Illum previous editions

illum 26 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/803481

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

illum | Il-Ħadd 26 ta' Marzu 2017 Aħbarijiet 10 Ritratt: Ruben A. Xuereb 'F'dan il-programm jidhru xi prodotti Id-dilemma ta' bilanċ u kompromess dwar kemm u kif jiġu nklużi prodotti kummerċjali fis-serje televiżivi Maltin Ruben Anthony Xuereb rxuereb@mediatoday.com.mt ĦAFNA Maltin iqisu ruħhom bħala dilettanti tal-produzzjonijiet lokali, u huma ħafna li mhux biss isegwu l-waħda tal-qalb tagħhom, iżda jirnexxilhom ilaħħqu ma' kull 'dramm', (għax ftit għadhom jirreferu għal produzzjoni lokali bħala 'serje') li jixxandar fuq l-istazzjoniiet lokali kollha. Minkejja l-appoġġ u r-rispett li t-telespettaturi għandhom għall- produzzjonijiet lokali, ta' spiss ikun hemm min igerger fuq l-ammont ta' waqfiet kummerċjali li jsiru waqt kull episodju, u dan l-aħħar kien hemm uħud li maqdru wkoll it-tqegħid tal-prodott li ħafna serje Maltin qed jinkludu fl- episodji tagħhom. Li forsi dawn it- telespettaturi fidili lejn is-serje favorita tagħhom ma jifhmux, huwa li biex jiġi prodott kull episodju, id-djar ta' produzzjoni lokali, iridu jkopru numru kbir ta' ħlasijiet ta' impjegati, atturi, servizzi u lokazzjonijiet biex insemmu ftit. Fiċ-ċokon ta' Malta u bil-limitazzjonijiet finanzjarji tal-istazzjonijiet, sabiex il-produzzjoni żżomm ċertu livell ta' kwalità fil- prodott, irid jintlaħaq kompromess delikat bejn kemm u kif jiddaħħlu prodotti kummerċjali fl- episodji tagħhom, bħala għajnuna biex ikopru l-ispejjeż. L-ILLUM tkellmet ma' żewġ produtturi ta' wħud mill-aktar serje popolari u maħbubin f 'Malta, Justin Farrugia minn Sharp Shoot Media, produtturi ta' 'Strada Stretta' u Michael Vella Haber, minn Rewind Productions, li fost numru ta' serje li produċew f 'dawn l-aħħar snin, insibu 'Manwela' u 'Ħbieb u Għedewwa'. Il-bilanċ fit-tqegħid tal- prodotti jiddetermina l-kwalità tal-episodji "It-tqegħid tal-prodott u l-mod kif isir, dejjem joħloq xi daqsxejn ta' dilemma," sostna mal-ILLUM Justin Farrugia, li spjega li apparti l-valur artistiku ta' produzzjoni televiżiva, hemm l-aspett kummerċjali u l-għixien ta' kull min ikun involut fil-ħolqien tal-istess serje. Farrugia spjega li kultant, it-tqegħid tal-prodotti jista' b'xi mod jaffettwa anke l-andament tal-istorja. "Ċerti klijenti jifhmu li l-messaġġ mgħoddi b'mod sottili jaħdem, imma oħrajn ikunu jixtiequ li jkun aktar ovvju," tenna Farrugia, "iżda parti mix-xogħol kreattiv tal-produtturi huwa li nkunu flessibbli u naslu għal kompromess." Michael Vella Haber żied jgħid li "bħal kull ħaġa oħra fid-dinja, l-eżaġerazzjoni ma' tħallix riżultati tajbin fuq il-kwalità tal-prodott finali, iżda jekk il-ħaġa ssir bi ħsieb u rażan, il-kwalità m'għandix titlef." Vella Haber żied jgħid li huwa jemmen li aktar mill-ammont u durata, l-aktar li jaffettwa l-kwalità hija s-sottilità li biha l-prodott jitqiegħed fix-xena. "Meta xi ħadd iwaddab xi ħaġa f 'wiċċek mingħajr konsiderazzjoni ta' xejn, dan jista' jdejjaq u xi drabi kważi anke jinsulenta lit-telespettaturi." L-ILLUM staqsiet liż-żewġ produtturi kemm huma lesti jissaggrifikaw mill-kwalità tal-produzzjoni tagħhom, biex ikunu jistgħu jinkludu prodotti kummerċjali imnisslin u parteċipi fix-xeni. Farrugia sostna li bejn id-dar ta' produzzjoni tagħhom u l-istazzjon, tittieħed deċiżjoni ta' liema prodotti jistgħu jiġu nklużi fl-istorja tagħhom, mingħajr ma dan iħalli impatt negattiv fuq l-istorja jew il- viżwal tas-serje. "Ġieli jkollna nimmodifikaw daqsxejn l-iscript biex ninkludu xi prodott, iżda nagħmlu mill-aħjar biex nilħqu kompromess biex l-interess kummerċjali ma jaffetwax it-trama (plot) tagħna." Farrugia żied jgħid li fin-natura tas-serje 'It-tqegħid tal-prodotti l-aħjar jitpoġġa b'mod każwali u integrat fix-xena' "Ġieli jkollna nimmodifikaw l-iskript biex ninkludu xi prodott, iżda nagħmlu mill-aħjar biex nilħqu kompromess biex l-interess kummerċjali ma jaffetwax il-plot' Ix-xogħol fil-pjazza ta' Raħal Ġdid għaddej ġmielu Minn Ruben Anthony Xuereb RITRATTI meħudin lbieraħ mill- ILLUM juru li x-xogħol fuq il-pjazza ta' Raħal Ġdid għaddej ġmielu. Il- proġett ta' €3 miljun fuq il-pjazza, li mistenni jitlesta fi żmien 15-il xahar, bħalissa jinsab fil-fażi tat-tħaffir tal- parti ċentrali tal-pjazza. Bħalissa għad hemm aċċess għall- karozzi, li għadhom għaddejjin minn naħa waħda tal-pjazza, f 'karreġjati dojoq mid-direzzjoni ta' Ħal Tarxien lejn il-ħabs u anke lura. Aktar 'il quddiem, il-pjazza kollha se ssir waħda pedonali u t-traffiku jiġi dirett minn toroq oħra li ma jaqsmux il- pjazza. Il-proġett fuq il-pjazza kien imħabbar f 'April tal-2015, bl-iskop li jirriġġenera u jsebbaħ il-pjazza u jbiddilha f 'waħda pedonali li titgawda aktar minn nies, b'inqas periklu mit-traffiku li bħalissa jgħaddi minn din il-pjazza. It-tul ta' żmien li ttieħed minn April tal-2015 s'issa kien dovut għall-ewwel fażi, li kienet ir-rilokazzjoni tas-siġar li wara li nqalgħu mill-pjazza, ġew imħawla b'suċċess f 'Raħal Ġdid stess, madwar il-parkeġġ taċ-ċimiterju. Is-sindku ta' Raħal Ġdid kien qal mal-ILLUM li huwa jemmen li kienet ħaġa sabiħa li dawk is-siġar, li wħud minnhom għandom 'il fuq minn 90 sena, baqgħu Raħal Ġdid. L-aħħar grupp ta' siġar li ġew rilokati, inqalgħu mill-pjazza fl-aħħar tal-2016 u tħawlu fi ġnien il-Mediterran. Ix-xogħol fuq il-pjazza, speċjalment il-fażi ta' tħaffir li għaddejja bħalissa, mhux wieħed faċli minħabba li l-pjazza tinsab viċin tas-sit storiku tal- Ipoġew, li minħabba f 'hekk jillimita l-iskavar li jista' jsir fiż-żona.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 March 2017