Illum previous editions

illum 19 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/800763

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

illum | Il-Ħadd 19 ta' Marzu 2017 Aħbarijiet 10 ALFRED Sant qal li Malta hija pajjiż newtrali u mhux se jaqbel li tieħu sehem fil- politika Ewropea ta' difiża u sigurtà kif proposta mill-UE. Pajjiżi newtrali fi ħdan l-Unjoni Ewropea jistgħu wkoll jiddeċiedu li ma jipparteċipawx kompletament jew parzjalment f 'din il-politika. Alfred Sant qal dan fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu qabel ivvota kontra riżoluzzjoni li tagħti qafas lill- istrutturi politiċi u militari tal- UE. Sant qal li "din il-proposta se tkompli tagħti saħħa lill-qawwiet militari tal-pajjiżi l-kbar tal-Ewropa a skapitu tal- membri stati ż-żgħar tal-UE." Sant qal li politika komuni ta' difiża u sigurtà hija tentazzjoni għall-istati membri, iżda din aktarx tkun kontro-produttiva. Din l-inizjattiva mhux se tirxoxta l-entużjażmu għal aktar għaqda Ewropea iżda se żżid id-diverġenzi bejn l-istati membri tal-UE. "Ikun jaqbel li l-UE tikkonċentra fuq miżuri ta' sigurtà koordinati fi ħdan it-territorju Ewropew dwar it-terroriżmu, l-immigrazzjoni u s-sorveljanza. B'hekk naħsdu r-riżultati f 'qasir żmien, inkunu politikament popolari u faċilment nikkomunikaw man-nies. Politika ta' difiża komuni żżid l-importanza militari tal-pajjiżi l-membri l-kbar. Dan ikompli jżid in-nuqqas ta' fiduċja bejn l-istati membri li 'jiddominaw' u l-istati membri li huma s-'segwaċi'. Intant, pajjiżi newtrali jistgħu jiddeċiedu li ma jiħdux sehem kompletament jew parzjalment f 'din il-politika. Il-prospett ta' livelli differenti ta' sħubija fost il-pajjiżi membri, tgħin biex iżżid il-firda li, fost problemi oħra, qed taffettwa lill-proġett Ewropew," temm jgħid Sant. L-Uċċju tal-Avukat Ġenerali qiegħed jilqa' applikazzjonijiet għal grad ta' Uċjal Klerikali. L-applikanti magħżula jiġu mpjegati għal terminu ss fuq bażi full-time u jkunu mitluba jaħdmu mhux inqas minn erbgħin siegħa l-ġimgħa. Kull min japplika għandu jkollu kwaliki f 'Livell 5 (MQF) b'minimu ta' 60 ECTS/ECVETS jew Studji Legali, Amministrazzjoni Pubblika, Management, Accounts, HR jew f 'qasam relatat jew kwalika komparabbli. L-applikazzjonijiet u l-Curriculum Vitae għandhom jintbagħtu lil: L-Amministrazzjoni (JobsPlus 43/2017) Uċċju tal-Avukat Ġenerali Il-Palazz, Il-Belt, Valletta jew Email: ag@gov.mt sa mhux aktar tard mill-Hamis 30 ta'Marzu 2017 f 'nofsinhar. POSTIJIET TA' UFFIĊJALI KLERIKALI FL-UFFIĊĊJU TAL-AVUKAT ĠENERALI Teżor Għawdxi jisparixxi u ieħor jitfaċċa • Il-Parlament Ewropew jilqa' parti minn teżor misjub f 'qiegħ il-baħar Għawdxi fis-seklu 7 QK • L-MPE Miriam Dalli tiftaħ l-esebizzjoni unika fil-Parlament Ewropew John Busuttil minn Brussell FILWAQT li Malta u Għawdex kienu xxukkjati bit-telfa meta f 'salt wieħed, it- tieqa tad-Dwejra f 'Għawdex sparixxiet, l-istess gżira t'Għawdex irregala lil gżejjer Maltin teżor ieħor. Skoperta ta' vapur tal-feniċi li kien għereq fil-baħar tax-Xlendi madwar 2,700 sena ilu. Esperti ddikjaraw li din l-iskoperta hi waħda mill-akbar li qatt saru f 'qiegħ il-baħar f 'dawn iż-żminijiet riċenti. Dan il-vapur tal-Feniċi instab wara analiżi sistematika ta' qiegħ il-baħar viċin il-gżira ta' Għawdex. Waqt l-analiżi, tfaċċat anomalija li ġiet immarkata bħala bersall biex wieħed jinvestiga. Din l-iskoperta saret mis-senior lecturer tal-Università Maltija, Dr Timmy Gambin, li hu wieħed mill-aqwa arkeologi ta' qiegħ il-baħar, flimkien ma' diversi sħab internazzjonali li ġew jgħinuh biex b'teknoloġija mill-aktar moderna jaslu għal x'kienet din l-anomalija. B'din it-teknoloġija kien skopert x'tip ta' vapur kien, x'kien qed iġorr u possibbilment anke fejn kien sejjer u minn fejn kien ġej. Il-wirja ġiet miftuħa mill- MPE Miriam Dalli bil- kollaborazzjoni tal-Presidenza Maltija fil-Kunsill Ewropew u Heritage Malta, bid-direttur Maniġerjali Pierre Bonello jieħu rwol ferm attiv f 'din il- wirja. Miriam Dalli fid-diskors tagħha qalet li b'din il-wirja, Malta kellha l-opportunità li turi r-rikkezzi kulturali u tradizzjonali tal-gżejjer tagħna, fejn faħħret ukoll kif l-Università ta' Malta f 'dik li hi xjenza, teċċella fejn jidħol wirt tal-gżejjer tagħna. L-iskoperta Mill-ewwel ritratti li ttieħdu f 'qiegħ il-baħar, ħareġ ċar li dan il-vapur kien wieħed antikissimu u għarqa importanti. Fil-fatt ġie stabbilit li l-għarqa seħħet madwar 2,700 sena ilu f 'fond ta' 110 metri. L-ewwel mistoqsija li riedet titwieġeb kienet jekk kienx hemm iżjed arkeoloġija mirduma fil-qiegħ tal-baħar barra dak li deher fil-wiċċ. Bit- testijiet li saru bis-Sub Bottom Profiler, intwera li hemm żewġ metri oħra midfuna. Kien fl-2014 li tim internazzjonali ġie ffurmat biex isiru aktar studji fuq dan is-sit. Ġie użat sottomarin biex jesplora l-għarqa u bil-kameras inġibdu eluf ta' ritratti fejn simultanjament inħoloq ritratt 3D tas-sit arkeoloġiku. Fl-2016, tim ta' għaddasa speċjalizzati biex jinżlu f 'fond ta' 'l fuq minn 100 metru niżlu u tellgħu magħhom diversi oġġetti li kien hemm fil-qiegħ. Instab li l-'cargo' kien magħmul minn diversi oġġetti, biċ-ċeramika li nstab fin-nofs tal-vapur mgħerreq, filwaqt li ġarar li kienu ġejjin miċ-ċentru tal-Mediterran u mill-baħar Tirrenju nstabu fin-nofs tal-vapur ukoll. Instabu seba' kontenituri differenti li jinkludi wkoll ġarra termali. Il-vapur kellu wkoll diversi speċi ta' ġebel (li bl-Ingliż jissejħu saddle querns) li jintużaw biex jidħnu d-dqiq jew biex jiġi preparat l-ikel. Dawn jidhru li kienu ġodda u ma ntużawx. Mit- testijiet sar magħruf li sawn kienu ġejjin minn Pantelleria minħabba li l-ġebla kienet volkanika. Din l-iskoperta għenet biex il-Ministeru ta' Għawdex ngħata fondi ta' €5 miljun mill-Ewropa biex dan il- wirt misjub fil-qiegħ tal-baħar Għawdxi, jittella' u jitpoġġa fil-mużew ta' Għawdex li se jkun minflok fejn kien hemm il-Liċeo. Din l-iskoperta żgur li se tkun ta' attrazzjoni kbira għal dan il-mużew li se jkun uniku fejn jidħol il-wirt kulturali ta' qiegħ il-baħar Għawdex. Alfred Sant kontra li Malta tieħu sehem fil- politika Ewropea ta' difiża u sigurtà L-istampa ċara bit 3D li ħarġet mill-iskoperta nnifisha wara li ttieħdu eluf ta ritratti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 March 2017