Illum previous editions

illum 2 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/806574

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum | Il-Ħadd 02 ta' April 2017 24 Rakkont B ħala persuna li kont iffissata fuq il- futbol u anke kont nipprattikah b'mod professjonali, ma stajtx naċċetta l-fatt li sa minn żmien tant kmieni f 'żogħżiti, kelli nieqaf nipprattikah wara li kont weġġajt waqt logħba. Ħassejt id-dinja taqa' fuqi. Ma stajtx nifhem kif u għaliex, u jkolli nistqarr, li f 'dak iż-żmien irribellajt mhux ftit. Ma stajtx nifhem kif Alla l-ewwel jagħtik talent imbagħad jeħodulek hekk, kiesaħ u biered. Bdejt nara l-ħajja dalma quddiemi u l-pożittività li kelli, inbidlet f 'rabja. Għaddew is-snin biex din il-ġerħa bdiet tagħlaq u nibda naċċetta r-realtà kif inhi. Għamluli l-ewwel operazzjoni u ftit rajt riżultat. Għalhekk, f 'Awwissu li għadda, kelli nerġa' noqgħod għall-istess intervent mediku. Għal darb'oħra reġa' kien hemm xi komplikazzjonijiet li ħallewni b'sieqi instabbli, uġigħ kontinwu u nuqqas ta' flessibbiltà. Skont it-tobba u anke l-physios, mhux normali li wieħed ma jirkuprax wara operazzjoni bħal din! Tbikkimt mhux biss għax għal darb'oħra ma rajtx riżultat, imma għax din id-darba ġejt agħar milli kont qabel ma għamilt l-operazzjoni. Fejn kont qed nobsor li se nipprova nagħmel għall-aħjar u spiċċajt swieli agħar! Il-ġerħa li kienet bdiet tagħlaq snin ilu, reġgħet bdiet tinfetaħ. Patafjun ta' mistoqsijiet li la ħallew lil moħħi jsib is-serħan u wisq aktar lil qalbi. "Fejn int Mulej? Għaliex?", bdejt nistaqsi b'rabja. Bdejt nipprova nsib faraġ fil-vers li tgħallimt bl-amment żmien ilu: "Aħna nafu li Alla, ma' dawk li jħobbuh, ma' dawk li huma msejħin skond il- providenza tiegħu, f 'kollox jaħdem id f 'id għall-ġid tagħhom," (Rumani 8:28), imma emminni, kont nistaqsi lili nnifsi x'ġid jista' joħroġ minn dan kollu! B'dispjaċir ikolli nistqarr li kien hemm mumenti fejn ħadtha kontra Alla, ma ridx nisma' aktar u anke xtaqt li x-xemx tal-għada ma narahiex. Ħassejt li dak it-toqol t'uġigħ kontinwu li ma jħallikx tiffoka, ma stajtx niflaħ għalih. Ir-rutina ta' ħajti nqalbet ta' taħt fuq. Bdejt inħossni miexja lura... sakemm wasalt f 'dak il-punt li sibt lili nnifsi magħluqa f 'rokna u ma kellix għażla oħra ħlief li nieqaf. Hemmhekk bdejt nirrifletti... Affaċċjata bl-uġigħ u skumdità enormi, ġejt wiċċ imb'wiċċ mal-qilla tal-infern. Għedt bejni u bejn ruħi; "Jekk dan l-uġigħ, qed inħoss li ma nistax niflaħ għalih, kemm aktar u aktar hu kbir l-uġigħ kontinwu għall-eternità fl-infern? Min jista' jiflaħ għalih?" Inħsadt b'dan il-ħsieb u minnufih dort lejn Alla u tlabtu maħfra talli ħadtha kontrih mal-ewwel ċans li ġieni. Meta bdejt nirrealizza li kont qed niffokka wisq fuqi nnifsi biex infiq, bdejt niftakar f 'kemm-il darba tlabt lill-Mulej biex ibattalni aktar minni nnifsi u jimlini aktar bih. Bdejt nagħraf li forsi f 'dak il-mument, Alla beda jagħtini din l-opportunità biex b'mod reali f 'ħajti, nipprova ninsa lili nnifsi. F'dan iż-żmien ta' riflessjoni, il-Mulej beda jpoġġili fi triqti diversi persuni li għallmuni bla ma lissnu ebda kelma. Rajt persuna fil-'wheelchair', żewġ persuni għomja li wieħed minnhom minkejja d-diżabbiltà tiegħu qabad karriera eċċezzjonali fiż- żfin, u żewġ persuni oħra pparalizzati. Kellhom xi ħaġa unika bejniethom; it-tbissima. Tbissima li lili ġegħlitni nistaqsi kif dawn, minkejja kollox, jidhru japprezzaw u jagħmlu l-aħjar użu minn dak li għandhom, u jien, li ngħid li jien Kristjana u nemmen fl- awtur tal-ħajja, qed nobgħod il-ħajja! Tassew li d-dgħufija ta' dawn in-nies saħħitni. Nirringrazzja lil Alla li f 'dan iż-żmien għallimni nkun grata aktar għal dak li għandi. Ftit li xejn kont naħseb u nirringrazzja lil Alla li stajt nara, nisma', nitkellem, nuża jdejja, nimxi u l-bqija... imma issa, wara li esperjenzjajt in- nuqqas ta' dak li soltu nieħu 'for granted', qed nitgħallem ngħodd aktar barkieti. Tul dan iż-żmien diffiċli bdiet tiġi frekwentament quddiem għajnejja l-istorja li nsibu fil-Bibbja dwar Ġob. Bdejt nissimpatizza ferm aktar ma' dan il- bniedem li għadda minn tant tiġrib imma minkejja kollox baqa' jafda fil-Mulej. L-istorja tiegħu għenitni biex nagħraf aktar li wara kollox, Alla kapaċi jinqeda bis-sofferenzi tagħna biex mhux biss ninbnew aktar aħna imma ukoll biex inkunu nistgħu nifhmu u ninkoraġġixxu aktar lin-nies oħra li niltaqgħu magħhom u nservuhom tul ħajjitna. Jekk qabel ma stajtx nifhem għaliex Alla ppermetta li jiġri dan, issa napprezza aktar li t-toroq t'Alla mhux dejjem nifhmuhom. Tgħallimt dan mhux biss permezz tal- istorja ta' Ġob imma ukoll permezz ta' Kristu nnifsu. Alla ma ħelishiex lill-istess Ibnu, ippermetta li hu jbati ferm aktar milli kont qed inbati jien, imma fit-tmiem tah il-vittorja. Dan għamilli kuraġġ biex nixxierek aktar ma' Kristu fit-tbatijiet tiegħu u bil-wisq aktar fil-vittorja tiegħu! Tassew li l-paċi li jagħtina hu, id-dinja la tifhmu u wisq aktar tista' tagħtihulna! Din l-esperjenza qarsa li għaddejt minnha għallmitni nterraq b'ħarsti ffokata fuq id-destinazzjoni aktarx milli niffissa fuq il-vjaġġ. Wara kollox, din id-dinja mhix dari. Iva, l-uġigħ, għalkemm taffa, għadu hemm u l-vjaġġ f 'din il-ħajja jista' jkun skomdu, imma fl-aħħar mill- aħħar hija d-destinazzjoni li jimporta. Nitlob lill-Mulej biex ikompli jkabbarli l-fidi. Jekk Hu jogħġbu jfejjaqni kompletament niżżih ħajr minn qiegħ qalbi, u jekk le, nitolbu jsaħħaħni biex din ix-'xewka f 'ġismi' tgħinni nitbattal u numilja aktar lili nnifsi quddiemu. Jekk fiżikament se tkun diffiċli biex niġri f 'din id- dinja, nitlob lill-Mulej biex jagħtini saħħa biżżejjed biex nibqa' niġri t-tiġrija spiritwali sal-aħħar. Wara kollox, issa nirrealizza aktar minn qabel li xejn minn dak li għandi mhu tiegħi, apparti Ġesù. gospelhopecommunity@gmail.com Marilyn Bellizzi Għaliex it-tbatija, Mulej? Mollie Steimer (1897-1980) Alfred Consiglio M ollie Steimer twieldet fil-21 ta' Novembru 1897 fir-Russja. Il-familja tagħha emigrat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika meta hija kellha ħmistax-il sena. Hija bdiet taħdem fil- fabbriki tal-ħwejjeġ fi New York, u mill-ewwel involviet ruħha fl-attivitajiet trejdunjonisti. Hija kienet influwenzata mill-kitbiet ta' August Bebel (1840-1913), Mikhail Bakunin (1814- 1876) u Emma Goldman (1869-1940). Saret ħbieb ma' Goldman li ddeskiriviet lil Steimer bħala anarkista militanti u fanatika, kompletament devota lejn il- ġlieda armata imma b'"rieda tal-azzar" u "qalb tenera". Fl-1917, Steimer għenet biex tkun iffurmata għaqda msejjħa Der Shturm (It- Tempesta). Ħafna mill- membri kienu jgħixu f 'appartament f 'Harlem fejn kienu jiltaqgħu. Wara tilwim intern, huma bdew isejħu lilhom bħala Frayhayt (Ħelsien). Permezz ta' stamperija antika, huma ppubblikaw ġurnal bl- istess isem. Il-ġurnal kien jitqassam bil-moħbi minħabba li kien kontra l-gwerra. Il-ġurnal kien jinxteħet fil-kaxxi tal-ittri wara li jidlam. Bejn Jannar 1918 u Mejju 1918, il- grupp ippubblika ħames ħarġiet b'artikli minn Maria Goldsmith (1873-1833) u Georg Brandes (1842-1927). Steimer u sħabha qiesu l-gwerra bħala distrazzjoni imperjalista mill-ġlieda tal- klassi tal-ħaddiema. Fit-23 ta' Awwissu 1918, Steimer sfat arrestata wara li xerrdet mazz fuljetti minn ġo fabbrika. Il-pulizija arrestaw ukoll lil Hyman Rosansky li ammetta li kien membru u kixef lil sħabu. Il-President Amerikan, Woodrow Wilson, kien ifferoċjat bl- oppożizzjoni minn naħa tax-xellug għall-gwerra. Steimer għenet tikteb u tistampa fuljetti li kkundannaw il-gwera. Il- grupp tagħha kien irrabjat bid-deċizzjoni Amerikana li jibgħat truppi biex jgħinu l-forzi kontra l-Armata l-Ħamra Bolxevista. Ħabib ta' Steimer, Jacob Schwartz kien imsawwat brutalment mill-pulizija u miet bil- ġrieħi li ġarrab fl-14 ta' Ottubru 1918. F'Ottubru 1918, Steimer u tlieta oħra, Jacob Abrams, Hyman Lachowsky u Samuel Lipman kienu akkużati b'vjolazzjoni tal-Att ta' Spjunaġġ, u weħlu għoxrin sena ħabs. Wara appell fl-1922, il- qorti ordnat li Steimer u sħabha jkunu ddeportati lejn Ellis Island, u fl-1 ta' Novembru 1922, Steimer ġiet iddeportata lejn ir- Russja fuq il-vapur Estonia. Fir-Russja Steimer iltaqgħet ma' Senya Fleshin (1894-1981) u bdew jgħixu flimkien. Huma ffurmaw is-Society to Help Anarchist Prisoners (Soċjetà biex tgħin Priġunieri Anarkisti); it-tnejn sfaw arrestati u akkużati li kienu qed "jgħinu elementi kriminali." Steimer u Fleshin ġew iddeportati lejn il-Ġermanja, imma meta Hitler ħa l-poter, huma ħarbu lejn Franza. Iddiżappuntati bil-mod kif żvolġiet ir-rivoluzzjoni fir-Russja, il-koppja kompliet tikteb fuq kawżi anarkisti, l-ewwel fil- Ġermanja u wara fi Franza. Wara li Hitler ħataf il-poter fil-Ġermanja, u l-koppja ħarbet lejn Pariġi, huma kienu kontinwament taħt is- sorveljanza tal-pulizija. Fit- 18 ta' Mejju 1940, Steimer ġiet arrestata u mitfugħa f 'kamp ta' internament fejn damet seba' ġimgħat. Hija ħarbet bl-għajnuna ta' May Picqueray (1898-1983) u marret tiltaqa' ma' Fleshin, u l-koppja marret tgħix fi Cuernavaca, il-Messiku. Fil-Messiku, Steimer u Fleshin fetħu ħanut tal- fotografija. Fl-1976 Steimer ħadet sehem f 'dokumentarju fuq Emma Goldman maħdum minn stazzjon tat- televizzjoni Olandiż. Steimer mietet b'attakk tal- qalb fi Cuernavaca fit-23 ta' Lulju 1980. Referenzi: • George Woodcock: Anarchism: A History of Libertarian Ideas and Movements, Broadview Press, 2004.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 April 2017