Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/806574
Aħbarijiet 9 minn Veronica Lynn Mizzi ILLOKALITÀ turistika ta' Buġibba se tkun qed tara investiment ta' €3.5 miljun sabiex isiru xogħlijiet ta' resurfacing tat-toroq tul il-kosta, mill-Qawra sa Buġibba, sa San Pawl il- Baħar. Dan il-proġett huwa l-ewwel wieħed li se jkun qed jiġi ffinanzjat mid-dħul tal- kontribuzzjoni ambjentali ta' 50 ċenteżmu kull lejl, li qed tinġabar għal kull lejl li turist iqatta' f 'pajjiżna. Waqt konferenza tal- aħbarijiet li saret ilbieraħ filgħodu fil-pjazza ta' Buġibba, il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi spjega kif dan il-proġett se jkun qed jinqasam f 'ħames fażijiet. Mizzi spjega wkoll kif matul din il-leġiżlatura saru għadd ta' xogħlijiet fit-toroq ta' Buġibba, xogħlijiet ta' manutenzjoni fuq promenades fiż-żoni tax-Xemxija, San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra. Il-Ministru Mizzi ħabbar ukoll kif fiż-żmien li ġej, id-Direttorat għat-Tindif se jiffinanzja wkoll sistema ta' CCTV camera fil-parkeġġ ta' Triq il-Port Ruman. Il-lokalità ta' San Pawl il- Baħar tinkludi fiha għadd kbir ta' lukandi, bi kważi kwart tat-total kollu tat-turisti li jżuru pajjiżna joqogħdu f 'din iż-żona turistika waqt il-btala tagħhom. Dan l-ammont ta' turisti f 'San Pawl il-Baħar kiber bi 11% fuq dak reġistrat fl-istess żona fl-2015 kif ukoll kważi 28% aktar minn dak reġistrat fl-2012. Waqt li kien qed jitkellem fil-konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għat-Turizmu Edward Zammit Lewis stqarr li dan il-proġett estensiv fit-titjib tal-infrastruttura u fil-prodott offrut b'mod ġenerali fil-madwar ta' Buġibba, Qawra u San Pawl il- Baħar huwa essenzjali kemm għar-residenti tal-akwati kif ukoll għal influss ta' turisti li jżuruna. Sostna li wara li s-sena li għaddiet iddaħħlet il-miżura tal-Kontribuzzjoni Ambjentali fuq l-iljieli li jqattgħu Malta t-turisti, dan il-proġett se jkun l-ewwel frott mid-dħul tagħha. Sadanittant, il-Ministru rringrazzja lis-settur privat li anke dan qed jagħti importanza lejn it-titjib fil- kwalità biex dan il-ġid jissarraf f 'valur turistiku ta' pajjiżna sabiex titjieb il-kompetittività u s-sostenibilità ta' dan is-settur. F'dawn l-aħħar erba' snin fl-akwata ta' San Pawl il-Baħar kien hemm seba' lukandi li investew f 'rinovar u li ħamsa minnhom ibbenifikaw minn l-estenzjoni ta' żvilupp. Il-President tal-MHRA Tony Zahra, li wkoll kien preżenti għal din il-konferenza, qal li "hemm il-ħtieġa li l-infrastruttura ta' Buġibba titjib ħalli tikkumplimenta l-investiment li qed issir mis-settur privat f 'dak li huwa rinnovazzjoni u restawr fil-lukandi u ristoranti tal- akwata. Bi pjaċir l-MHRA tinsab preżenti waqt it-tnedija ta' inizjattiva fejn se nsebbħu żona turistika bi preparazzjoni għall-istaġun tas-sajf." Minbarra l-bżonn ta' dan l-investiment għal titjib fis- settur turistiku, dan għandu jilqa' għall-influss kbir ta' persuni li se joqogħdu f 'din il-lokalità fiż-żmien li ġej wara li, kif ħabbret din il-gazzetta, mistenni li jkun hemm minn tal-inqas żieda ta' 15% fil- popolazzjoni tal-lokal. Din iż-żieda ġiet ikkalkulata min- numru ta' applikazzjonijiet ta' żvilupp ta' bini ġdid jew addizzzjonijiet f 'bini preżenti li jlaħħqu t-92 applikazzjoni, jew mal-1,085 residenza ġdida. Is-sindku tappella biex ix- xogħol jitlesta fi żmien qasir B'reazzjoni għal dan, is- sindku tal-lokalità Graziella Galea, waqt li qalet li ma kinetx infurmata b'dan l-investiment, laqgħetu b'sodisfazzjon, bħala l-lokalità li fiha wieħed isib l-ikbar ammont ta' sodod għat-turisti. Galea appellat ukoll sabiex dan il-proġett isir f 'qasir żmien biex ma tiġix affetwata b'mod negattiv l-industrija tat-turiżmu fil-lokalità. Qalet ukoll kif hu importanti li jekk hemm il-ħtieġa li jinbidlu xi servizzi bħal dawk tal- ilma minn taħt it-triq, isir dan minn qabel sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet li triq ġdida jkollha bżonn titħaffer minħabba ħsarat jew bdil ta' servizzi. Il-Ħadd 02 ta' April 2017 | illum Investiment ta' €3.5 miljun fit-toroq ta' Buġibba L-ewwel proġett iffinanzjat mid-dħul tal-fondi mill-Kontribuzzjoni Ambjentali PHASE A PHASE B PHASE C PHASE D PHASE E ARCHITECT CHECKED BY DRAWN BY D.V. J.B. M.B. - N.T.S. A3 DATE : FILE No : DRAWING No : - JANRUARY SHEET SIZE SCALE : REVISION : A CHIEF OFFICER S.GRIMA SHEET No : 1 SAN PAWL IL-BAHAR DRAWING TITLE : SITE PLAN PROJECT TITLE : - PROJECT No. : Comp. Path : M:\Roads\Common\Mark Borg\Works 2017\Site Plans 2017.dwg * VARIOUS ROADS