Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/806574
KAMP Emerġenza Ambjent qed jinsisti li bil-pjanijiet għas-sit ta' Manoel Island, bil-'kummerċjalizazzjoni sħiħa', Manoel Island hija mhedda. Ilbieraħ, waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-grupp, akkumpanjati mis-sindku tal-Gżira Conrad Borg Manchè fuq is-sit tal-forti Manoel Island, qalu kif itennu l-pożizzjoni li Manoel Island għandu jsir park nazzjonali sabiex jitgawda minn kulħadd. KEA komplew jeżiġu biex ikun hemm skrutinju tal- imġiba tal-MIDI fir-rigward tal-kuntratt li iffirmaw sabiex jiġu identifikati l-obbligi li ma onorawx u sabiex ikun mifhum għaliex l-Amministrazzjoni Pubblika ma talbitx li l-MIDI jżommu mal-obbligi stabbiliti u jingħataw multi fil-każ ta' ksur tal-kuntratt. "Il-Gvern għandu s-saħħa li jwaqqaf dan l-iżvilupp, speċjalment jekk jiġi stabbilit li l-MIDI qegħdin jiksru l-kuntratt li iffirmaw. Fix-xhur li ġejjin aħna se nkunu qed nintensifikaw is-sejħa tagħna sabiex ikun hemm skrutinju tal-kuntratt mill-awtoritajiet responsabbli." Dan jiġi fid-dawl tal-master plan ippreżentat mill-MIDI ftit tal-ġranet ilu għal Manoel Island, li jinkludi fih proposti għal żewġ hotels lussużi ftit metri bogħod minn xulxin ġewwa żewġ siti storiċi – l-isptar tal- Lazzarett u l-Forti Manoel. KEA sostnew li l-idea li jkun hemm hotel ġewwa l-Forti Manoel, sit ta' valur enormi, hija inkwetanti ferm għaliex dan huwa wirt storiku u kulturali ta' kulħadd. "Huwa kompletament inaċċettabli li l-Forti Manoel jiġi mibdul fil-Forti MIDI għall-użu ta' ftit sinjuruni. Fil-pjan hemm ukoll il-bini ta' vilel, każinò, helipad u ħafna ħwienet, kif ukoll l-okkupazzjoni tal-aħjar parti tal-kosta b'puntun għal taxis tal-ilma. Fil-prattika, dan kollu se jfisser li Manoel Island mhux se jkun jista' jibqa' jiġi użat għal attivitajiet soċjali u ta' rikreazzjoni. Huwa wkoll evidenti li din iż- żona diġà hija mimlija hotels u ċentri tax-xiri. L-iżvilupp li n-nies għandhom bżonn hawnhekk żgur mhuwiex dak li joħloq iktar hotels u ħwienet," sostnew waqt il- konferenza tal-aħbarijiet. F'Settembru li għadda, numru ta' individwi u għaqdiet involuti fil-Kamp Emerġenza Ambjent flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Gżira u s-Sindku Conrad Borġ Manché kienu ħadu diversi azzjonijiet sabiex jinfetaħ l-aċċess għall-pubbliku f 'Manoel Island. Għalkemm l-aċċess infetaħ biss parzjalment, in-nies f 'dawn l-aħħar xhur reġgħu skoprew is-sbuħija u l-importanza ta' Manoel Island bħala l-unika spazju naturali u miftuħ f 'żona mimlija konġestjoni. Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 02 ta' April 2017 Notifika t'applikazzjonijiet għall-Miżura 6.1 tal-Programm tal-Iżvilupp Rurali 2014-2020: Għajnuna għall-bdiewa Żgħażagħ Id-Direttur Ġenerali fid-Diviżjoni tal-Fondi u Programmi, fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall- Fondi tal-Presidenza tal-UE 2017 u dawk Ewropej, jgħarraf illi l-applikazzjonijiet għall-Miżura 6.1 'Għajnuna tal-Bidu (start up aid) għall-bdiewa Żgħażagħ' taħt il-Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2014-2020 ser jiġu milqugħa mit-Tlieta 4 t'April 2017. Il-Miżura 6.1 tappoġġja bdiewa żgħażagħ li beħsiebhom jinvolvu ruħhom f'attività agrikola bħala s- sidien prinċipali tar-razzett jew art għall-ewwel darba. Bdiewa żgħażagħ jaffaċċjaw firxa wiesgħa ta' ostakoli biex jidħlu fis-settur agrikolu; il-frammentazzjoni tal-art, id-diffikultajiet fil-ksib ta' self għall-investimenti fin-negozju, problemi ta' aċċessibilta' għal art, il-problemi fl-aċċess għas-swieq u r-reżistenza minn bdiewa stabbiliti huma wħud mill-problemi li l-bdiewa żgħażagħ ġodda jaffaċċjaw. Il-Formola tal-applikazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti jkunu disponibbli fuq is-sit tal-Awtorità ta' Ġestjoni: www.eufunds.gov.mt L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi fil-Front Office fi ħdan il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima (MSDEC) fis-suq tal-Pitkali,Ta 'Qali (limiti ta' H'Attard) kull nhar ta' Tnejn u Ħamis bejn is-7:30-15:00 jew fil-Front Office tar-Razzett Sperimentali tal-Gvern fix-Xewkija, Għawdex nhar ta' Tlieta bejn is-7:30-13:00. Il-bdiewa huma mfakkra biex jieħdu magħhom dokument ta' identifikazzjoni uffiċjali meta jmorru japplikaw. Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2014-2020 Proġett parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Rata ta' Ko-finanzjament: 75% Unjoni Ewropea; 25% Gvern ta' Malta Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali: L-Ewropa tinvesti f'żoni rurali Ix-xogħol infrastrutturali F'Ta Qali mistenni jibda dalwaqt FIŻŻMIEN li ġej mistenni jibda x-xogħol infrastrutturali fuq il-proġett tal-villaġġ tal-Artiġġjanat f 'Ta Qali, proġett li ilu fuq l-ixkaffa għal kważi 20 sena sħaħ, hekk kif mistenni joħroġ l-ewwel stadju ta' tender għax-xogħlijiet ta' infrastruttura neċessarja għal dan il-proġett, wara l-approvazzjoni mill- Awtorità tal-Ippjanar. Dan wara li, aktar kmieni fi Frar ġew konklużi numru ta' proċessi oħrajn rigward il- proġett f 'Ta Qali. Filwaqt li beda x-xogħol fuq id-distribuzzjoni, ġie approvat ir-rapport ta' evalwazzjoni tal-kuntratt għas-servizzi ta' konsulenza fid-disinn u superviżjoni. Dan apparti li nfetaħ u ngħalaq il-proċess li permezz tiegħu se jkunu qed isiru xogħlijiet tad-drenaġġ fil-post. Il-Fondi Ewropej ġew approvati u f 'Ġunju tas-sena l-oħra l-Gvern ħabbar il- bidu ta' dan l-istess proġett, imqassam fuq 63,000 metru kwadru ta' art u li mistenni jagħmel użu minn €14-il miljun f 'fondi Ewropej. 'Huwa inaċċettabbli li l-Forti Manoel jiġi mibdul f 'Forti MIDI għall-użu ta' ftit sinjuruni' Kamp Emerġenza Ambjent jeżiġi skrutinju dwar il-kuntratt tal-MIDI għal Manoel Island