Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/800763
illum | Il-Ħadd 19 ta' Marzu 2017 Intervista 12 'L-AD għandha tikkunsidra koalizzjoni B ħalissa huwa kważi meħud bħala fatt li teżisti ċerta apatija u saħansitra diżillużjoni fost settur kbir ta' votanti, għalkemm dan beda jonqos hekk kif beda tiela' d-deni elettorali. Settur ta' nies qed iħossu li xebgħu mill-politiċi u miż-żewġ partiti ewlenin. Il-loġika lili tgħidli li bħalissa suppost huwa l-mument li h ikollok 'nixxiegħa' kontinwa ta' voti sejrin għand il-partiti iż-żgħar. Dan ma jidhirx li qed jiġri. Għalfejn? "Jekk wieħed jieħu elezzjonijiet tal- passat, isib li ġeneralment ikun hemm xejra favur il-partiti il-kbar," jibda jwieġeb Michael Briguglio f 'intervista mal-gazzetta ILLUM. "Hemm raġunijiet diversi għal dan, fosthom il-kunċett tal-'vot moħli'. Faxxa ta' nies jistgħu jaqblu ma' partit żgħir, imma jibżgħu li l-vot jinħela u għalhekk, jgħin lill-partit li ma jkunux iridu fil-Gvern. Ma tagħtix tort nies jaħsbu hekk..." "Imma hemm mod kif tista' tegħleb dan," jibda jipproponi Briguglio mal- ILLUM, "persuna tista' tagħti n-numru wieħed lill-partit kbir li tixtieq li jkun fil-Gvern jew biex il-partit l-ieħor ma jkunx, imbagħad tkompli fuq partiti ż-żgħar." Mistoqsi jekk hux beħsiebu jagħmel hekk hu nnifsu, Briguglio dlonk saħaq li hu jappartjeni għall-Alternattiva Demokratika u kompla jispjega li mod ieħor kif tkun megħluba l-biża' hija billi l-partiti ż-żgħar jesploraw il-possibbiltajiet ta' koalizzjoni. "B'hekk il-vot ma jinħeliex għax in-'numru 2' ikompli fuq il-membri tal-koalizzjoni, għalhekk jispiċċa l-kunċett tal-vot moħli." 'L-AD m'għandhiex teskludi koalizzjoni' L-ILLUM tfakkar li bħalissa suppost għaddejja diskussjoni għal koalizzjoni bejn Marlene Farrugia u l-PN. Imma hemm l-AD ukoll. Wasal iż-żmien li l-AD tidħol f 'koalizzjoni wkoll? Briguglio, li kien imexxi lill-istess partit għal erba' snin, iħoss li "l-AD m'għandha teskludi xejn, inkluż li tinnegozja l-possibbiltà ta' koalizzjoni. Vera, li hemm riskji," jammetti Briguglio probabbilment konxju li mhux kulħadd fl-AD huwa eċitat bi prospetti ta' żwieġ politiku, "fosthom riskji ta' identità, riskju li partit żgħir jinbela, imma mhux kollox fih ir-riskji? Ma jirriskja xejn min ma jagħmel xejn," jgħid Briguglio li jisħaq li f 'dan il-każ, l-AD għandha tikkunsidra kemm ir- riskji kif ukoll l-opportunitajiet li toffri koalizzjoni. Huwa jgħid li diskussjonijiet dwar koalizzjoni saru qabel u kien hemm mumenti wkoll fejn ir- riskju ħadem kontra l-AD, fosthom isemmi l-mument meta l-PN kien ta direttiva fl-elezzjoni tal-2003 biex in- Nazzjonalisti ma jagħtux duwijiet lill- AD. "Mhux qed ngħid li l-AD għandha tagħmel koalizzjoni, qed ngħid li għandha tikkunsidraha." Il-PL m'għandux bżonn koalizzjonijiet L-ILLUM tistaqsi lil Briguglio, jekk l-AD ma teskludix li tidħol f 'koalizzjoni, ma' liema partit iħoss li din il-koalizzjoni tista' taħdem l-aktar? Mal-Partit Nazzjonalista jew mal-Partit Laburista? "Preżentament, il-Partit Laburista m'għandux bżonn koalizzjoni," jgħid Briguglio li jisħaq kif skontu, il- koalizzjoni mhix fil-"kultura Laburista" u jgħid li Muscat, qabel sar Mexxej tal-PL kien staqsieh jekk iridx li l-AD tissieħeb bħala fergħa jew struttura fil-PL. Idur fuq il-PN u jgħid li s-sondaġġi qed juru li, "illum dan il-partit jidher li biex jirbaħ irid ikabbar il-bażi tal-votanti tiegħu, min-naħa l-oħra,l- unika mod biex il-partiti ż-żgħar, u qed nirreferi għall-Alternattiva Demokratika u l-Partit Demokratiku jkunu fil-Parlament, huwa permezz ta' koalizzjoni." L-AD u l-PD jeħtieġu koalizzjoni biex jitilqgħu fil-Parlament Briguglio qal li l-PN tilef ċerta leġittimità fuq id-diskussjoni dwar il-governanza minħabba l-każ db, u f 'koalizzjoni, "il-partiti ż-żgħar jistgħu jiġbdulu widnejh. Il-partiti ż-żgħar, għandhom il-kwistjonijiet it-tajbin bħall-governanza, l-ambjent u kwistjonijiet soċjali imma jafu li kważi impossibbli li jitilgħu fil-Parlament waħedhom." L-ILLUM tiċċara jekk hux qed jgħid allura li l-aktar koalizzjoni possibbli bħalissa tal-AD hija mal-PN, bi Briguglio jwieġeb fl-affermattiv. "Minħabba l-kuntest li qegħdin fih." Dakinhar tal-intervista, preċiżament dak il-ħin, kienu qed joħorġu r-riżultati uffiċjali tal-ewwel elezzjoni ġenerali fl-UE għal din is-sena li kienet ferm mistennija, dik fl-Olanda. "Fl-Olanda, il-Partit tal-Ħodor Ewropej għadu kif għamel rebħa storika. Minn 2% żied il-vot tiegħu għal 11%. Irridu nkunu konkreti," jgħid Briguglio filwaqt li jerġa' jaqleb id-diskors fuq ix-xena lokali. "L-unika mod li l-Greens f 'Malta jistgħu jkunu parti mill-gvern huwa f 'koalizzjoni mal-liberali jew maċ-ċentru lemin," sostna Briguglio. Allura x'qed iżomm lill-AD milli jagħmel dan? "Staqsi lit-tmexxija tal-AD," tkun ir-risposta ta' Briguglio li filwaqt li jerġa' jirrikonoxxi li hemm riskji u filwaqt li kien hemm żmien meta hu stess kien kontra koalizzjoni mal-PN fiż-żmien meta Harry Vassallo kien Chairperson, xorta jgħid li jekk ġenwina, koalizzjoni għandha tkun ikkunsidrata. 'Żgur li mhux se noħroġ għall- elezzjoni ġenerali li ġejja' Jingħad li r-relazzjoni bejn Briguglio u Arnold Cassola/Carmel Cacopardo mhux waħda tajba. Veru? "Aħna tliet karattri differenti...u iva, meta kont mexxej kelli differenzi ma' Cassola u Cacopardo," jammetti Briguglio anke jekk jgħid li kien hemm diversi punti li fuqhom kien hemm qbil. Imma se jkun kandidat għall- elezzjoni ġenerali? Briguglio jwieġeb fin-negattiv, "żgur mhux se noħroġ għall-elezzjoni imma se nerġa' noħroġ għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali." Apparti li kien imexxi l-istess partit, Briguglio huwa Kunsillier f 'isem l-Alternattiva Demokratika, fil-lokalità ta' Tas-Sliema. Briguglio jgħid li l-politika mhix biss il-mexxej, u hu bħalissa jippreferi li jagħti kontribut, "biex nipproponi affarijiet li jistgħu jkunu aktar innovattivi, bħal din tal-koalizzjoni, anke jekk mhux kulħadd se jaqbel." Dwar l-elezzjoni jgħid li din se tmur skont fejn se jmorru l-voti ta' dawk in- nies li huma indeċiżi. 'Hija eżaġerazzjoni li d-demokrazija hija mhedda' Ftit wara l-famuż każ tas-sekwestru mill-Minstru Chris Cardona fuq Daphne Caruana Galizia, il-PN beda kampanja għax skontu, id-demokrazija u l-libertà tal-espressjoni huma mhedda. Hemm min jaqbel u hemm min jgħid li din parti minn strateġija elettorali, Briguglio x'jaħseb? "Naħseb qed jeżaġera dwarha din, eżaġerazzjoni li ngħidu li l-libertà hija mhedda. Dan anke jekk jien kont wieħed mill-ewwel nies li kkritikajt ir-reġistrazzjoni tas-siti onlajn," qal fid-dawl tal-proposti għall- bidliet fil-Liġi tal-Istampa. Għal ftit mumenti, nitkellmu dwar ir- reġistrazzjoni tas-siti li kienet proposta u nfakkru li din kienet sempliċiment se tagħmel fuq is-siti dak li diġà jeżisti fuq mezzi oħrajn tax-xandir. "Hekk hu, imma meta tħares lejn l-istampa l-kbira u l-mottiv, tinduna li kien hemm xi ħaġa mgħaġġla, bħala reazzjoni għal dak li qalet ċerta blogger. Minkejja dan, il-Gvern neħħa din il- proposta u ta' dan ninżalu l-kappell." 'L-ekonomija sejra tajjeb, imma mhux neċessarjament trebbaħ elezzjoni' Nippreżentalu fatt u argument. L-istatistika, kemm lokali imma anke Ewropea turi bl-aktar mod ċar li l-ekonomija Maltija bħalissa tinsab si stat ta' saħħa tajjeb ħafna. Malta qed tesperjenza tkabbir ekonomiku qawwi, tkabbir fil-qasam tal-impjiegi, qgħad baxx, defiċit li qed jonqos u turiżmu rekord. Jidher li erba' snin wara l-elezzjoni, l-idea li l-PN biss kapaċi jmexxi l-ekonomija rrendiet lilha nnifisha fi ħrafa. L-argument: Ikun hemm min jgħid 'u issa l-pajjiż sejjer tajjeb, jien qed naqla' iktar jew dak il-permess li ma jikser ebda liġi fl-aħħar ħareġ, x'nivvota PN nagħmel? Klikkek bi klikkek nibqgħu b'din il-klikka għax Malta sejra tajjeb.' Kemm jaħseb Brigiuglio li din in- narrativa hija komuni? "S'issa jidher li dik hija n-narrtiva prevalenti u li qed tikkonvinċi lin-nies. Hekk juru l-istħarriġ tal-Maltatoday. Għalkemm wieħed irid jikkunsidra wkoll li fl- istħarriġ, ħafna mhux qed jgħidu xi jħossu." Dwar l-ekonomija, Briguglio filwaqt li jirrikonoxxi li l-ekonomija sejra tajjeb, jgħid li s-setturi ekonomiċi ġodda għadhom ma bdewx f 'pajjiżna. "Il-Labour ikkonsolida dak li sab, li minnu nnifsu hija xi ħaġa pożittiva u turi li l-PN kien żbaljat meta qal li bil- Labour se mmorru gas down ġol-ħajt. Hemm kontradizzjonijiet ukoll, iżda," jisħaq Briguglio. Huwa jgħid li l-pajjiż huwa wisq dipendenti fuq setturi bħall- Il-partiti ż-żgħar għandhom il- kwistjonijiet t-tajbin bħall- governanza, l-ambjent ... imma jafu li kważi impossibbli li jitilgħu l- Parlament waħedhom Naħseb qed jeżaġera dwarha din (il-PN)... eżaġerazzjoni li ngħidu li l-libertà hija mhedda " " " " Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt