Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/800763
Il-Ħadd 19 ta' Marzu 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Tarxien R ................... 0 Floriana ..................... 1 KELLU jkun gowl tard fil-logħba eżattament fit-88 minuta minn Mario Fontanella li ta tliet punti prezzjużi lil Floriana hekk kif għelbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor minimu ta' 1-0 biex b'hekk għamlu pass ieħor għat-tragward tar-raba' post fi tmiem l-istaġun li jfisser post fl- Ewropa. Kienu l-Greens li ħoqlu l-ewwel azzjoni perikoluża u resqu viċin li jiftħu l-iskor wara seba' minuti, meta hekk kif irċieva minn corner mil-lemin ta' Steve Pisani, għola tajjeb Amadou Samb li ra t-tentattiv tiegħu minn daqqa ta' ras mill-viċin jistampa mal-mimduda. Fil-25 minuta Mario Fontanella dejjem għal Floriana kellu xutt akrobatiku jgħaddi jħakkek mal-wieqfa wara li rċieva minn cross mil-lemin ta' Nicolas Chiesa. Ir-Rainbows irrispondew għall-ewwel darba fl-34 minuta meta l-captain Triston Caruana xeħet freekick insidjuż fid- direzzjoni ta' Alex Nilsson li ra d-daqqa ta' ras tiegħu tiġi milqugħa bi bravra minn Justin Haber li lbieraħ kien qed jirritorna bejn il-lasti tal-Greens. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima kienu r-Rainbows li ħolqu l-ewwel periklu meta fid-49 minuta, cross-shot ta' Daniel Ponce De Leon Garcia ġie salvat tajjeb minn Justin Haber. Il-Greens kienu sfortunati li ma fetħux l-iskor fis-66 minuta meta wara li rċieva minn kross pinġut ta' Antonio Monticelli, għola tajjeb Mario Fontanella li ra d-daqqa ta' ras tiegħu tistampa mal-mimduda, u mir-rebound Sebastian Nayar kellu x-xutt tiegħu kklerjat minn fuq il-linja fatali mid-difiża tar- Rainbows. Fil-75 minuta, Floriana rebħu penalti meta Sacha Borg waqqa' lil Steve Pisani fil-kaxxa, iżda mill-11- il metru nkariga ruħu Sebastian Nayar li ra x-xutt tiegħu jintemm għoli fuq il- lasti ta' Philip Schranz. Floriana skorjaw il-gowl tar- rebħa fit-88 minuta permezz ta' Mario Fontanella li x-xutt b'saħħtu tiegħu mil-lemin ma ta l-ebda ċans lill- goalkeeper Philip Schranz li jsalva. Minuta biss wara, ir- Rainbows kważi ġabu l-iskor indaqs meta minn cross ta' Ebiabowei Baker mix- xellug, id-daqqa ta' ras ta' Alex Nilsson ġiet imdawra f 'corner bi stil minn Justin Haber. Tarxien R. - Schranz, Baker, Marcelina, Caruana, Ponce De Leon Garcia, Nilsson, Fernandez Prendes (Azzopardi 65'), Zerafa, Da Paixao Alves (Galea 82'), Tabone, Borg (Zammit 77') Floriana - Haber, Scicluna (Cini 64'), Monticelli, Pepe, Pisani, Nayar, Pisani, Samb, Chiesa (Vella 87') (Clyde Borg 90'), Fontanella, Camenzuli Referi - Fyodor Zammit MARIO FONTANELLA Skorja l-gowl tant importanti għal Floriana fit- 88 minuta Ingħaqad ma' Floriana matul l-istaġun li għadda Huwa fost l-aqwa plejers barranin li hawn jilagħbu f 'Malta Gowl tardiv ta' Fontanella jagħti tliet punti prezzjużi lil Floriana Ritratt: Dominic Borg Andrè Scicluna jipprova jirbaħ il-ballun mingħand Sergio Fernandez Prendes