Illum previous editions

illum 19 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/800763

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

KIEN diskors pjuttost b'saħħtu dak tal-bieraħ tal-Prim Ministru Joseph Muscat li fil-Gżira, ta l-ewwel indikazzjonijiet ta' kif u fuq liema suġġetti u kwistjonijiet il-Partit Laburista se jkun qed jiġġieled l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Huwa ċar, mid-diskors ta' Muscat tal-bieraħ li dan se jkun, forsi mingħajr wisq sorpriżi, qed jiġġieled l-elezzjoni l-aktar fuq l-ekonomija u dawk li bl-Ingliż insejħu bread and butter issues. Id-diskors ta' Muscat kien jissinnifika l-bidu nett tal- kampanja Laburista, wara li l-avversarju Nazzjonalista ilu li 'xegħel il-magna' xhur sħaħ. Fl-Orpheum, Muscat tkellem fit-tul dwar il-kisbiet li għamel Gvern Laburista fuq diversi fronti. "Is- suċċessi li ksibna f 'dawn l-erba' snin mhuma xejn ħdejn dak li għad irridu niksbu," qal Muscat filwaqt li fakkar illi għad fadal "sena oħra ta' ħidma li warajha mmorru għand in-nies u ngħidulhom ara x'wegħedniekom... dak kollu li wegħedna wettaqnieh bil-provi." Dan il-kliem ta' Muscat jixhed żewġ affarijiet. L-ewwel nett, konferma li l-elezzjoni se ssir fl-2018 u mhux skont id-diċeriji kontinwi li fil-fatt se ssir din is-sena, anke jekk id-Deputat Mexxej tal-PL Chris Cardona indika b'mod mill-aktar ċar li wara l-Presidenza, il-Partit se jkun qed jibda jipprepara għall- kampanja elettorali. It-tieni, huwa ċar li l-PL se jmur bil-lista ta' dak li wiegħed, naturalment bl-aktar wegħdi li affetwaw il-but u dawk li affetwaw lin-nies direttament. Muscat tkellem dwar diversi setturi li fihom għamel suċċess, anke jekk tkellem fuq oħrajn fejn is-suċċess huwa meqjus li huwa limitat. Tkellem dwar il-libertajiet ċivili ġodda. "Filli konna l-aħħar u filli llum il-ġurnata, l-pajjiżi kollha jħarsu lejna bħala wieħed mill-aqwa pajjiżi fil-libertajiet ċivili," sostna Muscat ilbieraħ. Fuq dan il-punt, Muscat għandu ħafna x'juri u ħafna biex jiftaħar, drittijiet li sa ftit ilu lanqas biss konna noħolmu li jidħlu f 'pajjiżna. "Il-pajjiż illum ma jingħarafx, il-qtugħ ta' qalb sar kuraġġ, negozji li qatgħu qalbhom issa qed jinvestu, postijiet tax- xogħol qed jiġru wara n-nies, żieda fil-pensjonijiet f '25 sena, minn mediċini out of stock għal operazzjonijiet mingħand il- privat..." Il-kisbiet ekonomiċi fuq moħħ Muscat Huwa ċar li Muscat qiegħed jiddependi ħafna fuq il-kisbiet ekonomiċi tal-pajjiż, imma wkoll kwistjonijiet li llum ftit jew xejn għadhom jissemmew, fosthom problema rikorrenti għal ħafna żmien ta' mediċini li ma jkunux jistgħu jingħataw lill-pazjent. Muscat ftaħar bil-kisbiet ta' wieħed mill-aqwa Ministri li għandu fil-kabinett, Evarist Bartolo, u l-fatt li f 'dawn l-aħħar xhur apparti xogħol ta' manutenzjoni u bini ta' skejjel, kien iffukat ħafna fuq għajnuna lil studenti li ġejjin minn sfond diffikultuż. Dan il-Gvern beda l-Alternative Learning Programme fi skejjel differenti, proġett ta' sfida enormi imma Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 19 ta' Marzu 2017 Dipartiment tat-Teżor Id-Dipartiment tat-Teżor ħa jibda jopera minn uffiċċju ġdid f'Development House, Level 2-3, Triq Sant Anna, il-Furjana Għaldaqstant l-uffiċini se jkunu temporanjament magħluqin minn nhar il- Ħamis, 23 ta' Marzu, 2017. It-Teżor ikun miftuħ mill-ġdid minn nhar l-Erbgħa, 29 ta' Marzu, 2017. Għal każijiet urġenti tistgħu tagħmlu kuntatt fuq accountantgeneral.mfin@gov.mt Ministeru għall-Finanzi Rappurtaġġ dwar dak li qal u dak li jista' jfi sser id-diskors ta' Joseph Muscat ilbieraħ fl -Orpheum agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham 'Mhux se nħalli jdaħħal feles bejni "LAĠENDA tal-Partit Nazzjonalista jiddettaha l-Partit u ħadd aktar. U għalhekk, m'iniex se nħalli lill-Partit Laburista jdaħħal feles bejni u Mario de Marco." Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt li kien qed jindirizza konferenza fuq Radio 101 organizzata mis-Solidarjetà Ħaddiema Partit Nazzjonalista. Simon Busuttil qal li minkejja li hemm min ilu jipprova joħloq firda fil-Partit Nazzjonalista, din il-firda ma teżistix. Hu sostna li hu sodisfatt bil- mod kif ġab ruħu Mario de Marco meta lbieraħ qal li jiddispjaċih li seta' weġġa' jew irrabja s-sentiment tan-nies minħabba l-involviment tiegħu fil-każ bħala avukat. Hu fakkar ukoll li fil-mument li r-rwol tiegħu ta' avukat wassal għal kunflitt ta' interess, waqqaf l-inkarigu tiegħu immedjatment u b'hekk għażel l-interess tal-partit. Simon Busuttil tkellem dwar il-fatt li minkejja li l-kumpanija li ngħatat l-art tal-ITS kienet tat xi donazzjonijiet lill-Partit, hu ma ddejjaqx li joħroġ kontra l-proġett u jibgħat il-kuntratt għand l-Awditur Muscat jispara l-ewwel tiri elettorali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 March 2017