Illum previous editions

illum 9 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/809223

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 09 ta' April 2017 | illum Intervista 13 ikrah fuq il-pajjiż. Dawn l-affarijiet ma kienux se jissolvew f 'ġurnata waħda, imma ġew indirizzati b'suċċess." "Issa se nibdew nindirizzaw il- problema tal-housing." 'Hemm element ta' diżappunti personali' Kulħadd jgħid li l-ekonomija kibret, on the ground ħafna speċjalment dawk li jmissu mal-proprjetà mill- kostruzzjoni, sal-aġenti sa dawk li jaħdmu jew għandhom negozju relatat, kulħadd jgħid li "mifqugħ bix- xogħol." Minkejja dan, skont l-aħħar stħarriġ tal-Maltatoday 22.2% ta' dawk li vvutaw Labour fl-2013, illum jew ma jridux jivvutaw jew ma jafux kif se jivvutaw jew saħansitra se jivvutaw PN. Xi ħaġa ħażina hemm..x'hemm ħażin? "Trid tara kif se jinbidel dak in- numru fl-istħarriġ aktar kemm tersaq l-elezzjoni. Hemm element ta' diżappunt personali, vera ... min jistenna promozzjoni jew li l-impjieg mal-Gvern isir wieħed definit...hemm ilmenti ġustifikati speċjalment jekk fuq bażi ta' diskriminazzjoni politika." 'Jekk hemm kwistjoni li xtaqtx li m'eżistietx hija tal- Panama' Nirrimarkalu iżda li jista' jkun li hemm min ma jridx jivvota, mhux minħabba diżappunt personali, imma għax diżappuntat li dan il-Gvern ma kienx trasparenti biżżejjed jew forsi diżappuntat bi kwistjonijiet, li tefgħu dell ikrah fuq il-Gvern, bħal ta' Gaffarena jew tal- Panama. "Għalkemm il- perċezzjoni kienet li dan il-Gvern ma jaħdimx ghat-trasparenza, dan mhux minnu," jisħaq Abela, li jkompli jispjega kif il-każ tal-art fil- Lowenbrau, każ li seħħ taħt Gvern Nazzjonalista, kien "ħafna iktar serju minn ta' Gaffarena, anke jekk f 'dan il- każ kellek riżenja u l-PM fetaħ kawża l-Qorti, l-ewwel darba tat-tip tagħha, biex jitreġġa lura l-espropriju. Fil-każ tal-Panama tieħdet azzjoni wkoll. Hemm min jistaqsi hux biżżejjed...." Imma Abela jħoss li l-każ Panama ġie mmaniġġjat tajjeb mill-Partit? Ma jweġibx din il-mistoqsija iżda jammetti li "jekk tgħidli kienx hemm kwistjoni li xtaqt li m'eżistietx matul din il-leġiżlatura kienet tkun din, kieku ma kinitx din il-kwistjoni partikolari l-iscore tal-Gvern kien ikun brillanti." 'Kieku ma kellux x'jaħbi l-PN kien jippublika l-invoices' Abela jdawwar il-kanuni fuq l-aħħar kwistjoni li spiċċa fiha l-PN, dik tal-flus mingħand il-kumpanija db. "Mela l-PN dejjem jitkellem fuq it-trasparenza mbagħad joħloq skema ta' invoices foloz, ta' servizzi fantażma. Tgħid ħaġa l-Oppożizzjoni, imbagħad minn wara dahar il- partitarji tagħmel xi ħaġa oħra. Tilfet il- kredibbiltà," jgħid Abela, "apparti li daħlet fi stat ta' illegalità." Abela jfakkar li l-ewwel reazzjoni tal-Kap tal- Oppożizzjoni Simon Busuttil kienet li la l-flus huma 'maħmuġin' se jirritornahom lura. "Mela inqabad li ma kienx servizz, għax kieku servizz ma tistax tagħtihom lura. Busuttil ilu ġimgħat issa jintalab biex juri l-invoices..." Inwaqqfu u nirrimarka li jekk il-PN ma jippublikax l-invoices, nibqgħu f 'limbu, min jgħid ħaġa u min jgħid oħra. "M'hemm l-ebda limbu," jirrispondi Abela, "kieku l-PN ma kellux x'jaħbi kien jippubblika l-invoices u kien jgħid għal liema riklam ingħataw il-flus. Huwa ċar li dan kien ksur tal-liġi tal- Finanzjament tal-Partiti." Robert iwiegħed li se jkun onest, bħal ... Ifakkar li l-Gvern daħħal liġijiet bħal dik tal-preskrizzjoni, il-Liġi għall-Ħarsien tal-Istandards u anke t-tneħħija tal-Preskrizzjoni minn fuq il-politiċi. Imma nfakkru li filwaqt li dawn il-kisbiet ma jista' jmerihom ħadd, il-perċezzjoni fost ħafna hija li 'dawn l-istess', 'm'hemmx x'tagħżel bejn it-tnejn'. Meta jħabbat il-bibien tan-nies kif se jwieġeb meta jgħidulu li bejn il-PN u l-PL m'hemmx x'tagħżel? "Li hemm element ta' diżappunt fuq dan u l-argument jew perċezzjoni li t-tnejn huma l-stess hija realtà diżappuntanti għalija. L-inqas ħaġa li qatt irrid inkun assoċjat magħha jien hija li ma nkunx korrett lejn il-valuri tiegħi jew li tħammiġt. Fis-snin li kont avukat, fosthom għal snin mal-MEPA, lanqas qatt biss għaddieli minn moħħi li nieħu ċenteżmu li ma jimmeritanix. Jien dħalt fil-politika, preċiżament, biex nagħmel din id-differenza." Jiġifieri int se twiegħed 'politika onesta' bħal Kap tal-PN? "Iva, imma nittama," ikompli jgħid "li nimplimentaha u nżomm sod mal- intenzjoni li nwettaq politika onesta." L-istess xogħol, l-istess paga kullimkien Nibdew resqin lejn tmiem din l-intervista u ndur fuq kwistjoni oħra, ix-xogħol prekarju. Din il- gazzetta tirċievi informazzjoni dwar diversi postijiet tax-xogħol fejn nies qed jitħaddmu bil-prekarjat, iżda l-provi diffiċli ħafna ġġibhom xi kultant. Kemm tinkwetah din il- problema lil Abela? "Il-problema teżisti u naf għax naħdem ma' nies b'dawn il-problemi. L-impjieg prekarju mhux biss flus u kemm taqla' paga, imma wkoll li titħaddem fuq kuntratt ta' xahar b'xahar, jew sitt xhur sitt xhur u qatt ma taf fejn qiegħed u ma tistax tieħu self mill-bank." Abela, jelenka miżuri li ħa dan il-Gvern f 'dan ir-rigward fosthom il-garanzija ta' kundizzjonijiet ta' xogħol skont il-liġi meta jingħata tender u pagi indaqs fl-istess post tax-xogħol bejn dawk li jitħaddmu mill-Gvern u dawk li jitħaddmu mal- kuntrattur. Imma, nistaqsih, fejn ma jidħolx il-Gvern? F'lukandi, f 'kumpaniji tas- sigurtà u tat-tindif? Hemm x'jiġri? Abela jammetti li f 'dan il-każ hemm diffikultà ta' natura legali. "Hemm employers li jduru magħha u ma jħallsux l-istess paga lil xi ħadd impjegat mal-lukanda u xi ħadd impjegat fl-istess lukanda imma li jaħdem mal- kuntrattur." Abela jispjega li l-argument li qed jintuża hawn huwa li l-ħaddiema tal-lukanda jitħallsu l-istess bejniethom u l-istess tal-kuntrattur, imma tal- lukanda m'għandhomx għalfejn jitħallsu l-istess daqs tal-kuntrattur (anke jekk jagħmlu l-istess impjieg) "għax dawn il-ħaddiema għandhom employer differenti." "Din l-anomalija għandha tkun indirizzata u allura l-ħlas ikun l-istess. Jien li jdejjaqni," ikompli jgħid Abela huwa li "ħafna employers li qed issemmi sejrin tajjeb, l-investimenti u l-qligħ tagħhom splodew, allura għall-ħaddiem isibuha daqshekk diffiċli biex isib flus u jżidlu l-paga?" minima... 'onest' mix-xellug L-investimenti u l-qligħ tagħhom splodew, allura għall-ħaddiem isibuha daqshekk diffiċli biex iżidulu l-paga? " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 April 2017