Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/806574
illum Il-Ħadd 02 ta' April 2017 Sports 30 Stennija kbira għat-23 edizzjoni tat-Tour Internazzjonali ta' Malta minn Cristian Antony Muscat IT23 edizzjoni tat-Tour Internazzjonali ta' Malta se jsir bejn nhar il-Ħamis 6 ta' April u l-Ħadd 9 ta' April li ġej, fejn huwa mistenni numru rekord ta' parteċipanti barranin. Dan tħabbar waqt konferenza stampa li saret fil-jiem li għaddew fiċ-Ċentru fejn jiġi pprattikat l-isport tal-BMX f 'Pembroke u li ġiet indirizzata mill-president tal-Federazzjoni Maltija taċ- Ċikliżmu John Zammit kif ukoll mis-Segretarju Ġenerali tal-istess Federazzjoni, Joe Bajada. Matul is-snin, dan it-Tour serva ta' opportunità tajba biex iċ-ċiklisti lokali jkunu jistgħu jikkompetu ma' oħrajn barranin f 'pajjiżna stess. B'hekk huma mhux biss jiggwadanjaw minn din l-esperjenza, iżda wkoll ikomplu jtejbu l-livell tagħhom. Seba' klabbs lokali, flimkien ma' 16 oħra barranin se jkollhom iċ-ċiklisti tagħhom jikkompetu fl-edizzjoni ta' din is-sena. Il-maġġoranza tal-klabbs barranin se jkunu ġejjin mill-Ingilterra u mill-Italja u ma' dawn se jkunu qed jieħdu sehem ukoll fuq bażi individwali, ċiklisti barranin ġejjin minn diversi pajjiżi oħra. Din is-sena, it-Tour ta' Malta se jkun qed jikber fl-importanza tiegħu b'mod partikolari għat- timijiet nazzjonali Maltin - dawk femminili u maskili li f 'Mejju li ġej qed jittamaw li jintagħażlu mill-Kumitat Olimpiku Malti biex jieħdu sehem fil-Logħob tal- Pajjiżi ż-Żgħar li se jkunu qed jiġu organizzati bejn Mejju u Ġunju li ġej f 'San Marino. Għall-istess għan, grupp ta' xejn inqas minn 18-il ċiklista, maskili u femminili għadhom kif irritornaw mill- Grand Fondo f 'Paphos f 'Ċipru fejn rebħu tliet kategoriji, filwaqt li xi timijiet maskili u femminili spiċċaw rebbieħa overall fil- klassifika tat-timijiet. B'hekk iċ- ċiklisti Maltin jinsabu ppreparati tajjeb kemm għal dan it-Tour Internazzjonali ta' Malta kif ukoll għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. It-Tour Internazzjonali ta' Malta se jkun qed isir fuq erbat ijem, mifruxa hekk. L-ewwel tappa se tkun qed tikkonsisti f 'Individual Time Trial fuq iċ-ċirkwit ta' Triq il-Kosta, fis-Salina fuq distanza ta' 12-il kilometru. It-tieni tappa fuq distanza ta' 83.3 kilometru se tkun fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar, mentri t-tielet tappa fuq distanza ta' 60 kilometru se ssir fuq iċ- ċirkwit tan-Nadur f 'Għawdex. Ir- raba' u l-aħħar tappa li mistennija tkun waħda deċisiva se tkun tiġrija ta' 88 kilometru fuq iċ- ċirkwit ta' San Martin. Se jkun hemm tliet kategoriji ta' ċiklisti jieħdu sehem. Dawn huma tal-Elite, tan-Nisa u tal- Masters ta' 'l fuq minn 40 sena. Se jipparteċipaw ċiklisti li kienu rebħu dan it-Tour, fosthom Salvatore Coco, li rebaħ fl-2013 u Will Brown li se jiddefendi s-suċċess tiegħu tas-sena l-oħra. Fil-kategorija femminili, anke r-rebbieħa tal-aħħar edizzjoni, Marie Claire Aquilina, se tkun qed tiddefendi t-titlu tagħha. Il-Kwartieri Ġenerali tat- Tour se jkunu fil-Lukanda Soreda fil-Qawra fejn se jkunu qed joqogħdu bosta timijiet barranin, filwaqt li minħabba n-numru kbir ta' ċiklisti barranin, se tkun qed tintuża wkoll lukanda ferm viċin li hija l-Lukanda Palazzin. Il-Kumitat Organizzativ tat- Tour xtaq jirringrazzja lil diversi sponsors fosthom lill-Ministeru għat-Turiżmu, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, lis-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Chris Agius, il-Ministeru għat-Trasport u l-lnfrastruttura, il-Ministeru għal Għawdex, SportMalta, il-Gozo Sports Board, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, il-Kunsilli Lokali ta' San Pawl il-Baħar u l-Imġarr u n-Nadur f 'Għawdex, kif ukoll lill-Korp tal-Pulizija, il-Gwardjani Lokali, Transport Malta, ARRTS Timing System, kif ukoll lil- Lukandi Soreda u Palazzin. Intant, l-organizzaturi tat-Tour ta' Malta appellaw għall-koperazzjoni sħiħa min-naħa tal-pubbliku f 'dak li għandu x'jaqsam ma' għeluq tat-toroq biex b'hekk dawn l-avvenimenti jkunu jistgħu jsiru fl-aħjar sigurtà possibbli għaċ- ċiklisti. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, huma xtaqu jassiguraw kull suċċess liċ-ċiklisti Maltin li se jieħdu sehem f 'dan it-Tour ta' Malta. John Zammit u Joe Bajada fost oħrajn jindirizzaw lil dawk preżenti 'Ir-riżultati tiegħi dejjem kienu nodfa minn kull sustanza' Meta Steve Camilleri għamel ir-ritorn -Atletika minn Cristian Antony Muscat WARA nuqqas ta' iktar minn sentejn u nofs minn kompetizzjonijiet fl-atletika, l-eks atleta internazzionali Malti Steve Camilleri reġa' lura fl-azzjoni lbieraħ l-1 t'April, meta ħa sehem f 'kompetizjoni li saret fil-Matthew Micallef St John Athletics Track fil-Marsa Sports Grounds. Camilleri affaċċja sospensjoni ta' erba' snin li niżlet għal sentejn wara li l bord tal-appelli tan- National Anti-Doping Panel iddikjara li l-atleta b'ebda mod ma pprova jqarraq bis-sistema tal-Anti-Doping però kien nuqqas ta' ftehim bejn l-uffiċjali tal-anti-doping u l-atleta li wassal biex it-test ma jsirx. Mistoqsi fuq il-każ u kif qatta' dawn is-sentejn, Camilleri tenna: "Kien każ stramb, kont sorpriż kif weħilt sospensjoni għaliex meta f 'każijiet li l-anti-doping ma jimxux mal-proċedura ta' kif isir test, il-każ jaqa'. Każijiet oħra anki f 'Malta waqgħu, però mhux tiegħi. Għal sentejn ma kellix aċċess għall-faċilitajiet għat-taħriġ tiegħi però ma qtajt qalbi qatt. Ilni nittrenja l-atletika minn meta kelli ħames snin, kelli ħafna intoppi matul iż-żmien però l-fatt li ma qtajtx qalbi qabel, ma kontx ħa naqta' qalbi issa." Rebbieħ ta' żewġ Kampjonati Nazzjonali lura fl-2013 u fl-2014 fil-100m, saqsejt lil Camilleri x'qed jistenna wara dan ir-ritorn fl-atletika li għamel ilberaħ stess. Huwa wieġeb: "M'għandi l-ebda stennija. Ħa nerġa' nibda mill-bidu u li ma qtajtx qalbi diġà huwa pass importanti li jibgħat messaġġ. Irrid nuri lil min kien jemmen fija li r-riżultati tiegħi dejjem kienu nodfa minn kull sustanza, magħmula b'ħafna sagrifiċċju u dedikazjoni. Nibża' li s-sospensjoni tiegħi bagħtet messaġġ negattiv lill- atleti żgħar li jaspiraw li 'l quddiem jirbħu l-unuri f 'Malta u barra minn xtutna. F'dawn l-aħħar erba' xhur, kelli erba' testijiet waqt li kont fl-uffiċċju x-xogħol - nazzarda ngħid iżjed minn ċerti atleti professjonali. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, Camilleri qalilna: "Nixtieq nirringrazzja lil kull min baqa' miegħi tul mumenti diffiċli. L-atletika hija sport individwali, però ma kontx waħdi li qed inbati. Il-familja, il- kollegi, il-grupp li nitħarreġ miegħu u l-ħbieb kollha batew miegħi b'xi mod jew ieħor. Finalment, nirringrazzja lill-isponsors preżenti li emmnu fija anki fi żmien ħażin fosthom Crowne Sports Law, International Sports Lawyers, Ultimate Physique tal- Imqabba, M7Alpha, Nutrifit factory u USN Malta," temm jgħid Steve Camilleri. L-ateta ewlieni Malti, Steve Camlleri