Illum previous editions

illum 2 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/806574

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

illum | Il-Ħadd 02 ta' April 2017 Opinjoni 16 I l-Prim Ministru Joseph Muscat se jibqa' mniżżel fl- istorja bħala l-persuna li rnexxielu jwettaq miraklu ekonomiku b'saħħtu f 'pajjiżna. Minn sitwazzjoni fejn il- pajjiż sena wara l-oħra kien jonfoq iktar milli jdaħħal u kien jakkumula iktar u iktar dejn, Joseph Muscat irnexxielu jbiddel dan kollu tant li rnexxielu jagħlaq is- sena 2016 b'bilanċ pożittiv. Dan għadu mhuwiex kollox. Waqt li l-Prim Ministru ta' qablu kien iżid it-taxxi u l-miżuri awsteri, Joseph Muscat naqqas it-taxxi u żied il-benefiċċji għal kulħadd. Fejn tidħol it-tmexxija ekonomika, Joseph Muscat wettaq miraklu ekonomiku b'saħħtu. Il-kobor tal-miraklu ekonomiku joħroġ biċ-ċar meta wieħed jara kif sejrin ekonomiji oħrajn fl-Ewropa. Pajjiżna, f 'dan is-settur huwa verament l-aqwa fl-Ewropa bl-inqas rata ta' qgħad, bl-ikbar rata ta' xogħol u rata ta' tkabbir ekonomiku impressjonanti. U din it- togħma pożittiva se tkompli għaddejja biex pajjiżna jkompli jikber u jkompli jsir suċċess. Tkabbir ekonomiku li jinħass It-tkabbir ekonomiku li għaddej mhuwiex tkabbir ekonomiku ta' fuq il-karti biss. Anzi, it-tkabbir ekonomiku huwa wieħed li jinħass b'mod b'saħħtu ħafna mill-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin. Qed ngħid li jinħass għal żewġ raġunijiet. Kemm għaliex kull fejn tmur, l-attività ekonomika qed tilħaq livelli li konna ilna ma naraw bħalhom: jekk iddur id-dipartimenti tal-Gvern, kollha jgħidulek li għaddejjin bla nifs biex ilaħħqu mad- domanda bla preċedent, frott it-tkabbir ekonomiku. Kif ukoll għaliex aħna li nduru d-djar tan-nies nisimgħu 'first hand' bl-istejjer u l-esperjenzi tal-familji. Tmur fejn tmur, hi x'inhi l-fehma politika, kulħadd jgħidlek li bħalissa għaddejjin minn perjodu ekonomiku sabiħ ħafna. Tkabbir ekonomiku li jkun sostnut Il-Prim Ministru Joseph Muscat b'mod ripetut sostna li dan it-tkabbir ekonomiku mhuwiex ħaġa ta' darba, iżda xi ħaġa li se tkompli għaddejja fix-xhur u s-snin li ġejjin. Anzi, huwa qal li dan mhu xejn ħdejn il-ġid kbir li għad irid jinħoloq fis-snin li ġejjin. Dan kollu jimliena b'tama tremenda għall-futur- tama li pajjiżna jkompli javvanza b'rata li qatt qabel ma rajna bħalu. Ekonomija li tilħaq lil kulħadd Kruċjali f 'dan kollu li l-Gvern ikompli għaddej bl-isforzi tiegħu biex iqassam il-ġid li inħoloq b'mod ġust u tajjeb. Ladarba l-Gvern Muscat ħoloq il-ġid, issa huwa kruċjali li dan l-istess ġid ikompli jinqasam biex jilħaq lil kulħadd. Żgur li fejn jidħlu l-baġits, dawn kienu baġits b'saħħithom ħafna fejn il-poplu kiseb iktar u iktar benefiċċji u titjib. Sa mill- ewwel baġit li kien mfassal minn Gvern Laburista ġdid (li kien it-tieni baġit peress li l-aħħar budget tal-Gvern Gonzi ma kienx għadda) rajna miżuri wara miżuri pożittivi ferm li għamlu d-differenza fil-ħajja tal-familji u negozji Maltin u Għawdxin. Dan il-ġid kollu ma wasalx waħdu jew waqa' mis-sema iżda huwa frott deċiżjonijiet importanti u b'saħħithom. Kritika pwerili Lanqas naf minn fejn nibda biex nesprimi s-sens qawwi ta' diżappunt fil-Kap tal- Oppożizzjoni Simon Busuttil wara r-reazzjoni tiegħu għall- aħbar li pajjiżna għall-ewwel darba f '36 sena irreġistra surplus u mhux deficit. Dan meta suppost is-sena ta' surprlus inkisbet fi żmien meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-Gvern u hu kien il- mibgħut speċjali u mbagħad viċi Kap. Sieħbi Edward Scicluna diġà spjega b'mod tekniku u preċiż għala l-Kap tal-Oppożizzjoni kien żbaljat mill-bidu sa l-aħħar fil-kritika tiegħu. Biss mil-lat politiku wkoll Simon Busuttil żbalja u wera s-sens qawwi ta' negattiviżmu u bitterness għal kull ħaġa tajba li ssir u li biha l-pajjiż kollu jmur 'il quddiem. Huma f 'dawn il-mumenti li wieħed juri minn xiex inti magħmul. F'dan il-mument, Simon Busuttil wera li hu magħmul minn negattiviżmu l-iktar estrem u patetiku. Jum il-Ħelsien Dan, u l-aħbar li kompla jiżdied l-investiment u l-ħolqien tax-xogħol f 'pajjiżna, kien l-isbaħ aħbar li seta' jagħti l-Prim Ministru Joseph Muscat fl-okkażjoni ta' Jum il-Ħelsien. F'okkażjoni bħal dik li attendejna fil-Birgu biex infakkru l-ġurnata tal-31 ta' Marzu 1979, hu sabiħ ferm li tħoss ċertu sens ta' qrubija storika bejn iż-żewġ ġganti taċ-ċentru xellug – Dom Mintoff u Joseph Muscat – il-passat u l-futur - li t-tnejn għamlu l-ħelsien il-qofol tal-ħidma tagħhom. Dom Mintoff, il-ħelsien ta' nazzjon mit-tmexxija ta' forzi barranin. Joseph Muscat, il- ħelsien ta' nazzjon minn dak li fl-aħħar ġenerazzjonijiet kien żammna lura milli nirrealizzaw il-potenzjal ta' pajjiżna. Dan waqt li nkomplu niggvernaw bħala moviment li jġib flimkien lil dawk kollha f 'pajjiżna li bħalna jemmnu li pajjiżna jista' jkompli jikseb iktar suċċessi. Ċertifikati b'saħħithom dwar liġijiet importanti L-ekonomija hija kruċjali u importanti ferm però l-pajjiż ma jimxix 'il quddiem fuq l-ekonomija biss. U anke hawn, din il-ġimgħa kellna ċertifikati importanti mill- organizzazzjoni Ewropea ta' kontra l-korruzzjoni (il-GRECO) li faħħret tliet riformi li diġà wettaq il- Gvern favur iktar trasparenza u serjetà. Użat aġġettivi bħal "formidabbli" u "groundbreaking" meta ġiet biex tiddeskrivi x-xogħol li ħdimna fl-oqsma tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti, ir-riforma Kostituzzjonali li għamilna dwar il-ħatra u dixxiplina tal-Ġudikanti u t-tisħiħ fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li fih, kliem il- GRECO, jkompli jagħmel din l-istituzzjoni waħda li tirbaħ il-fiduċja tal-pubbliku bis- serjetà u l-awtonomija tagħha. Infakkar li ftit ilu, il- Kummissjoni Ewropea wkoll faħħret ir-riformi kbar li qed nagħmlu fil-qasam tal- Ġustizzja. Ħaddieħor, meta konna qed nagħmlu dawn il-bidliet tant importanti u b'saħħithom, prova jżeblaħna. Illum qed naraw l-aqwa istituzzjonijiet fl-Ewropa jfaħħru l-bidliet li għamilna u wettaqna. Inħalli lill-poplu jagħżel hu lil min jemmen: jekk hux l-istituzzjonijiet ewlenin Ewropej jew inkella lil min hu negattiv u jaħdem kontra l-bidla f 'pajjiżna. OWEN BONNICI "Waqt li l-Prim Ministru ta' qablu kien iżid it-taxxi u l-miżuri awsteri, Joseph Muscat naqqas it-taxxi u żied il-benefiċċji għal kulħadd" "Tmur fejn tmur, hi x'inhi l-fehma politika, kulħadd jgħidlek li bħalissa għaddejjin minn perjodu ekonomiku sabiħ ħafna" Suċċess ekonomiku b'saħħtu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 April 2017