Illum previous editions

illum 2 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/806574

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 02 ta' April 2017 | illum Sports 33 minn Cristian Antony Muscat FI tmiem il-ġimgħa li għaddiet Gianluca Dingli ħa sehem fit-tellieqa tal-Kampjonat ROK Area Nord fit- trakka internazzjonali South Garda Karting fejn ħadu sehem madwar 200 xufier minn madwar id-dinja kollha peressli f 'din it-trakka kull sena ssir it- tellieqa internazzjonali tal-kategorija ROK. Fil-kategorija ta' Gianluca - Super ROK ħadu sehem l- aqwa xufiera tad-dinja. Huwa kellu kompetizzjoni qawwija fejn il-ħinijiet tax-xufiera kienu kollha qrib ta' xulxin. Fil-finali huwa rnexxielu jispiċċa fis- seba' post wara tellieqa movimentata ta' xufiera jaqbżu lil xulxin. Gianluca mistenni jerġa' jipparteċipa fl-Italja fil-ġimgħat li ġejjin. Huwa xtaq jirringrazzja lit-tim internazzjonali KGT Racing, Burmarrad Commercials u SportMalta li qed jagħmluhielu possibli li jipparteċipa fi tlielaq internazzjonali. Gianluca Dingli fl-azzjoni ġewwa South Garda Karting Keith Galea jirbaħ il-Mazara del Vallo Sprint Duathlon minn Cristian Antony Muscat IĊ-CHAMPION ta' Malta Keith Galea riċentament ipparteċipa fis-Satiro Sprint Duathlon li saret ġewwa Mazara del Vallo fir-reġjun ta' Trapani fi Sqallija. It-tellieqa kienet tikkonsisti f 'ħames kilometri ġirja madwar iċ-ċentru stroiku ta' Mazara, rota ta' 20km tul ix-xatt kollu ta' San Vito u terġa' tispiċċa b' ġirja ta' 2.5km. It-temp kien wieħed ideali għall-atleti minbarra r-riħ qawwi li għamel ir- rota iktar diffiċli għall-atleti. Galea mar mal-ewwel fuq quddiem bil-pass b'saħħtu tas-soltu biex jipprova jagħmel id-differenza. Kien Mario Giordano biss ta' Multisport Catania li rnexxielu jibqa' ma' Galea. It-tnejn li huma daħlu flimkien fl-ewwel transizzjoni u bdew jaħdmu flimkien mal-ewwel fuq ir-rota peress li fetħu vantaġġ tajjeb fuq il-kumplament tal- atleti. Peress li kien riħ qawwi ħafna, fuq ir-rota, Galea ddeċieda li jserraħ saqajh u jkompli jaħdem ma' Giordano biex iħalli kollox għall-aħħar ġirja. Wara tranżizzjoni tajba, Galea mar mill-ewwel fuq quddiem b'Giordano eżatt warajh imma Galea nduna li beda jbati u allura baqa' jżomm l-istess pass sal-aħħar biex fl-aħħar 100m Galea fetaħ l-isprint finali tiegħu u rnexxielu jegħleb l-isfida ta' Giordano biex rebaħ it-tellieqa f 'ħin ta' 59.08 minuti. Ikkuntattjat minn din il-gazzetta, Galea qal li jinsab sodisfatt b'din ir- rebħa. Sfortunatament, huwa kien ma jiflaħx ħafna ftit jiem qabel it-tellieqa u allura ma setax ikun fl-aqwa tiegħu imma fil-fehma tiegħu biex tirbaħ tellieqa u lanqas biss tkun f '60% tal-forma solita tiegħek, ifisser li tkun tinsab fi stat tajjeb u wara li tirkupra, tkun aħjar minn din it-tellieqa. Keith Galea xtaq jirringrazzja lil SportMalta għall-Flexi-Training Scheme u talli ffinanzjaw din it- tellieqa. Huwa xtaq ukoll jirringrazzja lill-kowċ tiegħu Ivan Rozhnov, lil ħuh Dermot Galea, lill-ġenituri tiegħu u lill-ġenituri tal-mara, lin-nutrizzjonista Johanna Galea, lill-masseur tiegħu Owen Attard, lill-isponsor tiegħu www. garminmalta.com, BBB Cycling Malta, Jaycee Malta, Scott Bikes, Saracino's Cafè, Starbene 24/7, Team Barry Malta International Challenge Marathon, Lucida Laundry MVG PR&Marking, lill-klabb tiegħu Birkirkara St Joseph, lill-Malta Triathlon Federation u lill- Kumitat Olimpiku Malti tas-sapport kontinwu li huma jtuh. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, huwa xtaq jirringrazzja lill-mara tiegħu Elizabeth u lit-tifla Elise tas- sapport u l-paċenzja tagħhom. Iċ-champion ta' Malta Keith Galea riċentament ipparteċipa fis-Satiro Sprint Duathlon li saret ġewwa Mazara del Vallo fir-reġjun ta' Trapani fi Sqallija. It-tellieqa kienet tikkonsisti f 'ħames kilometri ġirja madwar iċ- ċentru stroiku ta' Mazara, rota ta' 20km tul ix-xatt kollu ta' San Vito u terġa' tispiċċa b' ġirja ta' 2.5km. It-temp kien wieħed ideali għall-atleti minbarra r-riħ qawwi li għamel ir-rota iktar diffiċli għall-atleti. Galea mar mal-ewwel fuq quddiem bil-pass b'saħħtu tas-soltu biex jipprova jagħmel id-differenza. Kien Mario Giordano biss ta' Multisport Catania li rnexxielu jibqa' ma' Galea. It-tnejn li huma daħlu flimkien fl-ewwel transizzjoni u bdew jaħdmu flimkien mal-ewwel fuq ir-rota peress li fetħu vantaġġ tajjeb fuq il-kumplament tal- atleti. Peress li kien riħ qawwi ħafna, fuq ir-rota, Galea ddeċieda li jserraħ saqajh u jkompli jaħdem ma' Giordano biex iħalli kollox għall-aħħar ġirja. Wara tranżizzjoni tajba, Galea mar mill-ewwel fuq quddiem b'Giordano eżatt warajh imma Galea nduna li beda jbati u allura baqa' jżomm l-istess pass sal-aħħar biex fl-aħħar 100m Galea fetaħ l-isprint finali tiegħu u rnexxielu jegħleb l-isfida ta' Giordano biex rebaħ it-tellieqa f 'ħin ta' 59.08 minuti. Ikkuntattjat minn din il-gazzetta, Galea qal li jinsab sodisfatt b'din ir- rebħa. Sfortunatament, huwa kien ma jiflaħx ħafna ftit jiem qabel it-tellieqa u allura ma setax ikun fl-aqwa tiegħu imma fil-fehma tiegħu biex tirbaħ tellieqa u lanqas biss tkun f '60% tal-forma solita tiegħek, ifisser li tkun tinsab fi stat tajjeb u wara li tirkupra, tkun aħjar minn din it-tellieqa. Keith Galea xtaq jirringrazzja lil SportMalta għall-Flexi-Training Scheme u talli ffinanzjaw din it- tellieqa. Huwa xtaq ukoll jirringrazzja lill-kowċ tiegħu Ivan Rozhnov, lil ħuh Dermot Galea, lill-ġenituri tiegħu u lill-ġenituri tal-mara, lin-nutrizzjonista Johanna Galea, lill-masseur tiegħu Owen Attard, lill-isponsor tiegħu www. garminmalta.com, BBB Cycling Malta, Jaycee Malta, Scott Bikes, Saracino's Cafè, Starbene 24/7, Team Barry Malta International Challenge Marathon, Lucida Laundry MVG PR&Marking, lill-klabb tiegħu Birkirkara St Joseph, lill-Malta Triathlon Federation u lill- Kumitat Olimpiku Malti tas-sapport kontinwu li huma jtuh. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, huwa xtaq jirringrazzja lill-mara tiegħu Elizabeth u lit-tifla Elise tas- sapport u l-paċenzja tagħhom. Gianluca Dingli jirritorna ġewwa South Garda Karting Keith Galea fl-azzjoni waqt il- Mazara del Vallo Sprint Duathlon

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 April 2017