Illum previous editions

illum 2 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/806574

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Aħbarijiet 11 Il-Ħadd 02 ta' April 2017 | illum 'Mara m'għandhiex tkun kostretta tagħżel bejn karriera u familja' • L-avukata u opinjonista Ramona Frendo tipproponi ħinijiet tal-iskola itwal • Laiviera tipproponi li l-kwoti ma jkunux limitati għall-elezzjoni ġenerali biss Minn Albert Gauci Cunningham ILPROPOSTA tal-Prim Ministru għall-kwoti qed tkompli tkun diskussa fuq il-mezzi tax-xandir u toħloq dibattiti sħaħ; min jaqbel u min ma jaqbilx. Min iħoss li l-kwoti huma neċessarji u oħrajn iħossu li huma patetiċi. Wara li din il-gazzetta staqsiet lid-Deputati Parlamentari x'jaħsbu u sabet li ftit hemm entużjażmu, u wara li l-ġimgħa l-oħra, l-ILLUM tkellmet mal-Membri Parlamentari nisa Maltin, kollha kontra l-kwoti, id-diskussjoni baqgħet għaddejja fuq il-programm XTra. Intant fost in-nisa li tkellmu, l-avukat u opinjonista Ramona Frendo sostniet li hi ma taqbel assolutament xejn mal-kwoti u filwaqt li tammetti li dawn 'jgħinu' biex ikun hemm aktar nisa fil-Parlament, "kif se jkunu perċeputi dawk in- nisa li se jitilgħu bil-kwota hi xi ħaġa oħra." Frendo tħoss li l-mara aktar mir-raġel, tiffaċċja bosta sfidi u ostakli. "Jiena nemmen li rridu nneħħu l-ostakli," bdiet tispjega Frendo, "l-aktar meta l-mara ssir omm. Hawn perċezzjoni u aspettativa li l-omm se tkun aktar parteċipattiva, għandna sistema edukattiva li meta jispiċċaw it-tfal mill-iskola irid ikun hemm xi ħadd id-dar jgħinhom fil-HW u f 'attivitajiet oħrajn. Imbagħad fil-ħajja politika," tkompli tfakkar Frendo, "il-Parlament dejjem jiltaqa' filgħaxijiet." Frendo tistaqsi kif huwa possibbli li mara tlaħħaq mal-obbligi tal-familji jekk, apparti li l-Parlament ġieli jiltaqa' filgħaxija, xi minn daqqiet ikun hemm seduti maratona li jdumu għaddejjin 14-il siegħa. Ittemm tgħid li mara m'għandhiex tagħżel bejn professjoni jew inkella li jkollha t-tfal. Hi titkellem dwar proposta li fil-fatt tissemma minn żmien għall- ieħor, li jitwalu s-sigħat tal-iskola. B'hekk, il-ħin tal-iskola jintemm mal-ħin li fih il-ġenituri jispiċċaw il- ġurnata tax-xogħol tagħhom. Intant f 'din il-ħarġa fuq paġni 12 u 13 f 'intervista mal-Kummissarju għall- Promozzjoni tal-Ugwaljanza Renee Laiviera tesprimi lilha nnifisha favur il- kwoti tan-nisa u tmur oltrè. Hi taqbel li l-kwoti ma jkunux limitati biss għall- elezzjonijiet ġenerali, imma wkoll għall-elezzjonijiet tal- Kunsilli Lokali u l-Parlament Ewropew. Iktar minn hekk, fl- intervista tipproponi li jekk partit politiku ma jkollux biżżejjed nisa fil- lista tal-kandidati tiegħu, il-Kummissjoni Elettorali tirrifjuta l-istess lista. 'Il-problemi tas-saħħa mentali ma jagħżlux lin-nies' ILPRESIDENT Marie- Louise Coleiro Preca qalet li l-problemi ta' saħħa mentali jaffettwaw lil persuni minn kull qasam tal-ħajja. Qalet li "qed jaffettwaw nies, li qed jgħixu fil-kumdità u nies li qed jgħixu fil-prekarjat. Qed jaffettwaw kemm anzjani kif ukoll żgħażagħ. Qed jaffettwaw kemm nies li jaħdmu kif ukoll nies li ma jaħdmux. Qed jaffettwaw kemm individwi li qed jghixu f 'sitwazzjonijiet ta' esklużjoni kif ukoll individwi li qed jgħixu b'kull aċċess għall- opportunitajiet." Coleiro Preca qalet dan meta lbieraħ kienet qed tagħamel diskors fl-għeluq ta' kors ta' empowerment għall-family care-givers ta' individwi li għandhom problemi ta' saħħa mentali, organizzat mill-Mental Health Association Malta, bl- appoġġ tal-Malta Community Chest Fund Foundation. Il-President qalet li "ħadd mhu aħjar minn ħadd fejn jidħlu l-isfidi marbuta mas- saħħa mentali. Il-problemi tas-saħħa mentali ma jagħżlux lin-nies", filwaqt li żiedet li, l-isfidi marbuta mas-saħħa mentali jistgħu jaffettwaw lil kulħadd, fi kwalunkwe stadju ta' ħajjithom. Hi kompliet billi qalet li l-fatt li l-problemi ta' saħħa mentali għandhom effett fuq is-soċjetà kollha, għandu jfisser li l-kwistjoni tas-saħħa mentali għandha tkun fuq nett tal- aġenda nazzjonali tagħna. "L-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom individwi li qed ibatu minn problemi ta' saħħa mentali, u l-familji tagħhom, għandhom jiswew ta' esperjenza informattiva importanti sabiex jissaħħaħ l-għarfien u l-appoġġ, sabiex ngħelbu ċertu sfidi speċjalment dik tal-istigma, li sfortunatament, għadhom ibatu tant minnha l-individwi u l-familji milquta," stqarret Coleiro Preca, filwaqt li qalet li jekk jinħalqu aktar spazji siguri fejn individwi u familji milquta "nagħtuhom il-kuraġġ meħtieġ biex jaqsmu magħna l-esperjenzi tagħhom, il-kampanji edukattivi u ta' għarfien jistgħu jkunu ferm aktar b'saħħithom." Hija appellat ukoll li, jekk irridu noħolqu pajjiż fejn kulħadd iħossu tassew inkluż u mogħti d-dinjità li jixraqlu jew jixirqilha, trid tkompli għaddejja l-ħidma kontra l-istigma biex inneħħu t-tabù li sfortunatament għadu jeżisti dwar il-problemi ta' saħħa mentali. "Irridu naħdmu aktar biex nikkonvinċu li, s-saħħa mentali mhix xi ħaġa li nistgħu ninjoraw. Irridu niżviluppaw aktar miżuri u inizjattivi ta' appoġġ ta' kull tip u kull fejn nistgħu: fil-komunitajiet, fl-iskejjel, fuq il-postijiet tax- xogħol u kull fejn hu possibbli," żiedet tgħid, filwaqt li qalet ukoll li jridu jinħolqu wkoll sistemi ta' appoġġ għall-membri tal-familja, għall-ħbieb, għall- kollegi tax-xogħol, u għall- ġirien. Dan għaliex, kulħadd jista' jkun ta' ghajnuna kbira fil-pront, jekk ikun mgħallem u infurmat. Coleiro Preca qalet li temmen li jekk "naħdmu flimkien biex nedukaw u ninfurmaw fuq il-ħtieġa ta' komunitajiet magħquda u soċjetà Maltija li jimpurtaha, nemmen li flimkien inkunu qed nibnu komunitajiet inklussivi u reżiljenti li jagħtu l-appoġġ meħtieġ." "Nemmen li jinħtieġ li anke fil-policy tal-positive parenting li l-awtoritajiet kienu ħabbru xi xhur ilu, jinħtieġ li l-kwistjoni tas-saħħa mentali tkun parti integrali ta' kif il-ġenituri jistgħu jgħinu biex l-ebda membru tal-familja tagħhom, ma jiġi f 'qagħda li taqa' lura minħabba problemi ta' saħħa mentali," temmet tgħid il-President.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 April 2017