Illum previous editions

illum 26 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/803481

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Marzu 2017 | illum Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Erba' snin wara...bejn suċċessi u żelqiet I t-terremot li l-Prim Ministru Joseph Muscat wiegħed li se jagħmel l-Partit Laburista, anke jekk ħafna tmejlu bih, wettqu. Dak it-terremot ħalla Partit Laburista riġuvinat u rebbieħ. Fl-2013 għamel rebħa storika b'maġġoranza kolossali ta' 36,000 vot. Imma elezzjoni hija mezz biex tasal, mhux il-wasla. U minkejja l-kisbiet kbar li għamel Muscat abbażi ta' partit u li tagħhom jimmeritah tifħir, huwa t-tmun tal-pajjiż li jkun issiġġillat il-ġudizzju nali u determinanti ta' politiku. L-ewwel erba' snin tal- Partit Laburista jingħasru f 'kelma waħda: Taħlita. L-ewwel u qabel kollox, il-pajjiż miexi 'l quddiem u miexi 'l quddiem sew. Veru li m'hawnx kriżijiet, imma veru wkoll li l-ekonomija Maltija mhux tajjeb sejra, imma qed tikseb fost l-aqwa riżultati fl-Unjoni Ewropea kollha. L-ekonomija, hija importanti għax b'ekonomija batuta, jbati kulħadd. It-tieni: Minkejja l-eluf ta' barranin li qed jiġu pajjiżna u minkejja l-mijiet kbar li qed jiggradwaw, pajjiżna qed joħloq biżżejjed postijiet tax- xogħol, biex illum għandna fost l-inqas rata ta' qgħad mis-snin disgħin. It-tielet: Pajjiżna qed jesperjenza rekords fit-turiżmu, sena wara sena wara sena. Ir- Raba': Matul dawn l-erba' snin, il-Gvern ħabbar miżuri li laqtu direttament lin- nies, l-aktar dawk li huma vulnerabbli: Child care b'xejn, tapering tal-benefiċċji biex iktar nies jidħlu fid- dinja tax-xogħol, l-ewwel żidiet fil-pensjoni wara kważi 20 sena, stipendji lil dawk li jerġgħu jirrepetu s-sena u ħlas liż-żewġ ġenituri bit-tfal morda. Kien hemm żieda fil-mediċini li jingħataw b'xejn u fi tliet snin oħra, il-mediċni kollha tal-kanċer se jkunu b'xejn, żidiet fl-għajnuna supplimentari, għajnuna ta' eluf ta' ewro għal kull koppja li tixtri l-ewwel proprjetà, stabbiltà fil-prezz tal-gass, ir-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma lill-familji u negozji, it-tneħħija ta' taxxi ta' suċċessjoni lil ulied b'diżabilità, żieda fl-għajnuna lil dawk li joqogħdu d-dar jgħinu lill-ġenituri tagħhom li jkunu morda u elenku sħiħ ta' miżuri soċjali. Il-ħames: F'dawn l-erba' snin, il-Gvern wettaq bidliet u daħħal liġijiet li sa qabel l-2013 dan il-pajjiż kien qisu dara mingħajrhom, kien qisu rrassenja ruħu li mhux se jidħlu fis-seħħ. Il-Liġi tal-Whistleblower, il-Liġi tal-Finanzjament tal-Partiti, il-Liġi tal- Ġeneru, l-introduzzjoni tal-Unjoni Ċivili, il- Liġi tal-koabitazzjoni, l-introduzzjoni tal- Għajnuna Legali lil dawk li jkunu arrestati u bosta oħrajn. Is-sitt: Gvern Laburista f 'dawn l-erba' snin saħħaħ oqsma li kienu sejrin tajjeb taħt Gvernijiet Nazzjonalisti. Il-qasam edukattiv baqa' jiżviluppa, anke jekk ħa xejra iktar favur dawk l-istudenti li kienu tilfu kull skop u ħajra, l-oqsma tal-igaming u tas-settur finanzjarju, li bdew jikbru taħt Gvernijiet Nazzjonalisti baqgħu jikbru wkoll u proġetti li kienu għadhom fuq il-karta, saru realtà. U fl-aħħar, Gvern Laburista għalaq il-Power Station tal-Marsa u injetta ħajja f 'Enemalta li kienet falluta u se tfalli l-pajjiż. Minkejja dawn il-kisbiet pjuttost kbar, iż-żelqiet kienu kbar ukoll. L-akbar tliet żelqiet jew żbalji madornali kienu, l-ewwel: il-ħlas ta' €4.2 miljuni lil tal-Cafè Premier, it-tieni: Il-każ oxxen ta' Gaffarena li minħabba fih membru tal-Kabinett kellu jirreżenja, u fl-aħħar u mhux l-inqas il-fatt li Ministru ewlieni tal- Gvern ma kellux ġudizzju politiku tajjeb biżżejjed biex ma jiftaħx kont fil- Panama. U dan jekk intuh il-benefiċċju tad-dubju, għax jekk l-insinwazzjonijiet li tħallew jikbru għax il- Ministru ma warrabx huma minnhom, (jiġifieri li dawn il-kontijiet kienu lesti biex jiddaħħlu kummissjonijiet fihom minn flus ta' privatizzazzjoni), mela allura l-Gvern ikollu problema ħafna ikbar fuq idejh. F'dawn l-erba' snin ukoll, Gvern Laburista, meta kellu opportunità tad- deheb li jbiddel l-affarijiet, ħalla b'azzjonietu stess li tikber sħaba ta' dubji fuqu. L-idea tal-ħabi, l-idea li l-kuntratti tal-Proġett tal-Power Station u tal- Isptarijiet f 'Għawdex ma kienux fl-interess tal- poplu, ma tantx kienet miġġieleda bis-saħħa. Issa ħarġu l-kuntratti vera, imma issa troppo tardi. Il- perċezzjoni tal-ħabi laħqet iffurmat. Gvern Laburista, ħalla tinbena perċezzjoni li huwa gvern maħmuġ u li jiffanga u jiffoxna daqs jekk mhux aktar minn Nazzjonalisti. Perċezzjoni, veritiera u mhux fl-istess ħin. Ħalla li jinbena ħajt li ħammġu bħalma kien qed iħammeġ Gvernijiet Nazzjonalisti. Meta tpoġġi kollox fuq il-miżien u tħares lejn l-aħħar erba' snin, tifhem li dan huwa Gvern bi preġji kbar u enerġija kbira wkoll. Imma Gvern li għamel żbalji ħoxnin ukoll, żbalji li tebbgħulu ismu. Għad fadal sena biex it- tebgħat jinħalsu, l-weġgħat jittaffew u biex id- deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu, jittieħdu. Editur: Albert Gauci Cunningham 21

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 March 2017