Illum previous editions

illum 26 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/803481

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 35

illum | Il-Ħadd 26 ta' Marzu 2017 Opinjoni 20 Il-Kollass tat-Tieqa A nke l-media internazzjonali bkiet il-kollass totali tat- tieqa tad-Dwejra, magħrufa mad-dinja bħala t-tieqa azzurra. Kien ilu s-snin twal għaddej diskors li t-tieqa waslet biex taqa', imma kulħadd stenna li taqa' orizzontalment. Fil-fatt, kif fehemni inġinier li ħadem fuq proġetti kbar, il-ħsara kienet ilha ssir fil-qiegħ tal-baħar. Setgħet ġiet salvata permezz ta' wave breakers tal-konkos, sistema li kienu ntroduċew f 'Malta l-Ingliżi, fejn jaħkem riħ qawwi. Fil-qiegħ, spjegali l-inġinier li kellimni, seta' sar 'ċinturin tal-konkos'. Ma nistax nifhem għaliex dan il- krib kollu dwar it-tieqa tad-Dwejra wara li rnexxilna neqirdu pajjiż sħiħ. Nissuspetta li l-lamenti kollha ġejjin għax tlifna sors turistiku li jimpala l-flus. Il-Kappella fuq l-Għolja tas-Salib La qiegħed fuq is-suġġett tat- tiġrif, irrid insemmi wkoll il-periklu imminenti li tinsab fih il-kappella qadima li qiegħda fuq l-għolja tas-Siġġiewi. Il-kappella, li llum għaddiet f 'idejn Din l-Art Ħelwa, hi ddedikata, jekk mhux niżbalja, lill- Madonna tal-Kunċizzjoni. Din il-kappella kienet sofriet ħafna ħsara meta ntlaqtet b'sajjetta snin ilu. L-istaff tal-Isptar Dan l-aħħar kelli ngħaddi ħmistax- il ġurnata fl-isptar Mater Dei u mbagħad żmien ieħor fl-isptar Karin Grech għar-riabilitazzjoni. Kelli tagħlima fid-dedikazzjoni tan-nies li jaħdmu f 'dawn iż-żewġ istituzzjonijiet. Minkejja t-tbatija ta' xogħolhom, uħud mill-ħaddiema jidħlu għal dmirhom (litteralment) ikantaw, anki meta jidħlu għal impenji skabrużi. Hemm ukoll taħlita sħiħa ta' nazzjonalitajiet fejn jidħlu tobba, infermiera, ħassiela u l-bqija. Id-daħq ma jonqosx u r-relazzjonijiet jgħaddu fuq bażi personali. Meta ndunaw li nħobb niddisinja, ġabuli assortiment ta' kuluri tax-xemgħa, akwarelli, lapsijiet, eċċ. Fil-għaxijiet il-pazjenti jinġabru quddiem television screen kbir. Xi jdejjaqhom? Idejquhom ir-reklami (hemm min jgħidilhom "kollhom gideb" u jdejquhom it-teleserials, imġebbdin għalxejn). Ikunu żbaljati dawk li jaħsbu li t-telespettaturi lokali m'għandhomx kriterji dwar xi programmi jippreferu jaraw. Il-Proġett Wieħed mill-aħjar programmi li qiegħed ixandar TVM bħalissa hu Il-Proġett. F'dan il-programm jidhru għadd ta' personalitajiet li ngħaqdu biex jorganizzaw proġett missjunarju fl-Etjopja. L-episodji juru lill-preżentaturi jaħdmu ma' nies fqar, ibda mit-tfal u spiċċa f 'raħħala li jorganizzaw festi folkloristiċi bħat-tiġijiet, fejn il-volontarji Maltin jieħdu sehem attiv flimkien mal-abitanti tal-lokal. F'dawn il-festi jispikkaw elementi antropoloġiċi mimlijin ilwien, żfin u tradizzjonijiet oħra, fosthom it-tisjir tal-ħelu. Il-bidu tal-festi Mal-festa ta' San Ġużepp tista' tgħid li jibda l-istaġun tal-festi parrokjali, jekk tinkludi wkoll ir-ritwali tal-Ġimgħa Mqaddsa. San Ġużepp, biss biss hu ċelebrat f 'diversi parroċċi, fejn f 'uħud minnhom hemm pika qadima bejn il-partitarji. Hemm min jgħid li din il-pika tintensifika l-briju u żżid fl-attrazzjoni turistika. Iżda hemm ħafna oħrajn li jsostnu li din il- pika hi effett tat-tribaliżmu li rabat l-irrelevanza sekulari ma' reliġjon fanatika. Il-politika tar-rebbiegħa Ir-rebbiegħa baqgħet għaddejja bil-passjoni politika miġnuna. Dan il-poplu ma jistax ifiq mill-ġerħa ta' firda nazzjonali-tribali li baqgħu jordmuh taħtha ż-żewġ partiti politiċi ewlenin: qegħdin idawruna żugraga u jġegħluna nemmnu li għandna katalgu ta' allat politiċi iggranfati f 'xulxin. "Ma nistax nifhem għaliex dan il-krib kollu dwar it-tieqa tad-Dwejra wara li rnexxilna neqirdu pajjiż sħiħ" MARIO AZZOPARDI "Ikunu żbaljati dawk li jaħsbu li t-telespettaturi lokali m'għandhomx kriterji dwar xi programmi jippreferu jaraw"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 March 2017