Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/800763
Tkompli minn paġna 1 KAŻI oħra li jiltaqgħu magħhom il-ħaddiema soċjali jkunu problemi relatati mal-faqar, fejn minħabba mistħija li jibagħatu t-tfal l-iskola b'uniformi mqatta' jew ma jkollhomx flus biex jixtrulhom basket jew żarbun ġdid, uħud jippreferu ma jibagħtux it- tfal l-iskola. Il-fatt li jsir intervent tal-Pulizija, jservi biex il- ġenituri jagħmlu l-ewwel pass biex jibda l-proċess ta' konsultazzjoni li permezz tiegħu, il-ħaddiema soċjali jkunu jistgħu jibdew jifhmu x'inhi r-raġuni wara l-assenteiżmu tat-tfal mill- iskola. Lllum, id-Dipartiment tal- Edukazzjoni qiegħed joffri ħafna għajnuna lil dawn il-familji, li f 'numru ta' każi tibda minn għajnuna lill- ġenituri. Ta' min isemmi li biss biss, sal-2009 kien hemm biss tliet social workers inkarigati mill-assenteiżmu mentri llum, id-dipartiment għandu 20, li huma impjegati purament fuq assistenza dwar l-assenteiżmu fil- kulleġġi, bil-possibbiltà li jsegwu l-każi b'mod individwali. "Sa tliet snin ilu, kien hemm ukoll inkonsistenza fil-proċeduri li bihom il-ġenituri jippreżentaw iċ-ċertifikati tat-tabib lill-iskejjel fil-ħin," spjegat Maria Zahra, Principal Social Worker, li qalet li f 'ħafna każi ta' assenteiżmu, tiġi nnotata ripetizzjoni fil-mod kif jiġu preżentati ċ-ċertifikati lill-iskejjel, fejn jiġi nnotat assenteiżmu f 'ċertu ġranet partikolari, jew bħal qisu kwota, tlett ijiem kull xahar. Zahra qalet li llum, l-iskejjel qed ikollhom aktar koperazzjoni minn naħa tat-tobba wkoll, li jinformawhom meta jinnotaw li qed jintalbu ċertifikati ta' spiss għall-istess tfal fuq bażi regolari. Ħafna mill-każi ta' assenteiżmu huma minn tfal barranin Filwaqt li ċ-ċifri wrew żieda fin-numru ta' tfal li fallew l-iskola sa mill-bidu ta' din is-sena skolastika, numru sostanzjali ta' dawn it-tfal kienu barranin, li filwaqt li isimhom ikun imniżżel fir-reġistri tal- iskejjel u għaldaqstant l-assenteiżmu tagħhom immarkat, l-iskola ma' tkunx taf l-indirizz ta' dawn it-tfal, kif tagħmel kuntatt mal- ġenituri tagħhom jew jekk biss għadhomx fir-raħal jew saħansitra fil-pajjiż. Maria McNamara, Direttur Ġenerali tas-Servizzi tal- Edukazzjoni spjegat li din is- sena, mill-152 każ ta' studenti li fallew aktar minn 90% tal- ġranet, 141 kienu barranin li r-reġistrazzjoni tagħhom u informazzjoni dwarhom ma kinetx waħda fissa. Filwaqt li dawn il-każi jżidu l-kwota u ċ-ċifri tal-assenteiżmu, sfortunatament huma ftit li xejn li l-ħaddiema soċjali jistgħu jagħmlu dwar dan. 'L-istess għal kulħadd' ma jaħdimx... McNamara, Cortis u Zahra spjegaw ukoll li minbarra każi soċjali relatati mal-ġenituri li minħabba fihom tfal mhux jintbagħtu skola, jeżistu wkoll każi, speċjalment fuq livell sekondarju, fejn studenti jfallu l-iskola għax ma jħossux li s-suġġetti u s-sillabu provdut huwa tajjeb għalihom. Dawn huma każi li juru li s-sistema edukattiva tagħna ta' 'one size fits all' ma taħdimx għal ħafna studenti li fil-livell sekondarju ma jħossuhomx li s-suġġetti akkademiċi offruti mill- iskola huma tajbin għalihom, jew li huma mhux tajbin għas-suġġetti. Dan iwassal biex dawn l-istudenti jitilfu l-interess u l-motivazzjoni fl-iskola u għaldaqstant ifallu. Ix-xogħol li qed isir issa, se jħalli frott fil-futur Wara studju dwar dan, li sar bejn l-2013 u l-2014, id- Dipartiment tal-Edukazzjoni introduċa fl-iskejjel sekondarji programm ta' tagħlim alternattiv bil-għan li jagħti sodisfazzjon u kuntentizza fl-istudju lill-istudenti kollha, u b'hekk jiżdied l-interess fl- iskola u jonqos l-assenteiżmu. Permezz ta' dan il- programm, ġew introdotti fl- iskejjel suġġetti vokazzjonali (Alternative Learning Program) li jkunu aktar addattati għal studenti li mhux kapaċi daqs oħrajn f 'suġġetti akkademiċi, iżda li jkunu tajbin f 'arti, snajja' u tagħlim relatat ma' xogħol manwali. Biex din is-sistema taħdem aħjar, sa mill-2009, għall- ewwel darba f 'Malta id- Dipartiment issa għandu councellors soċjali u oħrajn iffukati direttament fuq il-karrieri, li jkunu specjalizzati u kwalifikati biex jevalwaw l-aħjar għażliet ta' suġġetti għat- tfal, li fl-aħħar mill-aħħar se jeffetwaw direttament il-karriera futura ta' dawn it-tfal. Id-Direttur Ġenerali tas- Servizzi tal-Edukazzjoni temmet tgħid li x-xogħol li qiegħed isir issa, se jħalli l-frott tiegħu 'l quddiem. Fil-każ tal-istudenti tas- sekondarja, għajnuna fid-diversità tas-suġġetti se tgħinhom ikollhom għażliet iktar siewja għalihom fil-futur. Fil-każ tat-tfal tal-primarja, l-għan tal- għajnuna mill-ħaddiema soċjali se jkollu riżultati fil-futur hekk kif it-tfal ma jġorrux il-mentalità tal- assenteiżmu magħhom fil- ħajja skolastika, u fil-futur f 'dik tax-xogħol tagħhom. McNamara temmet tgħid li s-suċċess tax-xogħol li qiegħed isir bħalissa jseħħ meta t-tfal u l-ġenituri jibdew jagħrfu aktar l-importanza tal-edukazzjoni u tinbena relazzjoni ta' fiduċja bejn il-ġenituri, il- ħaddiema soċjali u l-iskejjel. Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 19 ta' Marzu 2017 Data ta' gheluq 7 ta' April 2017 f'nofs inhar hin lokali. Ghal aktar informazzjoni zur is-sit www.myscholarship.gov.mt Din l-iskema hi amministratha mill-iScholarships Unit - Direttorat ghall-Implimentazzjoni ta' Programmi fi hdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xoghol Laqgha ta' informazzjoni: l-Erbgha, 29 ta' Marzu 2017 fill-5:00pm Multi Purpose Conference Hall Customer Care, Binja tal-Edukazzjoni, Floriana. applikazzjonijiet huma miftuħa! applikazzjonijiet huma miftuħa! MALTA ARTS SCHOLARSHIPS Scheme Iktar minn 550% żieda f 'ħaddiema soċjali inkarigati mill-assenteiżmu L-akbar problema ta' assenteiżmu hi fost studenti barranin In-numru ta' ħaddiema soċjali żdied minn 3 għal 20