Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/803481
Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 26 ta' Marzu 2017 Tkompli minn paġna 5 Mis-suċċessi fix-xogħol u l-ekonomija X'wettaq fl-Edukazzjoni? X'wettaq fil-qasam tal-enerġija? X'wettaq fil-qasam tax-xogħol? • Punt 18 – Tablet għal kull student tal-Year 4 – Bejn Jannar u Frar bdew jitqassmu t-tablets lill-istudenti tal-Year 4 kollha, wara li kien beda bħala proġett pilota. F'intervista mal-gazzetta ILLUM il-President tal-MUT Kevin Bonello qal li r-rispons mingħand l-għalliema kien pjuttost pożittiv. • Punt 23 – '...inniedu strateġija Nazzjonali kontra l-illitteriżmu' – F'Ġunju 2014, il-Gvern nieda l-istrateġija li kienet tinkludi diversi programmi li jħeġġu lit-tfal u l-ġenituri jaqraw. • Punt 31 – 'Naċċertaw li jkollna aktar LSAs' - Fost l-oqsma li l-aktar li ddaħħlu jaħdmu persuni mal-Gvern fl-2015 biss, kien fl- edukazzjoni b'76 Supply Learning Support Assistants, 96 għalliem u 40 Kindergarten Assistant. Mal-ILLUM, il-President tal-MUT żvela li sa dan ix-xahar se jkun iffirmat ftehim kollettiv ġdid għal 7,000 għalliem. L-MUT qed tipproponi bidliet fis-sistema ta' LSAs • Punt 35 – 'Ninvestu u nwettqu programm qawwi ta' mmodernizzar u tisbiħ ta' skejjel' – Sar programm estensiv ta' tisbieħ fi skejjel bħal dik tal-Kalkara, Birżebbuġa u r-Rabat Malta. Beda x-xogħol għal bini ta' skola primarja ta' San Pawl il-Baħar , inbniet u nfetħet l-iskola sekondarja ta' Ħal Kirkop u għaddej xogħol fuq l-iskola ta' Ħad-Dingli. • Punt 43 - 'Inniedu inċentivi għall-għalliema ... fosthom sabbatical f 'każ ta' studju..." - Il-wegħda daħlet fis-seħħ, imma sal-aħħar ċifri kienu biss 18-il għalliem li gawdew minn sabbatical. • Punt 63 – 'Inwaqqfu Skola tal-Arti fl-Università ta' Malta..' – S'issa jidher li din il-wegħda għadha fuq l-ixkaffa • Punt 83 – 'Jibda jingħata stipendju lil dawk l-istudenti tal-Junior College, Higher Secondary u l-MCAST li jixtiequ jirrepetu sena...' – Il-Gvern daħħal din il-miżura u studenti li jirrepetu sena għax ma jkunux għaddew, issa qed jirċievu stipendju. Bħal dan iż-żmien is-sena l-oħra, kieu 935 student li kienu qed jirċievu stipendju. • Punt 3 - 'Gvern ġdid iraħħas il-kontijiet tad-dawl b'medja ta' 25% u dawk tal-ilma b'5%....it-traħħis jidħol fis-seħħ f 'Marzu 2014 għall-familji u Marzu 2015 għan-negozji u industrija..' – Din kienet wegħda ewlenija tal-Partit Laburista. Il-kontijiet traħħsu fl-ewwel u t-tieni baġit li ħabbar il-Gvern. • Punt5- '...l-ewwel pass fil-pjan ikun li ninvestu f 'teknoloġija ġdida li taħdem bil-gass...' - L-impjant mibni minn Siemens lest mill-aspett tal-bini u aktar kmieni din is-sena daħal it-tanker bl- ewwel kunsinja ta' gass. Minkejja li nżammet din il-wegħda, ma nżammx iż-żmien stipulat ta' sentejn li fihom kellha tkun lesta l-istess Power Station. • Punt 10 – 'Pass ieħor ikun li tingħalaq u tintefa' l-Power Station tal-Marsa..' - F'Marzu 2015 saret iċ-ċerimonja tal-għeluq ta' din il-Power Station. Bdew jitwaqqgħu partijiet minnha imma aktar tard intużaw partijiet li kienu qegħdin 'stand-by'. Fit-12 ta' Marzu li għadda ngħalqet 'darba għal dejjem'. • Punt 28 - 'inċentiv fiskali ta' 50% fuq xiri ta' pannelli fotovoltajċi..' – F'Mejju 2016 il-Gvern ħabbar li dawk li jinvestu f'pennelli jingħataw rifużjoni li tlaħħaq il-50% sa massimu ta' €2,300. • Punt 39 – 'nagħmlu l-akbar sforz għall-esplorazzjoni taż-żejt..' - Filwaqt li saru tentattivi mal-Italja wieħed qajla jista' jgħid li f'dawn l-erba' snin saru 'l-akbar sforzi' għat-tiftix taż-żejt. • Punt 2 – '...opportunità lill-familji Maltin u Għawdxin jibagħtu lil uliedhom f 'child care centre mingħajr ħlas...' – Din il-miżura kienet introdotta kmieni fil-leġiżlatura. Hija miżura li ntlaqgħet b'mod pożittiv u li tissemma bosta drabi bħala waħda mir-raġunijiet għaż-żieda fil- parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol. • Punt 7 - 'se nkunu qed innaqqsu t-taxxa fuq il-part time. Dan se nagħmluh billi ngħollu minn €7,000 għal €10,000 l-ammont taxxabbli bir-rata ta' 15%...' – Din il-miżura daħlet fis-seħħ fil-baġit 2014, l-ewwel baġit li ressaq Gvern Laburista. • Punt 9 – 'Noħolqu inċentivi biex persuni li ilhom fuq il-benefiċċji soċjali u li potenzjalment jistgħu jaħdmu, nattirawhom jidħlu fid-dinja tax-xogħol...' – Il-Gvern ħabbar diversi miżuri għal dan il-għan. L-aktar effetiva tkun dik tat- tapering tal-benefiċċji, introdotta fl-ewwel baġit. Permezz tagħha, min kien bla xogħol jibqa' jieħu persentaġġ tal-benefiċċji fl-ewwel tliet snin ta' impjieg. Din kienet mifruxa wkoll għal ġenituri waħedhom bi tfal taħt it-23 sena. • Titlu – 'Il-Gvern ġdid ikun impenjat bil-fatti li jiskoraġġixxi u jiġġieled ix-xogħol prekarju f 'kull sura...' - Minkejja titjib f'oqsma bħal tal-carers mal-Gvern, f'ċerti setturi bħal tat-tindif u ospitalità, il-prekarjat għadu prevalenti u mifrux. Il-każ tal- Iskema ta' Xogħol fil-Komunità kompliet tefgħet f'dubju kemm il-Gvern verament qed jiġġieled din il-pjaga bis-saħħa. • Punt 26 – 'Nagħtu lura d-dinjità lill-ħaddiema tal-IPSL u tal-Kalaxlokk...jiġi mġedded il-ftehim kollettiv ta' dawn il- ħaddiema..' – F'Lulju 2014 il-Gvern iffirma ftehim kollettiv għal dawn il-ħaddiema li kien jinkludi żieda fil-paga u titjib fil-kundizzjonijiet. Dawn il-ħaddiema kienu ilhom bla ftehim kollettiv 11-il sena.