Illum previous editions

illum 9 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/809223

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 09 ta' April 2017 Sports 28 minn Cristian Antony Muscat Birkirkara ................ 3 Balzan ..................... 1 BIRKIRKARA kkonvinċew bis-sħiħ meta għelbu lil Balzan bl-iskor ta' 3-1. Kien biss fl-24 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta' nota fil-partita meta Ryan Fenech għal Balzan kellu freekick insidjuż jintemm barra. Iżda fil-minuti li segwew, Birkirkara bdew jirriżultaw bħala l-aqwa tim fl-ewwel taqsima u meritatament fetħu l-iskor fis-36 minuta meta wara li rċieva kross mil-lemin, Srdan Dimitrov kellu xutt bid-dawra minn tarf il-kaxxa li ntemm fir-rokna tax- xibka. Balzan wieġbu fit-43 minuta meta Bojan Kaljevic għadda tajjeb lejn Alfred Effiong li minn qagħda ideali ra x-xutt tiegħu jintemm ftit barra mil-lasti difiżi mill-goalkeeper ta' Birkirkara, Henry Bonello. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima kienu Balzan li ħarġu fuq l-offensiva fit-tentattitv ovvju li jġibu l-iskor indaqs u fit-53 minuta, xutt fil-baxx id-distanza ta' Ryan Fenech għadda ċentimetri barra mil-lasti ta' Henry Bonello. L-Istripes irrispondew żewġ minuti biss wara permezz ta' xutt minn distanza konsiderevoli ta' Gonzalo Malan li ħareġ l-aħjar tal- goalkeeper Ivan Janjusevic li dawwar il-ballun f 'corner. Iżda kienu Balzan li rnexxielhom isibu x-xibka biex ġabu l-iskor indaqs fis- 57 minuta meta Anderson De Barros xeħet cross lejn Bojan Kaljevic li permezz ta' xutt mill-ewwel mill-qrib tefa' l-ballun wara Henry Bonello. Iżda l-Istripes wettqu reazzjoni tajba u fit-62 minuta rebħu penalti meta Elkin Orlando Serrano Valero waqqa' lil Srdan Dimitrov fil-kaxxa biex mill-11-il metru nkariga ruħu Gonzalo Malan li ma żbaljax. Balzan tilfu ċans tad-deheb li jġibu l-iskor indaqs fid- 69 minuta meta Bojan Kaljevic avvanza tajjeb fil-kaxxa, ġie wiċċ imb'wiċċ mal-goalkeeper Henry Bonello kellu l-konklużjoni tiegħu tintemm ftit barra. Birkirkara komplew ikabbru l-marġni tal-iskor fl-84 minuta meta Edward Herrera għadda tajjeb lejn Vito Plut li mill-viċin tefa' ġewwa. Birkirkara - Bonello, Herrera, Bubalovic, Sciberras, Andelkovic, Guillaumier (Agius 77'), Vukanac, Zerafa, Malan (Brincat 90'), Attard, Dimitrov (Plut 68') Balzan - Janjusevic, De Barros, Grima (Lapira 82'), Giglio De Oliveira, Da Silva Souza, Fenech (Micallef 68'), Bezzina, Kaljevic, Effiong, Serrano Valero, Piciollo (Agius 54') Referi - Glen Tonna SRDAN DIMITROV Ġie vvvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Skorja l-ewwel gowl għal Birkirkara f 'din il-partita. Huwa wieħed mill- aqwa plejers barranin li jimmilitaw fil-Kampjonat BOV Premier. Birkirkara jikkonvinċu u jegħlbu lil Balzan Alan Da Silva Souza ppressat minn Matthew Guilaumier u Srdan Dimitrov Ritratt: www.birkirkarafc.com

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 April 2017