Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/803481
illum | Il-Ħadd 26 ta' Marzu 2017 Intervista 12 'Li kieku mort ftit minuti "KONT qiegħed quddiem fil-kju biex indaħħal il-bagalji fiċ-check in. Kienu eżatt 07:58 meta smajt qisha speċi ta' tfaqqiegħa, imbagħad widnejja ċedew u ma smajt xejn iżjed. Rajt speċi ta' fjamma ħamra u safra tielgħa mil-lenti tan-nuċċali u ħassejt sħana ġejja minn xi mkien u riħ jimbuttak, tant li ħsibt li l-persuna ta' warajja qed jimbuttani. F'daqqa waħda, fi frazzjoni ta' sekonda ħassejt xi ħaġa kbira li laqtitni b'mod orizzontali f 'dahri u sammritni mal-art. Sal-lum għadni ma nafx x'laqatni. Dak il-ħin tant ma nafx x'kien qed jiġri, li ppruvajt inqum ħalli nkompli ċ-check in, ma mmurx nitlef l-ajruplan u l-mara twaħħal fija. Iżda meta ppruvajt inqum, ħassejt uġigħ insopportabbli f 'dahri u ma stajtx inċaqlaq saqajja x-xellugija. Hemmhekk kien l-ewwel darba li għaddieli l-ħsieb tal-mewt fejn għidt li jekk għandi mmut, aħjar immut malajr milli nħoss dan l-uġigħ kbir. Wara, marti qaltli li kont qed nibki u ngħajjat bl-uġigħ u jien lanqas naf." Kien it-22 ta' Marzu tas-sena l-oħra, erba' xhur qabel isir missier ta' Elija, li Lorenzo u martu Cheryl iddeċidew li jagħmlu 'babymoon' fi New York. Fejn qatt basar li dak li kellu jkun vaganza speċjali lejn New York, l-aħħar waħda tagħhom bla wild se jispiċċa fi trawma kbira li ma jistax jeħles minnha qatt? "Il-fatt li moħħi dejjem jhewden bil-kliem, 'li kieku mort ftit aktar kmieni kont niffrankaha u li mort minuti aktar tard kont nispiċċa biċċiet bħal kif spiċċaw dawk ta' warajja." Dejjem nhewden li kieku l-mara ma waqgħatilhiex il-bagalja u tbaxxiet biex tiġborha meta splodiet il-bomba, kieku forsi m'iniex missier ta' Elija, għax Cheryl dakinhar kellha ħames xhur tqala. Li kieku hekk u li kieku mhux hekk. Kultant inħossni ħati li jien bqajt sħiħ u ħaddieħor anke jekk baqa' ħaj, spiċċa bla saqajn jew bla jdejn u nistaqsi 'għaliex jien?'" 'Kien hemm membri tas-sigurtà jiċċekjaw il-biljetti biex jiżguraw li m'hemmx terroristi' Lorenzo Vella ta' 35 sena minn Raħal Ġdid hu miżżewweġ lil Cheryl Micallef Borg minn Naxxar u missier Elija li se jagħlaq 8 xhur. "Iddeċidejna li nsiefru l-aħħar safra flimkien qabel ikollna tarbija u għażilna New York għax konna morna sentejn qabel u għoġbitna. Kellha tkun vaganza rilassanti fejn kellhom jiġu magħna wkoll grupp ta' ħbieb tagħna li konna naħdmu Dar Malta, Cyrus Engerer, Randolph Debattista, Sarah u Godfrey u Joseph Vella. Konna bbukkjajna kollox anke r-ristoranti u x-shows fi Broadway li se mmorru naraw, għax dawn kienu ristoranti tajbin li ma jħallukx tmur bit-tfal, allura dik kienet l-uniku darba li stajna mmorru fihom. "Kien lejl twil għax Cheryl tippakkja fl-aħħar minuta u tħobb tippakkja ħafna affarijiet u lestejna xi t-3 am u qomna ftit sigħat wara biex inkomplu nippakkjaw l-aħħar affarijiet, u nħallu l-ikel għaż-żewġ qtates li għandna. Iċ-check in konna għamilnieh diġà online iżda billi kellna l-bagalji ridna nitfgħuhom u kellna mmmorru row 11, li kienet żona li s-soltu tkun ta' ajruplani tat-tours organizzati, iżda għal dakinhar poġġewha għall- ajruplan tagħna." Lorenzo qalilna li ironikament, qabel daħal fil-kju kien hemm membru tas-sigurtà jiċċekkja kull booking li kien hemm fi New York biex jiżguraw ruħhom li Lorenzo ma kienx xi terrorista. L-ironija hi li t-terroristi kienu diġà ma saqajhom u ma ndunawx bihom. "Il-ħin kien 07:54 qed nistennew li jgħajtulna għax konna fuq quddiem. Erba' minuti wara splodiet l-ewwel bomba fejn it-terrorist li kien bejn 5 u 10 metri bogħod minna tefa' l-bagalja bomba fi trolley fit-tielet filiera ta' fejn kont jien." 'Indunajt li kien hemm xi ħaġa ħażina meta xammejt riħa ta' ġigġifogu' Lorenzo kompla bir-rakkont makabru tal-esperjenza tiegħu meta kien mal-art mingħajr ma kienx jaf x'qed jiġri eżatt. "Indunajt li kien hemm xi ħaġa ħażina meta xammejt ir-riħa taġ-ġigġifogu u bdew ġejjin karti maħruqa fuq xagħri u fuq xofftejja. Dak il-ħin, dort fuq il- mara rajtha kokka, ħarist biex nara jekk għandhiex xi dmija u għidtilha biex timtedd u tilgħabha ta' mejta għax bżajt li t-terroristi issa jidħlu u jisparaw fuqna. Billi kellna widnejna misduda, erġajna smajna tfaqqiegħa żgħira u rajna l-iskrins ifaqqgħu u ħġieġ jinkiser u b'hekk indunajna li kien hemm bomba oħra. Mill-ewwel Cheryl qaltli li jaqblilna noħorġu 'l barra mit-terminal f 'post sigur, iżda jien ma stajtx nimxi. Allura, Cheryl refgħetni u għenitni nimxi barra t-terminal u bdejna ngħaddu minn fuq in-nies. Min iwerżaq bl-uġigħ, oħrajn mitlufa min sensihom jew mejtin, u iġsma b'idejn jew saqajn imdendlin u diversi biċċiet mill- iġsma mtajrin mat-terminal. Rajna push chair li konna nafu li fiha qabel kien hemm tarbija ta' 4 xhur u ċċekkjajna jekk kinitx għadha hemm, iżda fortunatament il-ġenituri kienu ħarġuha 'l barra. Għaddejna minn dak li darba kien bieb u niftakar li hemm rajt persuna bla saqajn mimli dmija. U kif wasalna fejn ix-Sheraton Hotel ma stajtx nimxi jew aħjar naqbeż iżjed u intfajt mal-art. Anke għax kont qed ninkwieta li Cheryl li fiha daqs nofsi u b'ħames xhur tqala ma setgħetx tkompli terfgħani. 'Kieku mhux għal marti, fit-terminal bqajt' "Nammira lil Cheryl li ġiet fuqi u qaltli, 'Be strong' u niftakar li ċemplet lil Cyrus u qaltlu biex iduru lura għax kien sar attakk terroristiku u huma kienu għadhom ma semgħu b'xejn. Ċemplet lill-ambaxxatur Ray Azzopardi li wkoll kien għadu ma jaf b'xejn u wara ċemplet lill-oħti li sar attentat u li jien imweġġa'. Oħti bdiet tippanikkja imma Cheryl ħatfitha mill-ewwel biex iżżomm sod. Li kieku ma kinitx hi, kieku kont nibqa' fit-terminal għax dak il-ħin kulħadd ifittex kif se jaħrab hu kien qiegħed. Niftakar li sa ma ħarġitni hi, kulħadd jiġri u jaqbeż minn fuqna. Kulħadd isalva ġildu jrid. Niftakar li ċċekkjajt jekk il-partijiet kollha ta' ġismi u ta' marti kinux għadhom hemm. Dik ukoll trawma li spiċċajt niċċekkja għadnix sħiħ." Lorenzo qal li dak il-ħin tfaċċat John Busuttil illum@mediatoday.com.mt Marti nqisha eroj li anke jekk b'ħames xhur tqala refgħetni u ħarġitni mit-terminal... nibqa nafhulha għomri kollu " " Lorenzo Vella: l-uniku Malti vittma f 'attakk terroristiku Lorenzo, Cheryl u Elija