtu wara tant snin ta' sagrifiċċji u taħriġ. X'tikkummmenta fuq l-organizzazzjoni in ġenerali tal-Maratona ta' Malta? Il-maratona ta' Malta saret avveniment importantissmu fil-kalendarju tal-atletika u bħas-snin ta' qabel, l-organizazzjoni kienet perfetta b'riżultat ta' ħafna xogħol siewi u preparazzjoni qawwija mill-organizzaturi. In-numru ta' atleti li jieħdu sehem - li din is-sena laħaq rekord ta' 4,400 parteċipant - huwa indikazzjoni ta' kemm dan l-isport sar popolari hawn Malta, sport li sfortunatament inħoss li ma jingħatax l-importanza li tixraqlu fil-media. Kemm taħseb li l-kollettività hija element importanti fl-atletika? Għalkemm il-ġiri huwa sport ta' sforz u dedikazzjoni individwali, xorta nħoss li l-kollettività hija element importanti wkoll. Nista' ngħid li l-atleti kollha f 'kull ġirja li tiġi organizzata, jagħtu s-support sħiħ lil xulxin u dan huwa ta' kuraġġ kbir għal kulħadd. Id-dedikazzjoni, is-serjetà u l-impenn tan-nies ta' madwarek jiddeterminaw ukoll is- suċċess li tkun tixtieq takkwista. Kif tgħinek l-atletika f 'ħajtek b'mod ġenerali? Nista' ngħid li l-isport tal-atletika sar parti integrali minn ħajti u bis- saħħa tiegħu mmaturajt f 'kull aspett. Tgħallimt ukoll nifraħ bir-riżultati tajbin waqt li nitgħallem mir-riżultati anqas tajbin. Ma' sħabi l-atleti kollha u minn kull tim, apparti li kulħadd jistinka u jaħdem għal riżultat personali tajjeb, dejjem żammejt spirtu ta' sportività u ta' ħbiberija. X'inhu l-għan ewlieni tiegħek f 'dan l-isport? L-għan ewlieni tiegħi issa huwa li nipprova nitla' tarġa oħra fil-karriera sportiva tiegħi billi nieħu sehem f 'maratoni organizzati f 'pajjiżi apparti Malta, u li nistinka aktar biex jekk ikun imnalla, jirnexxieli wkoll nirrappreżenta u nagħmel unur lil pajjiżi f 'xi avveniment 'l barra mix- xtut tagħna. Nawgura lil sħabi kollha suċċess f 'dan l-isport li hu tant għall- qalbna. sodisfazzjon fl-Atletika Ritratt: James Bianchi "Bħalma attur irid jipprattika l-parti tiegħu qabel xi reċta, hekk ukoll aħna l-atleti rridu nkunu pprattikajna għall- korsa li hi l-palk tagħna" Huwa atleta żagħżugħ li kulma jmur iż-żmien dejjem qed ikompli jimpressjona -atletika Ikklassika t-tieni post bħala atleta Malti u s-seba' post mill-atleti overall n-Nofs Maratona ta' Malta, ftit tal-ġimgħat ilu L-għan ewlieni tiegħu huwa li jieħu sehem f 'maratoni organizzati f 'pajjiżi apparti Malta, u li jirnexxielu jirrappreżenta u jagħmel unur lil pajjiżu f 'xi avveniment 'l barra mix-xtut tagħna MATTHEW SCICLUNA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 March 2017