Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/806574
Il-Ħadd 02 ta' April 2017 | illum Sports 35 aktar għax aktar kemm nirċievu aktar hemm ċans li ninvestu, però ħdejn qabel żgur li hu ħafna aħjar. Ingħatajna żewġ miljuni u nofs fuq erba' snin. U nafu li 'l quddiem se jkomplu jiżdiedu u l-federazzjonijiet se jgawdu sal-anqas ewro għaliex aħna ma nużaw xejn minnhom biex immexxu l-KOM imma jingħataw kollha lill-federazzjonijiet. Biex immexxu l-KOM hemm fondi apposta li nirċivuhom mill-IOC. Bħala riżorsi ta' fejn jitħarrġu l-atleti kif jikkumparaw ma' dawk ta' barra minn Malta? Ma nistax ngħidlek li avvanzi ma sarux, però meta tkun bħalna u ssiefer ħafna, tirrealizza li għad fadal xi jsir. Ma tistax tqabbel. Biżżejjed insemmi l-iswimming pools, li barra jkollok waħda outdoor full size u oħra indoor. Aħna waħda outdoor sajf u xitwa. Fil- kesħa tax-xitwa, allavolja l-ilma jkun sħun, it-temperatura ta' barra tkun kiesħa u hawn titlob li l-atleti tagħna jagħmlu sagrifiċċju. Taħseb li l-atleta Malti huwa lest li jħalli lil pajjiżu (lil sħabu u l-familja) totalment biex imur jitħarreġ barra minn Malta? Għalina huwa diffiċli li nagħmlu dan il-pass. Ibda mill-fatt li aħna gżira żgħira u f 'siegħa jew sagħtejn soqt u wasalt kull fejn trid. Tkun sitwazzjoni ideali jekk ikollok atleta li jkun lest jitlaq għal sitt xhur jew sena barra minn Malta. Però għandek bosta fatturi li jxekklu din l-għażla. Min ikun qed isegwi xi kors l-università jgħidlek li jkun irid ilesti l-istudji tiegħu qabel ma jagħmel pass. Meta jlesti l-istudju jkun diġà tilef l-aħjar żmien sakemm jitlaq barra. Min ikun qed jistudja barra minn Malta l-istorja mbagħad tkun differenti għax ikollu aċċess ukoll għal taħriġ professjonali jew aktar serju minn taħriġ lokali. Però din mhux kulħadd jista' jagħmilha. L-inqas ħaġa li l-atleta jista' jagħmel hi li jitla' barra minn Malta jikkompeti f 'kompetizzjonijiet differenti. Meta jkun sport individwali, l-affari tkun eħfef milli kieku għandek team sport. Bħalissa għandek it-timijiet tal-basketball u tal-volleyball qed jippreparaw għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar ġo San Marino. Biex insiefru tim sħiħ ta' xi għoxrin atleta, bil-coaches u l-physio, ma tkunx daqshekk faċli. Tiġi għolja ħafna wkoll. Għal tim hu ħafna aktar diffiċli. Kemm tħossha komuni l-karba tal- ġenituri li jgħidu lil uliedhom biex jiffukaw fuq l-istudju għax m'hawnx futur fl-isport? Dil-mentalità teżisti assolutament. Jiena għamilt 26 sena naħdem fi skola, jiġifieri kont nismagħha tingħad. Nifhem lill-ġenituri, però huwa importanti li t-tfal tagħna jsibu bilanċ għaliex l-isport jgħin ħafna fl- edukazzjoni u anki fil-ħajja ta' kuljum. Ibiegħdek mill-vizzji, jgħinek tistudja u jgħinek tiftakar, jagħmlek raġel jew mara aħjar. U għaliex ħafna mill-ġenituri dan ma jifhmuhx? Ikollok studenti li kif jaslu form 3, meta l-affarijiet tal-iskola jibdew jitqalu, jibdew jeliminawlhom l-isport biex jiffukaw aktar fuq l-iskola. Kif jista' jkollna kultura jew nimxu 'l quddiem fl-isport jekk jibqa' jkollna din il-mentalità? Hija kważi impossibbli. L-ewwel li trid tinbidel hija l-mentalità. Irid ikollna bilanċ. Lokalment huwa diffiċli tgħix mill- isport. Fil-futbol hawn min għax il-flus hemmhekk qegħdin, però xorta huwa diffiċli. Għandna atleti li jagħmlu l-impossibbli. Laħqu livelli għoljin u laħquhom bix-xogħol u bl-istudju full time tagħhom ukoll. Għaddi messaġġ lill-ġenituri jew liż- żgħażagħ biex jibdew jipprattikaw xi sport differenti? Kemm jgħinek mill- aspett ħolistiku l-isport? Nemmen ħafna fil-bilanċ. Nixtieq nippromwovi l-isport però mhux fuq livelli ta' riżultati u midalji biss, imma anki fil-ħajja ta' kuljum. L-isport huwa xi ħaġa li jrid jidħol fil-parti integrali tal- ħajja ta' kuljum. Jgħin inaqqas l-obeżità li hawn Malta tant qed issir problema, anki fit-tfal żgħar. Jgħin fis-saħħa fiżika u kif ukoll fis-saħħa mentali. Għandek l-aspett soċjali wkoll għax jgħinek tiltaqa' ma' ħbieb ġodda. M'għandux għalfejn ikun bilfors sport professjonali imma li jkun prattikat dejjem tista' toħroġ il-ġid. Hemm skemi privati li jgħinu liż- żgħażagħ tagħna, kemm minn età żgħira u anki f 'età akbar. Nitkellem għalija, jien l-O Levels għamilthom u qabel għamilthom ma waqaftx mill-atletika. Xorta rnexxieli ngħaddi. Iż-żgħażagħ tagħna huwa aktar importanti li ngħallmuhom kif iqassmu l-ħin sew milli ndaħħlulhom f 'moħħhom li l-isport huwa ħela ta' ħin. Hija ħasra li nitilfu ħafna talent minħabba raġunar bħal dan. lokali, iżda għad fadal xi jsir' "Nemmen ħafna fil-bilanċ. Nixtieq nippromwovi l-isport però mhux fuq livelli ta' riżultati u midalji biss, imma anki fil-ħajja ta' kuljum. L-isport huwa xi ħaġa li jrid jidħol fil- parti integrali tal-ħajja ta' kuljum" Twieled s-6 ta' Ottubru 1966 Jokkupa l-kariga ta' Direttur tal-isport ħdan il-Kumitat Olimpiku Malti u li tant jaħdem għall-akbar ġid tal-atleti f 'pajjiżna Huwa wkoll kowċ tal-atletika. MARIO MICALLEF Ritratt: James Bianchi