Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/800763
Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 19 ta' Marzu 2017 | illum li qed jimpatta pożittiv lil bosta studenti li kellhom qalbhom maqtugħa jew li ma kellhom ebda interess fl-iskola. Il-but, il-but, il-but Muscat tkellem dwar il-kisbiet fit-turiżmu u ma setax jonqos li għal darba darbtejn, jitkellem dwar l-aktar wegħda importanti fil-manifest tal-PL fl-2013, jew inkella l-aktar wegħda li ġabitlu voti. Dik tar-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Naturalment, din hija wegħda li tolqot il-but u kull wegħda li tolqot il-but, il-votant huwa interessat ħafna fiha. Fil-fatt minn stħarriġ li kien sar mill-gazzetta MaltaToday ftit ġimgħat ilu jirriżulta li mas-60% tal- elettorat iħoss li huwa l-but u d-dħul personali li huwa l-aktar importanti. Dom Mintoff... Minħabba li quddiemu kien hemm ħafna Laburisti, għalkemm kien hemm ukoll nies bħal Cyrus Engerer li fl-aħħar elezzjoni vvutaw lill-PL għall-ewwel darba, Muscat ma setax ma jqanqalx il-ħeġġa tal- partitarji Laburisti billi jsemmi, kif ilu jagħmel, lil Dom Mintoff. Muscat qed jgħaqqad dak li jsejjaħlu l-'proġett ta' Mintoff ' mal-proġett tiegħu jiġifieri dak li Malta ssir 'l-aqwa fl-Ewropa' u li pajjiżna jibda "jitma' mhux biss lill-Maltin iżda wkoll lill-barranin." Naturalment, hawnhekk Muscat qed jipprova jbiddel xkiel elettorali fil-forma ta' biża' mill-barranin u li hawn 'invażjoni', f 'punt pożittiv. "Komplejna mexjin fit-triq li qbadna, fit-triq li qabbduna l-fundaturi tagħna biex inkunu l-aqwa fl-Ewropa," kompla jgħid Muscat. Pjan ta' 10 snin... Intant, Muscat ilbieraħ reġa' enfasizza li qed iħares lejn pjan ta' 10 snin, jiġifieri pjan li jista' jwettqu biss jekk jirbaħ l-elezzjoni li jmiss. Huwa ħeġġeġ lil dawk preżenti biex jistaqsu jekk il-Gvern preżenti jixraqlux ikompli fit-triq "li tmexxi lill-pajjiż 'il quddiem. Il- pajjiż għandu bżonn jibqa' għaddej it-triq kollha, nibnu fuq il-pedament li bnejna." Koalizzjoni soċjali u l-faqar.. Fid-diskors tiegħu li kien pjuttost qawwi, il-Prim Ministru reġa' tkellem fl-stess vena tal-aħħar elezzjoni ġenerali. Muscat sejjaħ għal koalizzjoni u sejjaħ għal dawk ta' quddiemu biex jaċċettaw lil dawk li qed jersqu lejn il-PL. Fil-fatt, Muscat jaf li f 'dawn l-aħħar erba' snin kien hemm ċerta reżistenza għal nies ġodda fil-partit l-aktar wara l-każ ta' Lou Bondi u fid-dawl ta' ħafna Laburisti li jħossu li l-partit 'nesiehom' jew inkella għax ma nqdewx fuq xi ħaġa personali. Tant hu minnu li teżisti din il-pressjoni, li sa din il-ġimgħa stess mart il-Prim Ministru kienet irrekordjata tħeġġeġ lil-Laburisti biex ma jemmnux lil dawk li jwegħduhom pjaċiri li jafu li ma jistgħux iwettqu. Muscat donnu jrid jaqta' l-għatx bil-perżut lil dawk li qed jistennew xi pjaċir li ma ħaqqhomx, tant li għamilha ċara li, "għad hawn min irid jintlaħaq aktar, u mhux qed nitkellem pjaċiri...jekk hemm xi ħadd li għadu ma jistax jgħaddi, nies bir- relief....dawk huma l-ewwel nies li rridu ngħinu," sostna Muscat. Huwa ċar li Muscat qed jagħmel ħiltu biex jerġa' jibni immaġini ta' politiku li qed imexxi partit ċentru- xellugi li jħares u jwieżen lill-ħaddiem 'iż-żgħir' li wara kollox, dejjem kien għadma importanti fis- sinsla Laburista. Apparti minn dan, jidher ukoll li Muscat qed jipprepara biex fl-elezzjoni li jmiss, minbarra lista ta' kandidati li dejjem kienu Laburisti, iżid nies bħal Ian Castaldi Paris, u min jaf? Forsi Franco Debono u Jean Claude Micallef (ara paġna 3). Il-governanza mhux se tkun żiemel tal-Labour Naturalment, fid-diskors tiegħu Muscat ma semmiex il-governanza. Jista' jkun li għadu kmieni, però iktar jista' jkun, li jaf li se tkun diffiċli li jiġġieled lill-PN fuq din il-kwistjoni, anke jekk fil-fatt il-PN stess għadu kif ħa daqqa serja grazzi għall-każ db. Jgħid ħafna l-fatt u jiżvela ħafna, li kien il- PN fir-reazzjoni tiegħu għad-diskors ta' Muscat li semma l-kelma korruzzjoni. Jidher biċ-ċar fejn qed jippożizzjonaw lilhom infushom il-partiti, sena qabel elezzjoni ġenerali. Jekk hemm xi ħadd li għadu ma jistax jgħaddi, nies bir- relief....dawk huma l-ewwel nies li rridu ngħinu nħalli lill-Partit Laburista bejni u Mario de Marco...' Ġenerali. Busuttil fakkar li ma waqafx hemm, iżda talab lill- eks Imħallef Giovanni Bonello biex imexxi kummissjoni indipendenti li tagħti proposti konkreti dwar kif is- sistema politika tista' tinbidel, b'mod partikolari dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi. Kollox beda b'artiklu fuq il-gazzetta oħt, Maltatoday, li fiha kien irrapurtat kif il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Mario De Marco, jew aħjar il- kumpanija li jmexxi, Guido Demarco and Associates, innegozjat il-konċessjoni li tat l-art tal-ITS lill- kumpanija db San Ġorġ. Il-fatt li De Marco kien wara dan, din il- konċessjoni, ikkritikata minħabba l-valur marbut mal-art mill-Kap tal-PN Simon Busuttil wasslet biex il-kanuni jduru fuq De Marco. Nies li kitbiethom jew il-vuċi tagħhom għandha influwenza konsiderevoli fil-Partit Nazzjonalista, bħal Daphne Caruana Galizia u David Thake, indikaw b'mod ċar li post De Marco m'għadux tenibbli. Busuttil, anke jekk kien ilu jaf bl-istess rabta ta' De Marco, qal li hu kien talab lill-viċi kap tiegħu biex jagħżel, jew il-konsulenza mas-sidien tas- Seabank jew inkella l-pożizzjoni tiegħu fil-PN. Din l-istqarrija kienet imgiddba minn De Marco stess li qal li mhu vera xejn li Busuttil tah din l-għażla. elettorali tal-kampanja Laburista