Illum previous editions

illum 2 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/806574

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

illum | Il-Ħadd 02 ta' April 2017 Minn Brussell 14 Il-politika qiegħda f 'demmna u jien KARL Engerer, ta' 35 u minn Tas-Sliema jaħdem f 'Dar Malta bħala riċerkatur u analista finanzjarju. Personalità qawwija bil- karattru ferrieħi tiegħu fejn fi Brussell sab ukoll l-imħabba, meta ltaqa' mal-partner Taljan, Gulio li jaħdem mal-Kummissjoni Ewropea. Il-karriera tiegħu bdiha bħala ġurnalist fejn kien jikteb l-intervisti għas- Sunday Circle u wara kien jaħdem ma' aġenzija tal-programmi tal- Unjoni Ewropea, EUPA bħala kordinatur tal- kommunikazzjoni tagħhom fejn kienu jgħinu studenti, għalliema u NGOs biex jiksbu fondi mill-Ewropa. "Kien impjieg mill-aktar interessanti biex aktar żgħażagħ jinqatgħu mill- illitterariżmu." Wara erba' snin jaħdem fuq il-fondi fejn kien opinjonista fuq Xarabank u anke jgħin lil Simone Cini fuq il- programm 'Ieqaf 20 Minuta' u anke fuq TVAM u TVPM. Sadanittant, Karl Engerer meta kien jara lil dawn l-istudenti jqattgħu żmien jistudjaw l-Ewropa, aktar kibret ix-xewqa tiegħu li jaħdem fl-istituzzjonijiet Ewropej. "Dejjem kienet ix- xewqa tiegħi li nirrapreżenta lil pajjiżi barra minn Malta speċjalment fi Brussell biex b'li nitgħallem, inkun nista' ngħin lill gvern jagħmel policy għal pajjiżna." Irnexxielu jagħmel dan tliet snin ilu meta daħal jaħdem Dar Malta. "By hook or by crook, anke jekk kien hemm xi ntoppi qabel, irnexxieli niġi naħdem fi Brussell. Irrid ngħid li jien kwalifikat biżżejjed biex wasalt s'hawn." Karl studja l-liġi għal erba' snin, iggradwa wkoll fil- komunikazzjoni u għandu Masters fis-studji Ewropej u l-liġi Ewropea. "Għeni wkoll il-fatt li nitkellem ħames lingwi, l-Ingliż, il-Malti, il-Franċiż, it-Taljan u anke l-Ispanjol." Dwar ix-xogħol tiegħu f 'dawn l-aħħar tliet snin, Engerer qal li l-esperjenzi tiegħu kienu kbar fejn f 'dawn it-tliet snin kien hemm il-kwistjoni tal- Grexit u issa Brexit. Karl kien preżenti f 'diversi laqgħat ma' Christine Lagard li hi l-Managing Director tal-fond monetarju internazzjonali u din dejjem faħħret l-ekonomija ta' Malta u l-mod kif naħdmu biex irpiljajna sew l-ekonomija tagħna, grazzi wkoll għall-ministru Edward Scicluna li hu teknokratiku aktar milli politiku. U meta narah jiddiskuti ma' ministri mill-Ewropa kollha u dawn jaċċettaw l-ideat tiegħu f 'dik li hi ekonomija, inkun ferm kburi għax inkun naf li anke jien kelli sehem fih." "Fil-permanenza ta' Malta tgħallimt ħafna kif inkunu diplomatiku billi tgħallimt naħseb għaxar darbiet u nitkellem darba. Iffukajt ħafna fuq il-presidenza u l-mitejn persuna li aħna hawnhekk qed nirrapreżentaw lil pajjiżna u li nagħmlu se jkun rifless mhux bħala Karl Engerer, iżda għal Malta. Dak kollu li nagħmlu u ngħidu, hu rifless ta' pajjiżna." Engerer qal ukoll li taħdem fi Brussell jogħġbu wkoll għax trid tilbes pulit kuljum, tqatta' ħafna ħin ma' kollegi li ġejjin mill-pajjiżi oħra Ewropej, "u din tgħinek tifhem ukoll il-kulturi u l-ekonomiji ta' ħaddieħor." Ironikament, din l-intervista saret eżatt (nhar it-Tlieta 28 ta' Marzu) meta l-Ingliżi ħabbru uffiċċjalment li se joħorġu mill-Ewropa. Karl hu persuna li bħalissa ffissa fuq din l-imbierka Brexit u jaqra kull ħaġa li tinkiteb dwarha biex ikun jista' jibda l-istudji għal PhD fuq Brexit. "Nemmen li l-Ingliżi se jbatu wara li joħorġu mill-Ewropa. Isse se jibdew iħallsu d-dazju li aħna neħħejnieh għal kollox mid- dizzjunarju tagħna. Barra minn hekk, dawn iridu jħallsu d-djun tagħhom lejn l-Ewropa u dawn ifissru biljuni ta' ewro. Interessanti kif se tiżviluppa din l-istorja. L-Ingliżi se jmoru 'l quddiem jew se jmorru lura? Personalment naħseb li l-Ingliżi għamlu żball kbir u se jiddispjaċihom." Karl jemmen li l-Ewropa kollha mhux se tħoss in- nuqqas tagħhom, "iżda Malta nemmen li iva. Għax aħna flimkien ma' Ċipru niffurmaw parti mill-Commonwealth u 33% tal-ekonomija tagħna ġejja mill-Ingilterra speċjalment it-turiżmu li jiġi mill-Ingilterra, il- Maltin li jmorru l-Ingilterra u l-istudenti li jmorru jistudjaw l-Ingilterra. Iż- żgħażagħ Ingliżi se jbatu mingħajr il-proġetti tal- Erasmus li jiswewlhom miljuni kbar. Illum fil-fatt, Oxford University se tiftaħ f 'pajjiż ieħor fl-Unjoni Ewropea biex tkun tista' tkompli tilqa' studenti mill- Erasmus. Barra minn dan, hemm il-biża' li ir-Renju Unit jinqasam f 'biċċiet. Jien nistaqsi...tgħid Charles DeGaulle kellu raġun li jirrifjuta lill-Ingliżi darbtejn milli jkunu parti mill- Unjoni Ewropea għax qatt ma kienu Ewropej?" Jekk tibda titkellem dwar il-politika ta' Brussell, Karl ma jieqaf qatt u għalhekk għażilt li nitkellem ftit miegħu dwar l-istil ta' ħajja li sab fi Brussell, meta mqabbel ma' Malta. "Brussell jinsab fiċ-ċentru tal-Ewropa. Hu 'link' li jgħaqqdek mal-Ewropa kollha, bejn ajruplani, tren u karozzi tista' tmur fi ftit sigħat madwar l-Ewropa kollha. Jien inħobb l-antikitajiet u hemm post li jsejhulu 'Sablon' li fih hemm diversi ħwienet ħdejn xulxin, kollha ta' regettiera. Issib diversi pitturi Spanjoli, John Busuttil minn Brussell illum@mediatoday.com.mt "Is-sigriet tas-suċċess fil- Presidenza hi għax aħna l-Maltin nies ħabrieka u ma rridux li naqgħu għaċ-ċajt" Maltin fi Brussell: Karl Engerer

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 April 2017