Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/803481
illum | Il-Ħadd 26 ta' Marzu 2017 Opinjoni 16 G ħada huwa l-Jum Dinji ddedikat lit-Teatru u pajjiżna se jkun qed jiċċelebrah bl-aħjar mod. Jiċċelebrah mhux f 'sens ta' festini jew kommemorazzjonijiet vojta li ma jħallu xejn lill-poplu iżda f 'sens ta' xogħol favur it-Teatru u l-artisti Maltin. Pajjiżna għandu vojt fejn jidħol it-Teatru, speċjalment dak li hu jew bil-Malti jew inkella maħsub għall- komunità Maltija. Għandna talent straordinarju, produtturi u diretturi fenomenali, ideat u kreattività b'saħħitha. Biss, jinħass ċar li t-Teatru huwa assenti mill-ħajja ta' ħafna Maltin u Għawdxin u din hi ħasra kbira. Donnu għal ħafna Maltin u Għawdxin, it-Teatru hu biss il-Panto ta' żmien il-Milied. Produtturi bħal Mario Philip Azzopardi u oħrajn irnexxielhom jattiraw udjenzi fit-Teatru Manoel iżda minkejja l-aqwa sforzi, dan xorta mhuwiex biżżejjed. Jekk nista' nġib eżempju bil-futbol, qisu f 'pajjiżna għandna ħafna futbolers ta' talent, għandna ħafna grawnds imferrxin ma' Malta u Għawdex kollha iżda ħadd ma jmur jara l-futbol lokali sakemm ma jiġix xi tim magħruf jilgħab pajjiżna. Din tal-futbol kienet tixbiha li ħloqt jien semplicement għall-argument, biex ħadd mid-dinja sportiva ma jifhimni ħażin. Jekk nużaw din it-tixbiha li ħloqt jien, għandna essenzjalment l-istess ħaġa – ħafna atturi tajbin, teatri mferrxin ma' Malta u Għawdex kollha iżda l-familji Maltin u Għawdxin, għajr niċeċ partikolari ta' persuni, ma jmorrux jaraw teatru sakemm ma jiġix il- Milied jew ikun hemm xi play straordinarja. Din irridu nibdluha. Għala viva t-teatru? Ikun hemm min jistaqsi: imma t-teatru għala huwa daqshekk importanti? Huwa importanti għaliex irridu poplu li jaħseb u li jirrifletti. Irridu poplu li jemmen fil-kreattività, li jara fl- espressjoni artistika xi ħaġa li ttejbu u tagħmlu poplu aħjar. Din il-ġimgħa nidejna ktieb sabiħ immens magħmul minn Valletta 2018 u kkummissjonat mill-Kunsill Malti għall-Arti li fih essenzjalment mappa tal-ispazji teatrali f 'Malta u Għawdex. Probabbilment hemm oħrajn li jiġu inklużi f 'edizzjonijiet sussegwenti. Però dan il-ktieb huwa wirt tajjeb immens għaliex jiftaħ il-bibien beraħ lill-produtturi artistiċi għal komunitajiet u spazji li forsi qatt qabel ma ġiehom f 'moħhom li jużaw. U s'intendi l-isbaħ rigal li nistgħu nagħtu lill-kultura huwa jekk nużaw dan l-ispazji teatrali u nattiraw udjenzi. Teatru Malta F'dan kollu kif jidħol Teatru Malta u, forsi mistoqsija aħjar, x'inhu Teatru Malta? Jidħol Teatru Malta għaliex dehrilna li jeżisti vojt kbir li jeħtieġ li jimtela'. Teħtieġ entità Governattiva li tippromwovi dawn l-ispazji teatrali, li tixpruna t-tlugħ ta' produzzjonijiet li jduru fl- irkejjen tal-gżira, li tagħti żiffa ta' enerġija lill-espressjoni teatrali li tħeġġeġ il-familji Maltin imorru jarawha fl- għeruq tagħhom stess. Jeħtieġ ukoll li l-kunċett li t-teatru f 'Malta jibda u jispiċċa fit-Teatru Manoel titkisser. It-Teatru Manoel irridu nkomplu ngħolluh 'il fuq u ntejbuh kif qed nagħmlu biex jisseddaq bħala ġojjell kulturali f 'pajjiżna. Iżda t-Teatru Manoel għall- ġid tiegħu stess jeħtieġ ukoll 'kompetizzjoni' u 'kompetizzjoni' barra mill- Belt Valletta u eqreb lejn il- familji Maltin u Għawdxin. S'intendi t-tnejn ma jimxux kontra xulxin- anzi hemm lok ta' kollaborazzjoni wkoll. Kuntent ħafna li t-tmexxija tat-Teatru Manoel laqgħet b'idejha miftuħa din ir-realtà ġdida u nemmen li fil-persuna ta' Elizabeth Ebejer (li ġejja minn għeruq komunitarji b'saħħithom ħafna) se nsibu lil xi ħadd li jemmen f 'din il-filosofija u ħidma waqt li tkompli ttella' 'l fuq il- prestiġju tat-Teatru. Restawr ta' spazji teatrali Hemm imbagħad mistoqsija oħra: kif se nagħmlu biex l-ispazji teatrali li hemm fil- komunitajiet jiġu restawrati u mtejba biex jaqdu l-ħtiġijiet tat-teatru llum. L-eħfef triq hija li twaddab il-flus lejn din il-problema. Iżda dak ma jkunx biżżejjed. L-aqwa triq hija li tassigura s-sostenibbiltà sabiex il-flus li wieħed jinjetta jkollhom qafas sostenibbli. Fejn inkunu ċerti li l-attività teatrali tassigura l-vijabbiltà tal-ispazju kulturali. Hemm spazji teatrali sbieħ immens li jistħoqqilhom restawr. Fejn hemm sostenibbiltà assigurata diġà aġixxejna bħalma sar fil- black box theatre tal-MITP u t-Teatru Manoel. L-isfida hija sabiex l-ispazji teatrali jqumu fuq saqajhom sabiex nassiguraw li jkollhom ħajja indipendenti kemm jista' jkun. M'għandix dubju li din hi sfida li Teatru Malta se jidħlilha head on b'ideat friski u nnovattivi. Hawnhekk irrid nirringrazzja minn qalbi lil Albert Marshall, mill-Kunsill Malti għall-Arti, lil Jason Micallef, li jmexxi b'tant ħila u enerġija l-Fondazzjoni Valletta 2018, lil Sean Buhagiar li jmexxi Teatru Malta u lill-Prof Vicky Ann Cremona li tatna daqqa t'id sabiħa ferm f 'dan il-proġett. Studenti u orkestra Din il-ġimgħa kelli l-pjaċir li nattendi għal avveniment imtella' mill- Orkestra Nazzjonali bħala parti mill-Culture Pass. Taħt din l-iskema, l-iskejjel sekondarji ta' pajjiżna qed jiġu mistiedna jagħżlu minn menù ta' attivitajiet kulturali li ħejjejna biex l-istudenti tagħhom jattendu għalihom. Jien attendejt għal waħda minn dawn l-avvenimenti li kellha l-Orkestra bħala l-attrazzjoni prinċipali. Ħadt gost ħafna nara madwar 140 student tas-sekondarja jieħdu gost jaraw l-Orkestra ddoqq siltiet sbieħ ferm. Ħadt gost iktar nara mużiċisti professjonisti u surmastrijiet ta' kalibru straordinarju 'jinżlu' fil-livell tat-tfal u bil- paċenzja kollha jfehmuhom b'mod divertenti għall-aħħar. Kienu sagħtejn li ma nafx kif taru. Verament kburi bl-Orkestra u nirringrazzja lil Sigmund Mifsud talli daħal għal din l-isfida b'tant simpatija. Hello Goodbye Din il-ġimgħa, il-Parlament approva numru ta' ċaqliq fid- distretti elettorali kif riedet il-Kummissjoni Elettorali. Dan iċ-ċaqliq sar biex wieħed jassigura li kemm jista' jkun, f 'kull distrett elettorali jkun hemm bejn wieħed u ieħor l-istess numru ta' nies – għaliex inkella jkollok sitwazzjoni fejn il-vot ta' xi ħadd li joqgħod f 'post, ikun inqas rappreżentattiv minn xi ħadd li joqgħod f 'post ieħor. Jiena nemmen li ċ-ċaqliq propost mill-Kummissjoni huwa tajjeb u kien hemm bżonnu. Personalment, iċ- ċaqliq propost kien ifisser li r-raħal tal-Fgura inqata' mid- distretti elettorali li fihom jiena nikkontesta. Ili għaxar snin nirrappreżenta lill- Fgura fil-Parlament u l-fatt li issa tlift kompletament dan ir-raħal nikkittni. Mal- Fgurin bnejt relazzjoni ta' fiduċja sabiħa ferm u dejjem rajt rispett u inkoraġġiment kbir. M'hemmx x'tagħmel, il-ħajja tkompli. Biss irrid nibgħat il-messaġġ li l-bieb tiegħi se jibqa' miftuħ għall- familji tal-Fgura daqslikieku qatt ma sar dan it-tibdil. It-tibdil fisser ukoll li ġew introdotti rħula ġodda fid- distretti li se nikkontesta fihom fl-elezzjoni li jmiss (ċoè t-3 u 5 distrett). Dawn huma Ħal Għaxaq u Marsaxlokk fit-tielet distrett u Ħal Farruġ fil-Ħames distrett. Inħares 'il quddiem għal ħidma flimkien u sabiħa. OWEN BONNICI "Jeħtieġ ukoll li l-kunċett li t-teatru f 'Malta jibda u jispiċċa fit-Teatru Manoel titkisser" Viva t-Teatru! Teatru Malta: Teħtieġ entità Gov- ernattiva li tagħti żiffa ta' enerġija lill-espressjoni teatrali li tħeġġeġ il-familji Maltin imorru jarawha fl- għeruq tagħhom stess