Illum previous editions

illum 26 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/803481

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Marzu 2017 | illum Sports 27 LMFPA attivament tinkoraġġixxi lill-plejers tal-futbol sabiex ifittxu opportunitajiet edukattivi matul il-karriera kalċistika tagħhom, dan sabiex jiżguraw prospetti aħjar għal ħajjithom wara l-futbol. Minħabba dan, l-MFPA qed tikkollabora mal- FIFPro u mal-MCAST sabiex tipprovdi firxa ta' opportunitajiet għall-plejers membri tagħha. FIFPro b'kollaborazzjoni mal- Università Daniża USN ilha toffri programm ta' Sport Management li jwassal għal Baċċellerat sa mill-2011. Riċentement, għadha kif nediet inizzjattiva globali ġdida mal-Università ta' Nicosia (UNIC), li ser tagħti l-opportunità lill-plejers tal-futbol professjonali jistudjaw, jew Sport Management li jwassal għal Baċċellerat, jew Master's degree f 'Amministrazzjoni ta' Negozju (MBA). Kemm id-degree minn USN kif ukoll dak minn UNIC, huma online, biex b'hekk jipprovdu l-flessibbiltà meħtieġa għall-iskeda mimlija ta' plejer. MFPA qiegħda wkoll taħdem mal-MCAST sabiex tħeġġeg plejers jinkitbu f 'wieħed mill-ħafna korsijiet offruti. Il-korsijiet ivarjaw minn Korsijiet Bażiċi fl- Livell 1, sa Master's degree f 'Livell 7, f 'oqsma bħall- ġurnaliżmu, inġinerija, sport, ICT, u accounts, fost oħrajn. L-MFPA ħeġġet lil kwalunkwe plejer li jitħajjar ikompli l-edukazzjoni tiegħu sabiex jikkuntattja lill-Assoċjazzjoni fuq info@ maltafpa.com jew iċempel fuq 27135505. SPORTSillum Rebħiet kbar għall-Iżvezja u l-Bożnija Ħerżegovina minn Cristian Antony Muscat F'LOGĦBA minn Grupp A ta' Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2018, l-Iżvezja ġewwa darhom għelbu lil Belarus bl-iskor kbir ta' 4-0 bil- gowls għalihom jaslu minn Marcus Berg, Isaac Kiese Thelin u doppjetta ta' Emil Forsberg, bl-ewwel gowl għalih jasal minn penalti fid-19-il minuta. F'konfront ieħor minn Grupp H, il-Bożnija Ħerżegovina ġewwa darhom għelbu lill-Ġibiltà bl-iskor daqstant ieħor kbir ta' 5-0 bil-gowls għalihom jaslu minn Avdija Vrsajevic, Edin Visca, Ermin Bicakcic u doppjetta ta' Vedad Ibisevic. Il-partita l-oħra minn dan il- grupp bejn Ċipru u l-Estonja ntemmet fi draw ta' mingħajr gowls. F'partita minn Grupp B, l-Iżvizzera ġewwa darha għelbet lil-Latvja bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl għalihom jasal minn Josip Drmic fis-66 minuta. Il- konfront l-ieħor minn dan il-grupp bejn Andorra u l-Gżejjer Faroe ntemm fi draw ta' mingħajr gowls. RIŻULTATI Kwalifikazzjoni Tazza tad-Dinja 2018 Is-Sibt 25 ta' Marzu Bożnija Ħerzegovina vs Ġibiltà 5-0 Ċipru vs Estonja 0-0 Andorra vs Gżejjer Faroe 0-0 Żvizzera vs Latvja 1-0 Żvezja vs Belarus 4-0 FIXTURES Il-Ħadd 26 ta' Marzu 18:00 Ingilterra vs Litwanja 18:00 San Marino vs Repubblika Ċeka 18:00 Azerbajġan vs Ġermanja 18:00 Armenja vs Kazakhstan 20:45 Malta vs Slovakkja 20:45 Skozja vs Slovenja 20:45 Irlanda ta' Fuq vs Norveġja 20:45 Montenegro vs Polonja 20:45 Rumanija vs Danimarka Emil Forsberg ikkongratulat wara wieħed miż-żewġ gowls tiegħu Edin Visca jifraħ wara ma' sieħbu wara li rnexxielu jiskorja wieħed mill-erba' gowls tal-Bożnija-Herzegovina L-MFPA tippromwovi ħajja sana wara l-futbol Organizzat b'suċċess in-National Assistant Referees' Workshop fis-Centenary Stadium BEJN id-9 u l-10 ta' Frar li għadda, ġie organizzat it-tielet Assistant Referees' Workshop li beda b'nota ferm pożittiva meta proprju fl-introduzzjoni tiegħu, id-Direttur tar-Refereeing Kevin Azzopardi ħabbar li tliet assistenti referees internazzjonali tagħna – Duncan Sultana, Roberto Vella u Jurgen Spiteri – ġew mistiedna direttament mill-UEFA biex jieħdu sehem fil-UEFA Assistant Referees' Seminar f 'April li ġej. Kevin Azzopardi fisser kif ix- xogħol iebes u d-dedikazzjoni ta' kull assistent referee, flimkien max-xogħol siewi mwettaq mill- Unit għal Specialised Assistant Referees. immexxi minn Philip Agius assistit minn Charles Micallef u Mariano Debono, qed iħalli l-frott. Leif Lindberg (UEFA Core Assistants' Specialist Trainer u UEFA Referee Observer) kien il-kelliem ewlieni, li ffoka fuq temi marbuta ma' Teamwork: • Offside – inkluż il- kollaborazzjoni bejn l-uffiċjali u l-interpretazzjoni ġdida ta' Regola 11. • Teamwork u logħob skorrett. • Awareness – "Expect the Unexpected". (Għarfien – "Antiċipa li mhux mistenni"). Leif Lindberg mexxa wkoll sessjoni prattika fis-Centenary Stadium. Mistiedna oħra kienet Samantha Tabone, Sport Psychologist, li ddiskutiet l-importanza ta' Preparazzjoni Mentali. Minbarra sessjonijiet ta' teorija u prattika, l-assistenti referis kellhom ukoll test bil-kitba rigward Sitwazzjonijiet ta' Offside u Quiz dwarTagħrif Ġenerali.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 March 2017