Illum previous editions

illum 26 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/803481

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Marzu 2017 | illum 15 Aħbarijiet liċ-ċittadin tad-demokrazija." L-ewwel sessjoni kienet fuq ix-xogħol taż-żgħażagħ fejn ċittadina Irlandiża talbet lill-Ewropa biex taħdem għall-Ewropa rurali ħalli jkun hemm ix-xogħol fiż- żoni rurali. Spanjol qal li hu għandu żewġ ulied li qed jistudjaw fl-Università u ggradwati u dawn m'hemmx xogħol għalihom. Żagħżugħ Sqalli qal li f 'żoni mwarrba fi Sqallija u 'l bogħod mill- ibliet m'hemmx xogħol u ż-żgħażagħ kollha qed jitilqu minn hemm għax ma baqax ħajja f 'dawn iż-żoni. Hawnhekk qamet żagħżugħa Ġermaniża fejn talbet biex in-nisa jkollhom salarji daqs l-irġiel u hu fatt li f 'pajjiżi Ewropej l-aktar li qed ibatu biex isibu x-xogħol huma n-nisa. "Irrid inwassal messaġġ lil dak il-Pollakk li qal kontra n-nisa f 'dan il- Parlament li fiċ-ċess, ir-reġina hi l-unika biċċa li tista' timxi fejn trid." L-introduzzjoni għall- globalizazzjoni ngħatat minn Natalia Alonso, il-kap tal-Oxfam fejn qalet li f 'Ewropa fejn jgħixu 324 miljun li huma biljunarji, u 123 miljun li jgħixu fl- għatba tal-faqar li huma kwart mill-popolazzjoni Ewropea. Qalet li il-biljunarji għandhom iħallsu taxxi ġusti biex jikontribwixxu għal ġid komuni taċ-ċittadini. Student minn Antwerp qal li fil-Belġju hemm 50 kumpanija mill-aktar kbar li jħallsu biss 2% tat-taxxa tal- pajjiż. Is-sindku ta' Abruzzo qal li ż-żona tagħhom hi meqruda mit-terremoti u problemi naturali. Xogħol m'hemmx, u ċ-ċittadini qed jitilqu mill-ibliet ta' din iż- żona, "L-Ewropa hi l-omm tat-territorju li fih hemm ħwienet qed jgħalqu, qgħad enormi u ekonomija mifnija. Tridu tagħmlu iżjed għalina." Il-membru Parlamentari Ewropew Caspary wieġeb li l-pajjiżi ma jistgħux jistennew kollox mill-Unjoni Ewropea, il-pajjiżi nnifishom għandhom ukoll ir- responsabilità ta' pajjiżhom. Dwar l-Ewropa tal-futur tkellem żagħżugħ Ġermaniż ta' 17-il sena, "Jien se nivvota l-ewwel darba u aħna l-aktar ġenerazzjoni importanti fl-Ewropa tal-lum. L-Unjoni Ewropea għandha tagħti importanza fl-edukazzjoni politika." Żagħżugħa Ġermaniża qalet li l-Ewropa għandha tara li kulħadd jagħmel bħal pajjiżha li laqa' r-refuġjati filwaqt li l-Polonja tħalliet ma taċċettax rifuġjati, "Irridu nuru li aħna Ewropa tal-paċi u solidarjetà." Ċittadin Spanjol semma l-programmi Erasmus li skontu laqqgħu ma' studenti minn pajjiżi oħra u għallmuh jgħix ma' kulturi diversi, "xempju tajjeb ħafna għal demokrazija ġdida." Rajan Basra li hu gradwat fil-Kings' College ta' Londra fl-istudju internazzjonali tar-radikaliżmu fetaħ id- diskussjoni dwar is-sigurtà fejn qal li dan li qed naraw bħalissa fl-attaki terroristiċi mhumiex ġejjin f 'isem ir- reliġjon, iżda minħabba l-fatt li l-kriminalità qed titħallat mat-terroriżmu. "Dawn it-taparsi ġellieda ta' gwerra qaddisa qed ibigħu d-droga u jikkunsmawha." Ċittadin Ġermaniż qal, "jekk nissagrifikaw il-libertà taċ-ċittadin Ewropew nitilfu l-gwerra kontra t-terroriżmu." Daniż qal li hemm bżonn ta' skambju ta' informazzjoni bejn il-pajjiżi kollha Ewropej. "M'għandniex nibżgħu mit- terroriżmu, għandna nibżgħu għal-libertajiet tagħna. M'għandniex niġġieldu kontra t-terroriżmu iżda favur il-libertajiet tagħna." Nispera biss li ma tkunx l-ewwel u l-aħħar u ċ-ċittadini mhux biss jingħataw leħen iżda widna wkoll li jkun hemm min jismagħhom sew. "Ngħid lill-MPE Pollakk li qal kontra n-nisa li fil-logħba taċ-ċess, il-figura li tista' timxi kif trid u fejn trid hi r-reġina" supervisors fuq il-cleaners żvelat kif iċ-Ċittadella hija waħda mill-postijiet fejn il-Ministeru t'Għawdex, taħt pressjoni minn diversi bnadi, qed idaħħal nies jaħdmu fosthom fi skemi ta' xogħol fil- komunità, kumplessi sportivi u numru ta' persuni li ddaħħlu jaħdmu mal-Water Services Corporation f 'dawn l-aħħar ġimgħat. Fil-fatt, l-ILLUM tinsab infurmata li nhar il-Ġimgħa 17 ta' Marzu li għadda, ddaħħlu jaħdmu madwar 30 persuna ġdida mal- Water Services Corporation f 'Għawdex. Refalo: Aktar popolari... imma taħt ħafna aktar pressjoni Minkejja li dan kollu qed jagħmel lil Refalo iktar popolari fost settur ta' votanti Għawdxin, garanzija biżżejjed biex ikun elett b'mod komdu, huma ħafna dawk li mhuma kuntenti xejn bl-operat tiegħu. Fosthom, dawk li jħaddmu, u n-negozjanti u saħansitra l-Prim Ministru stess. Dawk li jħaddmu qed jilmentaw bil-qawwi li mhux qed isibu persuni biex jimlew il-postijiet tax-xogħol, hekk kif huma ħafna dawk li qed jippreferu jaċċettaw impjieg mal-Gvern jew fl-iskemi, bil-wegħda li eventwalment isiru tal-post. Minn Kastilja jidher li ma tantx ħierġa wisq ammirazzjoni lanqas, għall- mod kif qed ikun operat Għawdex u huwa fatt magħruf li l-favorit ta' Muscat huwa d-Deputat Franco Mercieca. Anke jekk Refalo qed jikseb popolarità fost dawk li qed jingħataw impjieg mal-Gvern, dan qed jitfa' pressjoni dejjem tikber fuqu u fuq il-Ministeru, b'bosta jmorru l-Ministeru u jitolbu impjieg mal-Gvern (b'xi theddida bil-vot) u oħrajn jesiġu li tinżamm il-wegħda li saret magħhom minn Refalo qabel l-elezzjoni u jingħataw l-impjieg imwiegħed mal- Gvern. Qed ikunu bosta wkoll dawk li tpoġġew fuq l-iskema tax-xogħol fil-komunità bi ħlas minimu, li qed imorru fuq Refalo u qed jitolbuh biex qabel l-elezzjoni jsiru tal-post. Akkużat li kellu x'jaqsam ma' tfajla ta' 14-il sena wara li stedinha għal photoshoot Tkompli minn paġna 1 KINGSWELL, ġie akkużat separatament li kellu x'jaqsam sesswalment ma' tfajla ta' 14-il sena wara li pprova jistadha minn fuq Facebook bi stedina għal 'photoshoot'. Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Kingswell qed jiġi akkużat li kkorrompa tfajla minuri, ipparteċipa f 'attivitajiet sesswali magħha, ħadilha ritratti indiċenti u xerridhom fuq l-internet, kif ukoll li kellu fil-pussess tiegħu ritratti indiċenti ta' minuri. L-attenzjoni tal-Pulizija inġibdet mill-Interpol wara li dawn irrappurtaw li kien hemm traffikar ta' materjal pornografiku tat- tfal mill-'IP' tal-kompjuter ta' Kingswell. L-akkużat ġie identifikat mill-Pulizija li fl- investigazzjonijiet tagħhom dwaru skoprew ukoll l-inviti għall-'photoshoots' li huwa kien qed jagħmel lil numru ta' tfajliet. Fil-Qorti, l-Ispettur Joseph Busuttil xehed li Kingswell kien jistieden lit-tfajliet 'jikxfu aktar' sabiex ir- ritratti li joħdilhom jiġu 'aktar artistiċi'. Id-difiża ma għamlitx talba għal ħelsien mill-arrest u l-Qorti ordnat li Kingswell jinżamm taħt arrest. Mingħajr konnessjoni ma' Kingswell, l-investigazzjoni tal-Pulizija wasslithom biex jidentifikaw raġel ieħor, Roberto Rizzo, li permezz ta' Facebook, bl-istess premessa ta' 'photoshoots', kien qed jagħmel kuntatt ma' numru ta' tfajliet biex joħdilhom ritratti indiċenti u wara jxerridhom fuq l-internet. Fil-Qorti, Rizzo wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. L-avukat difensur tiegħu għamel talba għall-ħelsien mill-arrest, iżda l-Qorti ċaħdet din it- talba u Rizzo nżamm taħt arrest wara li l-Pulizija wriet biża' li Rizzo jista' ipprova jagħmel kuntatt mat-tfajliet li mistennija jixhdu u b'xi mod jinfluwenzahom. Kingswell dieħel il-Qorti lbieraħ (ritratt ippublikat bil-permess ta' tvm.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 March 2017