Illum previous editions

illum 19 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/800763

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

illum | Il-Ħadd 19 ta' Marzu 2017 Aħbarijiet 8 'It-triq 'il quddiem mhux il-kwoti imma 'family friendly' measures' Tkompli minn paġna 1 Kif sostna l-Prim Ministru f 'Jum il-Mara waqt li kien qed jirrispondi għal mistoqsijiet tal- pubbliku u reġa' tenna dan fil-laqgħa Ġenerali Annwali ta' Nisa Laburisti, hu jemmen li għandha tiddaħħal kwota għan- nisa fil-Parlament sabiex tiżdied ir-rappreżentanza. Muscat kompla jgħid li l-aspirazzjoni tiegħu hi li, "naslu għal sitwazzjoni fejn ma jkunx hemm iktar bżonn il-kwota," waqt li jżid jgħid li ma jarax għażla oħra sabiex tingħata imbuttatura lill- parteċipazzjoni ferm iktar ta' nisa fil-ħajja politika. Fl-indirizz tiegħu lil Nisa Laburisti, Muscat żied isostni li dawn il-miżuri ta' kwoti għandhom jiddaħħlu temporanjament sabiex jiżdied in-numru ta' nisa eletti, u maż-żmien lanqas ikun hemm bżonnha aktar, "kif ġara fil-Partit Laburista stess." Il-Ministru għad-Djalogu Soċjali Helena Dalli, waqt sessjoni ta' 'Gvern li Jisma'', faħħret il-proposta tal-Prim Ministru u qalet li "jekk mhux se nieħdu azzjoni, irid jgħaddi ħafna u ħafna żmien biex verament ikollna Parlament li jirrapreżenta s-soċjetà tagħna. Hekk kif Dalli żżid tgħid li fil- Parlament, fejn suppost hemm ir-rappreżentanti tal-poplu, "kif tħares lejn il-membri, qisek għandek 10% biss tal- popolazzjoni li huma nisa, għax daqshekk għandek nisa fil- Parlament." F'kuntatt li għamlet din il- gazzetta mal-membri parlamentari nisa, deher li m'hemmx xi entużjażmu partikolari biex tiddaħħal din il-kwota iżda kien hemm numru konsiderevoli li raw dan il- pass neċessarju biex tinkiseb ugwaljanza, għalkemm mhux il-mod ideali biex iseħħ dan. Fil-fatt, mal-ILLUM, is- Segretarju Parlamentari Justyne Caruana sostniet li f 'dinja ideali, il-kandidati jiġu eletti grazzi għall-mertu tagħhom u mhux għax huma nisa. Iddeskriviet l-idea tal- kwoti bħala 'necessary evil' u mezz ta' kif tiżgura li iktar nisa jiġu eletti fil-Parlament, u għaldaqstant temmen li għandha tkun inkoraġġuta diskussjoni dwar dan. Ma' dan il-punt taqbel ukoll ix- shadow minister għas-saħħa Claudette Buttigieg li ssostni li fihom infushom, il-kwoti mhumiex l-għan aħħari iżda mezz biex jintlaħaq l-għan. Id-deputata Paula Mifsud Bonnici min-naħa tagħha sostniet li huwa minnu li l-kwoti huma metodu effettiv ta' kif wieħed jista' jikseb iktar bilanċ, "u wieħed jista' jargumenta wkoll li din tista' tpatti għal diskriminazzjoni diġà eżistenti." Minkejja dan, Mifsud Bonnici tinsisti li dan ma jridx jaħdem kontra n-nisa, li jitqiesu ta' suċċess sempliċiment għaliex huma nisa, u mhux minħabba l-ħiliet u l-merti tagħhom. Dan l-argument tqajjem ukoll mid-Deputata Kristy Debono li qalet li għadha ma ħaditx pożizzjoni dwar din il-proposta, iżda bħal deputati oħrajn tħoss li hija 'necessary evil', imma fl-istess waqt tinsisti li tibża' li b'dawn il-kwoti jaqgħu l-livelli tan-nisa, partikolarment jekk jibdew jitqiesu biss bħala numri, kemm tintlaħaq il-kwota. Id-deputati Nazzjonalisti kollha faħħru lill-Partit Nazzjonalista għall- bidliet li għamel fl-istatut tiegħu sabiex jirrifletti rappreżentazzjoni ikbar taż-żewġ sessi, u fil- fatt, Claudette Buttigieg tirrimarka li llum il-ġurnata, is-Segretarju Ġenerali tal-PN kif ukoll il-Presidenti ta' wħud mill-entitajiet għolja tal-partit huma nisa. Tgħid ukoll li l-Partit qed jagħmel sforzi biex iħajjar iktar nisa jsiru kandidati. Fid-dokument għal governanza tajba, il-Partit Nazzjonalista kien ukoll ippropona biex jiddaħħlu miżuri biex tintlaħaq ugwaljanza sħiħa, jiġifieri 50% fil-ħatriet pubbliċi. Id-deputata Marthese Portelli, min-naħa tagħha qalet li l-PN diġà għandu l-kwoti fl-istrutturi interni tiegħu u saħqet iżda li l-ugwaljanza tfisser li jkollok spazju ugwali fejn in-nisa u l-irġiel ikunu jistgħu jagħtu sehemhom, u "dan ma jintlaħaqx f 'sistema li tnaqqas l-ammont ta' deputati rġiel biex jiżdiedu dawk nisa, sempliċiment biex ikollok numri indaqs, imma hi waħda li tipprovdi aċċess ugwali sabiex issir membru parlamentari." 'Mara għandha tirnexxi waħedha mingħajr ma jimbottaha ħadd' Id-deputata indipendenti Giovanna Debono qalet li l-preferenza dejjem tkun li mara tilħaq f 'kariga li jkollha u tiġi eletta fil- Parlament bil-mertu tagħha u għax tkun ħadmet għaliha hi. Minkejja li temmen li għandu jkun hemm rappreżentanza ikbar ta' nisa, Debono qalet li, "m'għandekx iddaħħal mara sempliċiment biex tlaħħaq il-kwota," għaliex tispiċċa tirrifletti ħażin fuq in-nisa. Is-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri min-naħa tagħha ssostni li ma taqbilx mal-kwoti bħala prinċipju għaliex taħseb li "jwaqqgħu ġieħ min ikun se jiġi elett ħabba fihom." Minkejja dan, tirrikonoxxi li l-kwoti fil-fatt huma effettivi u fejn iddaħħlu l-kwoti, "ir-riżultati kienu l-istess daqs dawk li wieħed jasal għalihom f 'madwar 25 sena f 'sistema normali. Għaldaqstant," tkompli tgħid Schembri, "kif ġara fil-Partit Laburista Il-Ministru għad-Djalogu Soċjali Helena Dalli, waqt sessjoni ta' 'Gvern li Jisma'', faħħret il-proposta tal-Prim Ministru u qalet li "jekk mhux se nieħdu azzjoni, irid jgħaddi ħafna u ħafna żmien biex verament ikollna Parlament li jirrapreżenta s-soċjetà tagħna. Hekk kif Dalli żżid tgħid li fil- Parlament, fejn suppost hemm ir-rappreżentanti tal-poplu, "kif tħares lejn il-membri, qisek għandek 10% biss tal- popolazzjoni li huma nisa, għax daqshekk għandek nisa fil- Parlament." F'kuntatt li għamlet din il- gazzetta mal-membri parlamentari nisa, deher li m'hemmx xi entużjażmu partikolari biex tiddaħħal din il-kwota iżda kien hemm numru konsiderevoli li raw dan il- pass neċessarju biex tinkiseb tpatti għal diskriminazzjoni is-Segretarju Ġenerali membru parlamentari." 'Mara għandha tirnexxi waħedha mingħajr ma jimbottaha ħadd' Id-deputata indipendenti Giovanna Debono qalet li l-preferenza dejjem tkun li mara tilħaq f 'kariga li jkollha u tiġi eletta fil- Parlament bil-mertu tagħha u għax tkun ħadmet għaliha hi. Minkejja li temmen li għandu jkun hemm rappreżentanza ikbar ta' nisa, Debono qalet li, "m'għandekx iddaħħal mara sempliċiment biex tlaħħaq il-kwota," għaliex tispiċċa tirrifletti ħażin fuq in-nisa. Is-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri min-naħa tagħha ssostni li ma taqbilx mal-kwoti bħala prinċipju għaliex taħseb li "jwaqqgħu ġieħ min ikun se jiġi elett ħabba fihom." Minkejja dan, tirrikonoxxi li l-kwoti fil-fatt huma effettivi u fejn iddaħħlu l-kwoti, "ir-riżultati kienu l-istess daqs dawk li wieħed jasal għalihom f 'madwar 25 sena f 'sistema normali. Għaldaqstant," tkompli tgħid Schembri, "Il-kwoti m'għandhom qatt jitqiesu bħala n-norma f 'sistema moderna, imma sempliċiment bħala għajnuna sakemm is- sistema tiġi f 'postha"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 March 2017