Illum previous editions

illum 2 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/806574

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 02 ta' April 2017 Tkompli minn paġna 5 Elezzjoni ġenerali: Għal Novembru Muscat qal li se ssir f 'Marzu tas-sena d-dieħla... imma d-diċeriji għadhom għaddejjin u qed jippuntaw għal din is-sena. Muscat x'jaqbillu? F'Ottubru/Novembru jew f 'Marzu 2018? FILĦAJJA ta' demokrazija, fl-essenzjal, tliet xhur mhuma xejn. Fid-dinja tal-politika iżda, fejn jinħtieġ il-vot popolari biex partit jiggverna, tliet xhur jistgħu jkunu biżżejjed biex jagħmlu differenza f 'riżultat elettorali u għalhekk differenza bejn għażla ta' Gvern jew inkella ta' ieħor. F'pajjiżna huma dawn it-tliet xhur differenza li fil-ġimgħat li ġejjin jista' jkun li se jħabblu ras in-nies, lilna fil-midja, liż-żewġ partiti u, mingħajr dubju, lill-Prim Ministru Joseph Muscat innifsu. Minkejja li Muscat semma għal bosta drabi s-sena 2018 bħala s-sena tal-elezzjoni li jmiss, possibbiltà ta' elezzjoni din is-sena ilha fuq il-karti għal sena issa. Din il-gazzetta nhar il-Ħadd 14 ta' Frar 2016 kienet irrapurtat li waħda mill-għażliet li Muscat kien qed jikkunsidra bis-serjetà hija elezzjoni fl-aħħar tal- 2017, wara l-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea. Bejn elezzjoni f 'Novembru jew elezzjoni f 'Marzu hemm perjodu ta' tliet xhur. Tliet xhur, se jagħmlu differenza lill-fortuni ta' Partit Laburista li jidher lest għat-tieni rebħa konsekuttiva tiegħu? Tliet xhur se jbiddlu rebħa, f 'telfa? Tliet xhur se jkunu biżżejjed biex il-PN u Simon Busuttil jirkupraw 'art' mitlufa li baqgħet mhux irkuprata wara erba' snin? Muscat irid elezzjoni f 'Novembru biex jassigura rebħa jew elezzjoni f 'Marzu biex forsi jkollu rebħa ikbar? Jew irid elezzjoni f 'Novembru għax iħoss li elezzjoni f 'Marzu jista' jitlifha? Il-gazzetta ILLUM qed tagħti ħarsa lejn x'jistgħu jkunu l-vantaġġi u l-iżvantaġġi politiċi ta' elezzjoni f 'Novembru jew inkella f 'Marzu. X'jistgħu jkunu dawk il-fatturi li Muscat qed jikkontempla qabel jiddeċiedi jmurx għal Marzu 2018, jew inkella jeħlisx kollox din is-sena u jgħajjat elezzjoni f 'Ottubru, ftit wara li jerġa' jiftaħ il- Parlament. agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham NOVEMBRU Elezzjoni qabel deċiżjoni fuq l-Airmalta Il-baġit fil-but jgħodd mhux fuq il-karta Tliet xhur inqas għall-PN biex jirkupra Ftit skossi għan-negozju Forka fuq il-Panama darba għal dejjem ILFATT li d-diskussjonijiet bejn l-Airmalta u l-Alitalia, forsi mingħajr wisq sorpriża fallew, ħalla lill-Gvern b'inqas għażliet. Kemm jekk il-Gvern jagħżel sieħeb ieħor jew jekk jagħżel li jsib investitur Malti, id-deċiżjoni xorta se tweġġa'. Huwa mistenni li numru ta' nies jitilfu l-impjieg jew inkella li numru ta' benefiċċji u perkaċċi li ilhom snin, jinqatgħu. Kwalunkwe deċiżjoni f 'linja tal-ajru batuta li minkejja t-titjib għadha qed issibha diffiċli tikkompeti, se tweġġa' l-prospetti elettorali tal-PL u se tirrokka d-dgħajsa, bil-possibbiltajiet ta' anke azzjonijiet industrijali qabel elezzjoni Muscat jista' jkun li jixtieq iħalli l-inevitabbli għal wara elezzjoni u jekk il-PL ikun ri-elett, jieħu ħsieb l-isfida 'Airmalta' ftit biss wara l-elezzjoni. MUSCAT jista' jiddeċiedi li jagħmel baġit kmieni f 'Ottubru. Imma dan ma jistax ikun iktar tard minn nhar it-Tnejn 2 ta' Ottubru, biex b'hekk ikun hemm madwar ġimagħtejn li fih ikun approvat l-istess baġit. Dan iħalli lil Muscat bil-ġimgħa bejn is-16 u l-21 ta' Ottubru li fih ikun jista' jiddissolvi l-Parlament u jibda proċess ta' ħames ġimgħat li twassal għal elezzjoni tard f 'Novembru, jew fil-25 tax-xahar. Imma dan jirrendi l-baġit xi ftit jew wisq irrelevanti. L-ewwel nett, għax ikun biss meqjus bħala eżerċizzju kożmetiku qabel l-elezzjoni u t-tieni nett għax il-baġit fil-but jgħodd. Jekk il-Gvern, fl-aħħar baġit tiegħu jerġa' jraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma biex jikkonsolida l-istess miżura li ħa fl-ewwel żewġ baġits, ikun irid jara li dak ir-roħs jibda jasal għand in-nies qabel, mhux wara l-elezzjoni. Fl-ewwel kontijiet ippubblikati għall- familji/negozji matul l-2018. JEKK hemm sezzjoni ta' nies li dan il- Gvern ma jridx jurta wara li bena tant pontijiet magħha hija n-negozjanti. Jista' jkun li Muscat jippreferi elezzjoni fl-aħħar ta' din is-sena biex ikunu evitati skossi għall-andament tan- negozju fil-Milied. MUSCAT jaf li tilef il-fiduċja ta' eluf ta' votanti. Jaf ukoll iżda li dik il-fiduċja ma ntrebħitx lura mill-PN. Jista' jkun li l-PM iħoss li b'elezzjoni iktar kmieni, hu jkollu ċans jibni pontijiet ma' eluf ta' votanti diżillużi, filwaqt li jnaqqas il- perjodu li fih il-PN jkun jista' jirkupra l-art li tilef u li għadu ma rkuprax. LUNIKA arma effettiva li jidher (s'issa) li għandu l-Partit Nazzjonalista hija l-kwistjoni tal- Panama. Sakemm Muscat m'għandux pjan li jneħħi lill-Ministru Konrad Mizzi qabel l-elezzjoni, jista' jkun li fl-assenza ta' differenza kbira li jistgħu jagħmlu tliet xhur, isejjaħ elezzjoni li politikament taqta' ras din il-kwistjoni darba għal dejjem. Jekk jirbaħ l-elezzjoni, il-PN u n-nies tiegħu jkunu diżillużi u l-unika arma li biha jkun ittama li jirbaħ ma tkunx effettiva biżżejjed. Probabbilment, f 'każ ta' telfa, il-PN idawwar ħarstu lejn kwistjonijiet iktar ekonomiċi u bread and butter u jiġġielded lil Muscat fuq l-art fejn sal-lum qed jeċċella.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 April 2017