Illum previous editions

illum 9 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/809223

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Aħbarijiet 11 Il-Ħadd 09 ta' April 2017 | illum xhur tas-sena...sirna qisna l-Bronx? It-Tielet Omiċidju Data : It-Tnejn 27 ta' Frar Post : Is-Swieqi Ir-Raba' Omiċidju Data : L-Erbgħa 29 ta' Marzu Post : Birkirkara Il-Ħames Omiċidju Data : Il-Ħadd 2 ta' April Post : Il-Ħamrun Vittma - David Abela, ta' 51 sena mis-Swieqi Vittma - Roderick Grech ta' 26 sena minn Naxxar Vittma - Brandon Pace ta' 21 sena mill-Ħamrun Akkużat bil-qtil - Ħadd s'issa. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin... Akkużat bil-qtil - Etienne Bartolo, imlaqqam 'il-Vojt', minn Birkirkara Akkużati bil-qtil - Kurt Grech, magħruf bħala 'n-Nemes', u missieru ta' 53 sena, minn Gwardamangia GĦALLĦABTA tal-17:00 ta' wara nofsinhar, tas-27 ta' Frar ġie rrappurtat li raġel ta' 51 sena nstab mejjet f 'għadira demm fid-dar tiegħu fi Triq il-Ġiżi, Swieqi. Il-vittma, David Abela, ta' 51 sena, ġie identifikat mis-sieħba tiegħu stess, Irina Alexandrova Micallef, ta' 29 sena li sabet il- katavru hekk kif daħlet lura d-dar minn wara safra. Abela nqatel b'diversi daqqiet ta' sikkina f 'sidru u f 'għonqu, u meta nstab fil-kamra tas-sodda tad-dar tiegħu, huwa kien għarwien, marbut bit-tape u mġeżwer f 'liżar imdemmi. Il-Pulizija mill-ewwel bdiet investigazzjonijiet dwar omiċidju relatat mal-ħajja personali tal-vittma, aktar milli għal raġunijiet relatati man-negozju ta' waħda mid- diversi kumpaniji li kellhu Abela. L-investigazzjoni wasslet lill-Pulizija biex temmen li Abela kien jaf lill-qattiel tiegħu hekk kif ma nstab ebda sinjal ta' żgass fid- dar u li l-qattiel kien qiegħed jistenna lill- vittma ġewwa. Element suspettuż ieħor kien li l-karozza ta' Abela nstabet abbandunata Pembroke. Il-Pulizija tkellmu mas-sieħba ta' Abela, hekk kif kien mifhum li l-koppja kienet għaddejja minn żmien "turbolenti" fir- relazzjoni tagħhom. S'issa l-investigazzjonijiet wasslu biss lejn ħjiel li l-qattiel seta' kien ta' nazzjonalità Russa. Minkejja spekulazzjonijiet dwar l-involviment tas-sieħba tal-vittma, Irina Alexandrova Micallef, ibbażati fuq rapporti ta' problemi bejn il-koppja u numru ta' rapporti li hi u David Abela għamlu kontra xulxin, ma nstabet ebda prova biex hi tiġi implikata fil-qtil. Il-każ għadu miftuħ... GĦALLĦABTA tas-01:10 ta' filgħodu tal- Erbgħa, 29 ta' Marzu, il-Pulizija ġiet imsejħa fi Triq Tumas Fenech, fil-Mosta, fejn sabu lil Roderick Grech, residenti n-Naxxar, fuq bankina maġenb karozza. Huwa kien qala' diversi daqqiet b'sikkina u ma kienx konxju meta wasslu l-Pulizija ħdejh. Il- vittma, Roderick Grech, ta' 26 sena min-Naxxar li kien magħruf mal-Pulizija wara li huwa kien ingħata sentenza sospiża għal hold-up li kien sar lura fl-2012 f 'ħanut f 'Birkirkara. Sa mill-bidu tal-investigazzjoni, waqt li Grech kien għadu ħaj, il-Pulizija kienet diġà qed tirrelata l-każ mad-droga. Grech instab ħdejn il-karozza tiegħu, li kienet f 'nofs ta' triq u jingħad li l-aħħar kliem li qal il-vittma kienu 'Il-Vojt'. Dan wassal għall-arrest ta' raġel ta' 36 sena minn Birkirkara, Etienne Bartolo, magħruf bħala 'il-Vojt'. Fil-Qorti, Bartolo wieġeb li mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, fost l-oħrajn ta' omiċidju u li kien qed iġorr sikkina fil-pubbliku mingħajr il-liċenzja tal-pulizija, u li kiser il-paċi pubblika. Jidher li l-vittma kien iltaqa' ma' Bartolo biex ibigħlu d-droga, iżda Bartolo baqa' ma ħallasx, u meta reġgħu ltaqgħu l-għada biex isir il-ħlas, inqalgħet ġlieda, bil-konsegwenza li Grech, qala' diversi daqqiet ta' sikkina, u ħareġ mill-karozza jgħajjat għall-għajnuna. Waqt li ma ntalabx il-ħelsien mill-arrest għall- 'Vojt', l-avukat difensur tiegħu qal li huwa kellu rekord kriminali "pjuttost nadif, waqt li l-vittma, Roderich Grech, kien bniedem magħruf li kien qed ibigħ id-droga dak il-ħin." LAKTAR omiċidju riċenti ta' din is-sena, li seħħ fil-bidu ta' dan ix- xahar fil-Ħamrun, ħalla raġel ta' 21 sena mejjet waqt ġlieda li fiha kienu nvoluti skieken, ġebel u madum. Brandon Pace tilef ħajtu fuq il-post b'daqqiet ta' arma bil-ponta. L-għada stess, Kurt Grech, magħruf bħala 'n-Nemes', flimkien ma' missieru, ittellgħu l-Qorti, akkużati bil-qtil ta' Brandon Pace. L-iben instab li kellu l-istess tip ta' madum li ntuża waqt l-attakk li fih inqatel Pace. Pace innifsu, kellhu passat ta' vjolenza ukoll, hekk kif fl-2014 huwa kien akkużat li attakka b'sikkina lil kuġinuh stess, li kien f 'relazzjoni mal-eks tfajla tiegħu. Minbarra dak il-każ, fl-2016 huwa kien ġie akkużat ukoll li seraq €1,550 fi flus kontanti minn magna tas-sigaretti f 'bar fil-Ħamrun u li għamel ħsara lill-istess magna. Id-difiża talbet li l-akkużat jinżamm l-Isptar Monte Carmeli minħabba raġunijet ta' saħħa u sikurezza. Il-prosekuzzjoni m'oġġezzjonatx għal din ir-rikjesta. Ir-raġuni ewlenija għal din it-talba kienet minħabba li fl-istess żmien kien hemm żewġ membri tal-familja tal-vittma li bħalissa qegħdin il-ħabs.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 April 2017