Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/806574
illum | Il-Ħadd 02 ta' April 2017 Aħbarijiet 10 Il-voti tal-Qriema jistgħu jkunu kruċjali għall-PL fis-sitt distrett ...l-aktar ilmenti komuni tal-votanti huma dwar problemi soċjali, faqar u housing Tkompli minn paġna 1 Naturalment, Ħal Qormi tibqa' l-aktar lokalità kruċjali fuq dan id-distrett b'14,257 vot irreġistrat sal- elezzjoni tal-Kunsilli Lokali tal-2015. Minn dawn, 10,722 kienu validi u 6,701 ivvutaw lill-Partit Laburista. B'Robert Abela issa uffiċjalment fuq il-lista, se jkun kompetizzjoni diretta għal Rosianne Cutajar, żagħżugħa popolari f 'Ħal Qormi u eletta sindku tal-istess lokalità darbtejn. Cutajar, bħal Abela għandha preżenza qawwija fuq il-media, imma b'differenza, kienet taħt attakk mill-PN għal ħafna żmien li jagħmilha aktar attraenti għall-votanti li dejjem appoġġjaw lill-PL. Minkejja dan, kemm Abela kif ukoll Cutajar se jkollhom għadma pjuttost iebsa, bil-kandidat u llum deputat Laburista Silvio Schembri jkompli jikseb popolarità, kemm f 'Ħal Luqa, lokalità oħra bi predominanza Laburista, imma wkoll fost numru ta' għeruq tal-partit li kienu jappoġġjaw lil Coleiro Preca. Fil-fatt, hija xi ħaġa magħrufa wkoll li bosta nies li kienu qed jappoġġjaw jew kienu saħansitra kanvassers ta' Coleiro Preca, llum qed jaħdmu għal Silvio Schembri. Schembri, li fl-aħħar elezzjoni ġenerali kien it-tieni l-aktar kandidat Laburista li ġab voti fuq id-distrett b'2,823 vot, mistenni li jgawdi l-aktar mill-voti ta' Mangion, jekk dan jibqa' tal-fehma li ma joħroġx għall- elezzjoni ġenerali. Fattur determinanti fuq it-tielet siġġu li l-Partit Laburista mistenni li jirbaħ f 'dan id-distrett Laburista huwa s-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes, li għandu l-bażi tal-votanti tiegħu f 'Ħal Qormi wkoll, fejn kien sindku darbtejn. Minkejja li wħud minn dawk li tkellmu mal-ILLUM sostnew li Galdes waqa' lura fil- popolarità, oħrajn sostnew li għadu popolari fost nukleu ta' Qriema u votanti kaċċaturi. Fakkru wkoll li mill-kandidati kollha fuq dan id- distrett, Galdes huwa l-unika membru tal-kabinett. Apparti dawn, jidher li fuq il-lista se jkun hemm ukoll Gavin Gulia li fl- aħħar elezzjoni minn dan id-distrett kiseb 150 vot u Ian Borg li kiseb biss 638-il vot, hekk kif id-distrett 'tiegħu' huwa dak li jinkorpora fih Ħad- Dingli (is-7 Distrett). Kandidat ieħor li fl-elezzjoni ġenerali, mistenni wkoll li jerġa' jikkontesta fuq dan id-distrett hu Manuel Micallef, personalità fuq l-istazzjon tal-Partit Laburista li fl- aħħar elezzjoni kien ġab 237 vot. Jiddominaw l-ilmenti dwar kwistjonijiet soċjali Dawk li tkellmu ma' din il-gazzetta sostnew li l-akbar problemi li qed jiffaċċja l-Partit Laburista fuq dan id-distrett huma dawk relatati ma' kwistjonijiet soċjali li sal-aħħar elezzjoni kienu jispiċċaw l-aktar f 'ħoġor Coleiro Preca. Prinċipalment, il-problemi li dawk li tkellmu ma' din il-gazzetta qalu li qed jaslu għand kandidati Laburisti hemm: l-akkomodazzjoni soċjali jew bżonnijiet f 'oqsma tad-djar, ix- xogħol, nuqqas ta' mezzi finanzjarji u saħansitra nuqqas ta' bżonnijiet bażiċi. Din il-gazzetta hija infurmata li wħud mill-kandidati diġà għaddejjin b'kuntatt u appuntamenti ma' bosta nies fuq id-distrett. Din il-ħidma issa mistennija li 'tiqliel' hekk kif se jibda jingrana t-tim li se jkun qed jumbutta l-kampanja ta' Robert Abela. Charles Mangion mhux beħsiebu jerġa' joħroġ għall- elezzjoni ġenerali 'Skont il-liġi, l-isponsorship lil Media.link hija donazzjoni' - Kevin Aquilina Tkompli minn paġna 1 Kemm id-dekan tal-Fakultà tal-Liġi fl-Università Kevin Aquilina u anke l-avukat Franco Debono, indikaw bl- aktar mod ċar li l-isponsorship li rċeviet il-kumpanija Media.Link sar bi ksur tal-liġi. Minkejja dan, għall-mistoqsija diretta ta' din il-gazzetta, il-PN ċaħad li qatt kiser il-liġi, għalkemm ma spjegax kif fil-fatt mhux qed jikser l-istess liġi. "Il-Partit Nazzjonalista jerġa' jirrepeti li fl-ebda ħin u bl-ebda mod ma kiser il-liġi tal-finanzjament tal-partiti," intqal lill-ILLUM. B'reazzjoni għal konferenza tal- aħbarijiet li saret nhar l-20 ta' Marzu minn Owen Bonnici, dwar storja li tirrigwarda flus lill-PN mingħand il- kumpanija Sky Gourmet tal-grupp db, il-PN kien insista li l-flus li ngħata minn din il-kumpanija kienu sponsorship u li r-relazzjoni mal-grupp db kienet purament fuq bażi kummerċjali. L-Att dwar il-Finanzjament tal-Partiti, mill-bidu nett tiegħu jiddefinixxi x'inhi donazzjoni u jgħid hekk: "Donazzjoni tfisser kull benefiċċju riċevut fir-rigward tal-attivitajiet jew il- funzjonijiet ta' partit politiku, minn jew f 'isem partit politiku, minn membru ta' partit politiku, minn kandidat jew minn xi organizzazzjoni, kemm jekk tkun korporata jew le li fiha l-partit politiku, direttament jew indirettament jeżerċita amministrazzjoni effettiva u kontroll u għandha tinkludi, sakemm ma jiġix provdut mod ieħor: (a) kull rigal ta' flus jew ta' proprjetà oħra, u (b) kull sponsorship..." L-ILLUM, filwaqt li kkwotat din il-parti tal-Att, staqsiet lill-PN għalfejn ma kienx qed jiddikjara dawn il-flus, ladarba dawk li qed isejħilhom 'sponsorships' huma koperti bil-liġi. Il-PN sostna li huwa qatt ma kiser il-liġi tal-Finanzjament tal-Partit. "Il-Partit Nazzjonalista osserva din il-Liġi f 'kull aspett tagħha u b'mod partikolari meta rreġistra eżatt saż-żmien imsemmi mill-Liġi u meta ppreżenta r-Rapport ta' Donazzjonijiet eżatt fit- terminu impost mill-Liġi." "Il-każijiet kollha li saru l-allegazzjonijiet dwarhom issa ġew riferuti lill-Kummissjoni Elettorali. Il-Partit Nazzjonalista ser jippreżenta l-pożizzjoni tiegħu dwar kull parti mill- allegazzjonijiet imqajma, u dan mhux biss dwar dawk l-isponsorships, imma anke dwar kull allegazzjoni oħra." Intant, f 'artiklu fuq il-gazzetta The Times, ilbieraħ id-dekan tal-Fakultà tal-Liġi fl-Università ta' Malta Kevin Aquilina filwaqt li laqqam dawn l-isponsorships bħala 'dubjużi', jikkonferma li skont l-Att, dawn jikkostitwuxxu bħala 'donazzjoni'. "L-Att dwar ix-Xandir ma jipprovdix li sponsorship ta' programm ma jaqax fid-definizzjoni ta' sponsorship fid- definizzjoni msemmija hawn (skont l-Att tal-Finanzjament tal-Partit). Għalhekk, dan jikkostitwixxi f 'donazzjoni, irrispettivament minn jekk donazzjoni hux qed tintuża għal produzzjonijiet tal-programmi jew biex tkopri spejjeż tal-kumpanija." "Ladarba l-isponsorship qed tirċevih il- kumpanija tal-media, mela tikkostitwixxi f 'donazzjoni għall-fini tal-Att dwar il-Finanzjament tal-Partiti." 'Inħallu lill-Kummissjoni tinvestiga fis-serenità' Intant l-ILLUM tkellmet ukoll mal- avukat Franco Debono fakkar kif il-liġi hija pjuttost ċara fejn tidħol kwistjoni ta' sponsorships. Żied jgħid iżda li "wieħed irid iħalli lill-Kummissjoini Elettorali tinvestiga b'serenità. "Il- Kummissjoni mexxiet l-elezzjonijiet ġenerali, lokali u referenda fl-aħħar 50 sena u aktar u allura żgur qiegħda f 'pożizzjoni li tamministra din l-Liġi, speċjalment jekk wieħed iħares lejn il- ħatra, kompożizzjoni u poteri tal-istess Kummissjoni taħt il-kostituzzjoni u l-Liġi dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali." Debono temm jgħid li dan kollu juri kemm hija għaqlija l-liġi, li daħlet fis- seħħ f 'Jannar tal-2016, "u kemm naqas serjament il-PN meta rreżista s-sejħiet tiegħi għal din l-Liġi kif ukoll naqas li jtella' għad-diskussjoni l-abbozz li preżentajt jien fil-Parlament f 'Jannar 2012 li huwa l-bażi tal-Liġi prezenti." PN: Huwa l-PL li kiser il-Liġi tal- Finanzjament tal-partiti Fir-risposta tiegħu lil din il-gazzetta, il-PN dawwar il-kanuni fuq il-Partit Laburista li "kiser il-liġi tal-finanzjament tal-partiti fl-ewwel okkażjonijiet li kien imsejjaħ biex isegwiha – u dan meta ma rreġistrax bħala partit u meta qarraq pubblikament dwar dan, meta allega li kellu 'reġistrazzjoni proviżorja' – allegazzjoni li ġiet pubblikament imgiddba mill-istess Kummissjoni Eelettorali." Il-PN qal ukoll li l-PL "ma ppreżentax il-lista ta' donazzjonijiet għas- sena 2016 bħalma għamlu l-partiti kollha u l-ogħla uffiċjali tiegħu u l-preżentaturi tal-One qed jitħallsu ammonti u flejjes sostanzjali mit-taxxi tal-poplu Malti u Għawdxi."