Illum previous editions

illum 2 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/806574

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

illum | Il-Ħadd 02 ta' April 2017 Aħbarijiet 8 PL: Il-konsum privat u l-investiment wassal għat-tkabbir ekonomiku L-Oppożizzjoni tgħid li l-flus qed imorru għand il-ftit 'GVERN Laburista, mhux biss dawwar ir-rotta ekonomika ta' pajjiżna, biex minn pajjiż fil-proċedura tad-defiċit eċessiv, illum wara 35 sena, ġie reġistrat surplus, iżda filwaqt li għamel dan, flok żied il- piżijiet fuq il-familji, naqqas it-taxxi u tal-benefiċċji soċajli." Dan qaluh ilbieraħ waqt konferenza tal-aħabarijiet id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Chris Cardona u l-Ministru Michael Farrugia, ftit sigħat wara li l-Gvern ħabbar li l-Gvern laħaq surplus fil-baġit. Dan ifisser li minflok telf, il-pajjiż beda jagħmel qliegħ, bil-Gvern jgħid li s-surplus totali kien ta' €9 miljuni. Cardona ddeskriva dan il-mument b'eku ta' kliem il-Prim Ministru Joseph Muscat u ddeskriva dan bħala "mument ta' kburija nazzjonali, fejn ir-rizultati ekonomiċi tajbin ma jistgħux jieqfu u se jkomplu għaddejjin. Dawn ir-riżultati ekonomiċi huma possibbli, kompla Cardona, "għax hawn Gvern li jiddeċiedi." Cardona qal li dan is- suċċess ekonomiku ġej l-aktar minn żewġ fatturi, jiġifieri ż-żieda fil-konsum privat, u dak li Cardona sejjaħ bħala "investiment bla preċedent hekk kif dan il-Gvern attira investiment, fosthom f 'niċeċ ekonomiċi ġodda bħal dawk fil-qasam tas-saħħa u l-edukazzjoni." Cardona fakkar li dan il-Gvern naqqas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma għall-familji u n-negozji kif ukoll naqqas it-taxxa "u b'hekk in-nies setgħu jdawru r-rota ekonomika." Wettaqna li wegħedna u naqqasna d-defiċit Min-naħa tiegħu, il- Ministru Michael Farrugia fakkar kif l-esponenti tal- Partit Nazzjonalista, fosthom il-Kap tal-Oppożizzjoni stess, qabel l-elezzjoni kienu jgħidu li jekk il-Partit Laburista jwettaq dak li jwiegħed kien ikollna mmorru għal bail- out u li konna se nifqgħu l-kaxxa ta' Malta. "Illum huwa ċar li dan il-Gvern wettaq dak li wiegħed fl-istess ħin, flok żied id-defiċit, dan naqqsu. Poġġa l-ekonomija fuq sisien sodi fl-istess ħin li żied id-dħul għall-familji u n-negozji u llum, ir-rizultati soċjali li ksibna, twettqu għax l-ekonomija qed trendi. Fil- fatt twettqu aktar minn 95% tal-proposti soċjali," spjega Farrugia. 'Dan il-Gvern ma ħax, iżda ta lin-nies' Il-Ministru Farrugia fakkar f 'numru ta' mizuri li daħħal dan il-Gvern fosthom: ir- roħs tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma, iċ-childcare b'xejn, l-eżenżjoni mit-taxxa liż- żgħażagħ li jixtru l-ewwel propjetà tagħhom, ir-riforma fil-pensjonijiet, iż-żieda effettiva fil-minimum wage, ingħataw it-tablets lill- istudenti kollha tar-raba' sena, iż-żieda fl-istipendji, il-ħlas lura fuq it-taxxa mħallsa żejda fuq ir-reġistrazzjoni tal-karozzi, il-medicini out of stock li saru xi ħaġa tal- passat, it-tnaqqis fil-waiting lists, is-servizz tal-IVF, l-in- work benefits u t-tapering tal- benefiċċji flimkien ma' ħafna aktar. Minkejja dan, xorta fadal xi jsir, saħaq Michael Farrugia filwaqt li saħaq li dan il-Gvern ma ħax lin-nies iżda tahom. L-argument dwar in-nefqa kapitali 'ħmerija' Chris Cardona ddeskriva bħala 'ħmerija' dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil meta sostna li s-surplus jonqos jekk tnaqqas in-nefqa kapitali, "għax in- nefqa kapitali hija ffinanzjata primarjament minn fondi Ewropej li jidħlu bħala dħul fil-kotba tal-Gvern. Jekk tonqos in-nefqa kapitali jfisser li se jonqos id-dħul tal-Gvern u allura l-effett fuq id-defiċit ma jkunx daqshekk b'saħħtu." Cardona dawwar l-argument fuq Busuttil u sostna li "jmissu jispjega kif fl-2012, in-nefqa kapitali kienet €363 miljun, naqra aktar mill-2016, iżda xorta waħda l-Gvern Nazzjonalista li kien jagħmel parti minnu hu spiċċa bl-akbar rata ta' defiċit fl-istorja, aktar minn €362miljun. Bir-raġunar tiegħu, fl-2012, kellu jkun hemm surplus mhux l-ogħla defiċit fl-istorja," qal id- Deputat Mexxej Laburista. PN: Il-flus minflok għand in-nies marru għand tal- klikka Intant fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista sostna li s-surplus "li qed jiftaħar bih Joseph Muscat ġie għax il-flus, flok marru għand in-nies u fi proġetti li jgawdu minnhom il-familji u n-negozji Maltin, marru għand il-klikka korrotta ta' Kastilja." Il-PN reġa'sostna li s-surplus huwa frott it-tnaqqis fin- nefqa kapitali fuq proġetti. Id-Deputat Mexxej tal-PL Chris Cardona u l-Ministru Michael Farrugia waqt il- konferenza tal-aħbarijiet Jerġa' jidher ir-ramel fl-Għadira wara xitwa mgħotti bl-alka Rekord ta' alka miġbura mill-bajjiet Maltin KAWŻA tal-maltemp bl- irjiħat li laqtu lil pajjiżna x-xitwa li għaddiet, din is-sena għandna rekord t'alka li qatt esperjenza pajjiżna f 'dawn l-aħħar snin. Wara l-maltempata kbira li laqtet lil pajjiżna f 'Ottubru 2016, l-alka kollha minn fuq il-bajjiet kienet tnaddfet u tneħħew b'iktar minn 177 tunellata ta' skart, iżda sfortunatament, l-isforzi li saru prattikament ma swew għal xejn. Apparti l-Bajja tal-Għadira, sar xogħol fuq il-bajjiet ta' San Ġorġ f 'San Ġiljan, il-Bajja ta' Spinola, qed titnaddaf il-bajja ta' taħt il-Pjazza ta' Buġibba, kif ukoll qed jitnaddfu bajjiet f 'Wied il-Għajn, Birżebbuġa u Marsaxlokk. Hekk kif titlesta l-Bajja tal-Għadira se tibda titnaddaf il-Bajja ta' Għajn Tuffieħa, Armier, Little Armier u wara, jitnaddfu l-bajjiet inqas popolari bħal Magħtab u Baħar iċ-Ċagħaq. Sabiex dan il-pjan iseħħ, il-Ministeru qed jara li jkun hemm makkinarju għad- dispożizzjoni tad-Direttorat, partikolarment trakkijiet, inkluż fi tmiem il-ġimgħa. Wieħed irid jifhem ukoll li hemm proċessi tan-natura li jridu jieħdu l-ħin tagħhom matul ix-xhur tax-xitwa u li ħadd m'għandu kontroll fuqhom. Dawn il-proċessi, prattikament jipproteġu lill- bajjiet minn tneħħija ta' ramel waqt maltempati kbar. Bejn Ottubru 2016 sa Marzu 2017 kien hemm għadd ta' interventi fuq il-bajjiet li sfortunatament ma swew għal xejn għax l-alka baqgħet titla' ripetutament. B'hekk, minn Novembru tal-2016 sa Marzu ta' din is-sena, inġabar iktar minn 3,600 tunnellata ta' alka minn fuq il-bajjiet, bix-xahar ta' Marzu jkun l-iktar wieħed li nġabar fih, b'1,354 tunnellata sas-26 ta' Marzu biss. Matul dawn ix-xhur il- ħaddiema li jnaddfu l-bajjiet wettqu xogħol ta' ftuħ ta' toroq li kull darba jiġu mblokkati b'materjal ta' ramel, alka u skart li jtella' l-baħar. Matul l-aħħar tliet xhur, l-istess ħaddiema ġabru mal-140 tunellata ta' skart minn fuq il-bajjiet ramlin li tella' l-baħar miegħu. Il-frekwenzi ta' tindif żdiedu konsiderevolment minn frekwenza waħda għal żewġ jew tliet frekwenzi u fl-Għadira, jsiru tliet interventi kuljum. Barra minn hekk, żdiedu b'ammont qawwi l-kontenituri tal-iskart fuq il-bajjiet kollha, ġie rduppjat in-numru ta' slielem li jitwaħħlu tul il-kosta ta' pajjiżna u għall-ewwel darba, sar investiment f 'opra tal-baħar.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 April 2017