Illum previous editions

illum 9 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/809223

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

illum | Il-Ħadd 09 ta' April 2017 Minn Brussell 14 Quddiem u Il-laqgħa informali tal- EPSCO f 'Malta Minbarra dawn il-laqgħat formali tal-Kunsill, jiġu organizzati żewġ laqgħat oħra hekk imsejħa informali fejn għalihom jattendu 204 delegati, bil- ministri minn kull pajjiż Ewropew preżenti wkoll. Din il-ġimgħa kien imiss dak tal-EPSCO, fejn il- ministri ta' kull pajjiż kienu akkumpanjati bl-attaches u delegati mill-pajjiżi rispettivi. Anke l-ministri Maltin kienu akkumpanjati mit-tim ta' attaches u delegati tagħhom li jkunu ilhom xhur sħaħ jaħdmu u jlestu d-dossiers tagħhom fi Brussell biex jiġu diskussi f 'dawn il- laqgħat. F'dawn il-laqgħat jiġu diskussi suġġetti topiċi li huma sinifikanti u 'l fuq sew fuq l-aġenda (aktar milli dossiers leġiżlattivi li normalment ikunu diskussi fil-laqgħat formali tal-kunsill). Fil- fatt f 'dawn il-laqgħat, sew il-ministri li jkunu qed jieħdu sehem kif ukoll l-attaches u d-delegati li jakkumpanjawhom jittieħdu żjajjar kulturali mal-pajjiżi li jiltaqgħu fihom (li jkunu qed imexxu l-presidenza) u għalhekk ikunu jistgħu jiddiskutu l-istess suġġetti b'mod aktar komdu filwaqt li jaraw l-istati li jżuru kif ikunu mexjin mill-viċin. Il-Ministru Helena Dalli li hi responsabbli mid-djalogu soċjali, l-affarijiet tal-konsumatur u l-libertajiet ċivili, flimkien mal-Ministru Evarist Bartolo, il-ministru responsabbli mix-xogħol u l-Ministru Michael Farrugia li hu responsabbli mill-familja u s-solidarjetà soċjali kienu qed jirrapreżentaw lil Malta. Għal din il-laqgħa informali tal-EPSCO kien hemm preżenti t-tim li jaħdem fi Brussell dwar din il-politika meta għal xhur sħaħ qabel, dawn iltaqgħu mal-attaches kollha li ġew Malta għal din il-laqgħa u ħejjew ħafna mid- diskussjonijiet u dossiers mill-pajjiżi differenti biex jiġu diskussi mill-ministri tagħhom.Fil-fatt, l-attaches jassistu l-ministri tagħhom fid-diskussjonijiet u jipprovdu dak li jkunu ġabru flkimkien mat- timijiet tagħhom fil- working parties li jsiru kontinwament fi Brussell matul ix-xhur fid-dokumenti tal- ministri. Huma jaġixxu wkoll bħala pont bejn it-timijiet tal-loġistika u d-delegazzjonijiet. Għall-attache trip, iż- żewġ attaches Lorenzo Vella u Antonella Gatt flimkien mas-senior policy officers Terence Sacco, Daniela Sabino u Jessica Sevasta ħadmu id f 'id mal-ministeri rispettivi u mat-timijiet tal-loġistika biex ippreperaw programm mill-aqwa li kien jinkludi żjajjar kulturali fejn John Busuttil minn Brussell illum@mediatoday.com.mt Esperjenza personali tal-informal meeting tal-EPSCO f 'Malta Il-Ministru Farrugia waqt il-pranzu mal-ministri l-oħra tal-EPSCO u jkomplu jiddiskutu s-suġġett b'mod aktar informali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 April 2017