Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/806574
illum | Il-Ħadd 02 ta' April 2017 Sports 34 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-isport? L-imħabba tiegħi lejn l-isport bdiet mill-iskola. Kelli xi għaxar jew ħdax-il sena. Kont immur San Alwiġi u konna attivi ħafna fl-isport. Niftakar l-isport master tagħna kellu bżonn jgħaqqad tim għal tellieqa. Aħna dak iż-żmien kien ikollna l-iskola s-Sibt u ġie l-isport master iħabbatli fil-klassi u qalli biex wara l-iskola ma mmurx id-dar imma mmur għal din it-tellieqa, li kienet it-Ta' Xbiex Relay. U kont mort tajjeb ħafna u qalli li mit-Tnejn ta' wara ridt nibda training. Sa dak iż-żmien futbol biss kont nilgħab. U minn hemm ma ħaristx lura. Kif komplejt tevolvi fl-atletika mbagħad bħala atleta? Kont long distance u middle distance runner, ngħidu aħna l-400m, it-800m u l-1,500m. L-aktar li kienet togħġobni kienet il-ġirja tat-800m. Kelli injury serja meta kelli 18-il sena u peress li domt ma ġejt f 'tiegħi spiċċajt waqaft. Bqajt niġri xorta wara imma ma bqajtx nikkompeti. Illum int kowċ tal-atletika... Minn mindu lħaqt direttur tal-isport ma bqajtx nikkowċja gruppi ta' studenti imma nikkowċja biss b'mod individwali. Żammejt biss lil Francesca Borg peress li kienet bdiet miegħi u hija waħda mill- atleti nazzjonali tal-Kumitat Olimpiku Malti (KOM). Kif tiddeskrivi l-irwol ta' direttur tal-isport tal-Kumitat Olimpiku Malti minn irwoli oħra? Fi ħdan il-KOM hemm irwolijiet differenti. Il-president għandu l-irwol tiegħu u l-kumplament tal-irwoli l-oħra jaqgħu taħtu. Imbagħad hemm il-Viċi President, is-Segretarju, u l-Kaxxier li jagħmlu parti mill-amministrazzjoni. Hemm imbagħad tmien diretturi oħra għax b'kollox qegħdin 13. Kollha għandhom l-irwol tagħhom imma l-irwol tad-Direttur tal-Isports huwa importanti għax taħtu jaqgħu l-federazzjonijiet kollha, u jaqgħu wkoll l-atleti kollha taħt id-Direttur tal-Isports. Irid isegwi 47 federazzjoni. Jiġifieri int tmur issegwi dixxiplini differenti fiżikament? Iva, nagħmilha kemm nista'. Li jiġri huwa li tipprova ssegwi lil kulħadd imma mhux dejjem tkun possibbli. Jekk pereżempju dis-sena għandna l-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar li se jsiru f 'San Marino, jien bħala direttur nipprova nsegwi l-federazzjonijiet ta' dawk l-isports li se jieħdu sehem. Meta jkun hemm logħob oħrajn bħala pereżempju l-Logħob tal-Mediterran, nipprova nlaħħaq ma' aktar dixxiplini. Rigward il-logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar mistenni kontinġent kbir? Iva, mistenni jkollna kontinġent imdaqqas. L-għażla kif issir? L-għażla ssir flimkien bejn l-assoċjazzjonijiet u l-Kumitat. Aħna fil-bidu nagħmlu laqgħat mal- federazzjonijiet u nitkellmu. Ma neskludu lil ħadd qabel ma naraw dak l-isport partikolari. Inkunu qed insegwuhom regolari. Jagħtuni aġġornamenti kontinwi tal-progress li qed isir u jkollhom ċerti kwalifiċi minimi x'jilħqu. Trid tagħtihom ċerta gwida x'jilħqu biex ikunu kkunsidrati li jintgħażlu. Jekk ikollok sport bħall- atletika u l-għawm, huwa faċli li ssib il-mod kif l-atleta jkun jaf laħaqx l-istandard meħtieġ jew le. Dan għaliex f 'dawn l-isports hemm distanza jew ħin xi tkopri u allura jekk l-atleta jkun laħaq dak it-tragward mogħti minna, ikun ifisser li jkun tajjeb biex jiġi magħżul. Fi sport fejn m'għandekx distanza jew ħin x'tilħaq, ngħidu aħna team sports, dak imbagħad trid issegwi l-livell tal-atleti. Dan kollu jgħodd ukoll għall-Olimpjadi bħal mod kif jintgħażlu l-atleti? Iva, imma sa ċertu punt. L-Olimpjadi, peress li huma ħafna aktar diffiċli biex tikkwalifika, ġeneralment ikollok ċertu standard x'jintlaħaq. Per eżempju William Chetcuti huwa wieħed mill-ftit atleti li kkwalifika biex jieħu sehem u allura jieħu sehem bi dritt. Imbagħad ikollok ċerti sports li jkollok invitational place jew universality place. Meta ngħidu universality place qed nifhmu dak il-post li jingħata lill-atleta għax f 'dak l-isport l-IOC tisħaq li kull pajjiż ikun rappreżentat fl-Olimpjadi. Dan ikompli jżid mal-ispirtu tal-Olimpjadi. Għalhekk jissejjaħ post universali għax ikun post li jkun intitolat bih kull pajjiż. Fost dawn il-postijiet hemm l-isport tal-atletika u tal-għawm u ġeneralment ikollna żewġ postijiet, wieħed għal raġel u ieħor għal mara. Imbagħad jista' jkollok invitational place. Din l-istedina tkun għaliex l-atleta jkun mar tajjeb imma ma jkunx ikkwalifika bi żbrixx, bħalma kien ġralhom William Chetcuti, Kyle Micallef tal-weightlifting, u Eleanor Bezzina. Dawn ġew mistiedna u bagħtulna invit biex ikunu jistgħu jieħdu sehem. Jekk naraw ir-riżultati li kisbu l-atleti fl-Olimpjadi, taqbel miegħi li kienu diżappuntanti? Ma nistax ngħid li ma konniex diżappuntati, speċjalment b'William Chetcuti. L-aspettattivi tiegħek meta tara l-livell tal-atleti barranin ma jistax ikun għoli wisq. Trid iżżomm saqajk mal-art. Jiena eks kowċ u naf x'jiġifieri tegħreq l-għaraq tad-demm. Mhux kull atleta Malti jegħreq l-għaraq tad-demm imma hemm atleti serjissimi u jittrenjaw b'mod professjonali. Ma' William Chetcuti għamilna minn kollox biex ikun preparat bl-aħjar mod. Ir-riżultat sfortunatament ma jirriflettix dan, imma dak hu l-isport. Psikoloġikament kienu affetwati dawn l-atleti, speċjalment William Chetcuti u Kyle Micallef? William Chetcuti daqsxejn differenti minn Kyle Micallef. William għandu aktar esperjenza u ma kinux l-ewwel Olimpjadi tiegħu. Kien qed jipprepara tajjeb ħafna u lejliet spara fit-training u rnexxielu jagħmel rekord olimpiku. Però ma jgħoddx għax kien fit-taħriġ, u propju għalhekk id-disfatta kienet aktar kerha. Jiena personalment kont pożittiv ħafna għax kont ili nsegwih u anki mentalment kien qed jidher tajjeb. Fil- kompetizzjoni kienet plattina li kienet deċiżiva għax ma laqathiex u qisu minn hemm tilef il-konċentrazzjoni u warajha ma laqatx erba' oħra. Ħarist lejn Jimmy, il-kowċ tiegħu, u b'dik il-ħarsa fhimna 'l xulxin u rrealizzajna li tlifna kollox. F'dak il-livell ma tistax ma tolqotx erba' plattini jew ħamsa wara xulxin. Imma l-mistoqsija tibqa': Xi stajna għamilna aktar ma' William?" F'Kyle Micallef, id-diżappunt joħroġ fir-riżultat imma trid tqis ukoll numru ta' fatturi. Għal Kyle din kienet l-ewwel kompetizzjoni kbira f 'dak il-livell. Ma' Jesmond Caruana, il-kowċ tiegħu, qbilna li għandu jitla' hu. Fit-taħriġ kien sejjer tajjeb u anki fit-taħriġ ta' qabel l-Olimpjadi stess kien sejjer tajjeb. Però hemm differenza kbira bejn li toħroġ fuq l-istage waqt it-taħriġ u jkollok l-arena vojta u li toħroġ fuq l-istage waqt il- kompetizzjoni u jkollok l-arena mimlija. Id-differenza hija massiva. U Kyle dik li ġralu. U l-atleti tagħna huma ppreparati psikoloġikament għal affarijiet bħal dawn? Le, ma nħossx li l-atleti tagħna huma ppreparati biżżejjed psikoloġikament. Hemmhekk hemm xi jsir. Qed nippruvaw nagħmlu tentattivi biex ikollna struttura aħjar fejn tidħol għajnuna psikoloġika. Mhijiex kollox fl-isport imma tgħin ħafna. Nemmen ħafna li l-atleti għandhom bżonn ħafna exposure għall-kompetizzjonijiet. Mhux kompetizzjonijiet hawn Malta l-aktar imma dawk ta' barra u li fihom qed tikkompeti kontra atleti oħrajn fl-istess ħin (bħall-għawm u l-atletika). Per eżempju hawn Malta, mhux l-ewwel darba li xi atleta tal-għawm jew tal- atletika jispikka fuq l-atleti l-oħra billi jirbaħ it-tiġrija u jħalli lill-atleti l-oħra warajh. Hawn tkun qisek qed tikkompeti waħdek, imma meta tmur barra minn Malta, l-istorja mbagħad tkun totalment differenti għax qed tikkompeti ma' grupp ta' atleti tajbin daqsek jew aħjar minnek. Għalhekk nemmen li l-atleti tagħna, ta' kull sport, għandhom bżonn li jesponu ruħhom internazzjonalment ħalli jibdew jidraw din it-tip ta' realtà li ma tinsabx b'saħħitha hawn Malta. Però biex jagħmlu dan iridu l-għajnuna finanzjarja mill-KOM. Ikun hemm atleti li jgergru għaliex ikollhom joħorġu l-flus minn buthom. Kemm tagħti għajnuna l-KOM f 'dan ir- rigward? Huwa diffiċli li tagħti l-istess ammont ta' flus lil kulħadd. U hemm raġunijiet differenti għal dan. Il-finanzjarjament jiddependi mil-logħbiet li jkunu ġejjin u anki mis-sena. Jiddependi wkoll l-isport xi jkun, ngħidu aħna ġieli kompetizzjoni tiġi tiswa aktar minn kompetizzjoni oħra għaliex ikollha importanza akbar. Jekk nemmnu li atleta jista' jasal aktar minn atleta ieħor, l-atleta jingħata aktar. Anki l-kobor tal-federazzjoni tagħmel differenza. Jekk federazzjoni jkollha ħafna aktar atleti minn federazzjoni oħra, awtomatikament ifisser li federazzjoni minnhom se tingħata aktar flus. Ma jistax ikollok federazzjoni kbira li tieħu l-istess ammont ta' federazzjoni li tkun iżgħar. Kif inhi r-relazzjoni bejn il-KOM u l-IOC? Ir-relazzjoni hi eċċellenti. Tikkunsidra li 'l quddiem tkun president tal-KOM? Jiena ma neskludi xejn. Fil-futur jistgħu jiġru ħafna affarijiet, però fil- verità bilkemm għadni ddeċidejt x'se nagħmel issa, aħseb u ara fil-futur. Ma' Sport Malta kien hemm ftehim finanzjarju kbir. Tina iktar dettalji. Iva, ir-relazzjoni ma' Sport Malta u mas-Segretarjat tal-Isport huma wkoll eċċellenti. Anki l-pakkett finanzjarju li rċevejna ma kienx impost fuqna imma ġie diskuss. Ovvjament dejjem nixtieq 'Avvanzi saru fl-isport lokali, Cristian Antony Muscat "Fl-Olimpjadi, ħarist lejn Jimmy, il-kowċ ta' William Chetcuti, u b'dik il-ħarsa fhimna 'l xulxin u rrealizzajna li tlifna kollox" Mario Micallef - Direttur tal-isport ħdan il-Kumitat Olimpiku Malti u li tant jaħdem għall-akbar ġid tal-atleti f'pajjiżna