Illum previous editions

illum 9 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/809223

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

illum | Il-Ħadd 09 ta' April 2017 Sports 34 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Meta kont żgħir konna nilagħbu fit-triqat. It-taħriġ tagħna kien mit- tmienja ta' filgħodu sat-tmienja ta' filgħaxija sajf u xitwa. Kif nispiċċaw l-iskola konna nagħmlu x-xogħol tad-dar u noħorġu nilagħbu. Meta kelli tlettax jew erbatax-il sena, kien hemm Joe Baldacchino, illum mejjet, li kien għaqqad tim Ħaż-Żebbuġ. Dħalna fl-under 16 u wara dħalna maż-Żebbuġ Rangers, u bqajna telgħin minn hemmhekk. Tgħidlix kif spiċċajt goalkeeper għax ma nafx. Int kont goalkeeper u lgħabt ukoll fl- ogħla livelli. Lgħabt ħafna ma' Żebbuġ Rangers, imbagħad mort ma' Floriana, u għamilt ukoll sena ma' Birkirkara, wara li kont diġà rtirajt u rġajt dħalt ftit. Lgħabt ukoll mat-tim nazzjonali u anki mal-ameteurs (li kienu qishom l-under 21) u anki lgħabt tmien logħbiet mal-kbar. Bħala kowċ irbaħt ukoll il-kampjonat ma' Hibernians. Bħala plejer, kulma kelli klabbs kienu Haż-Żebbuġ, il-Furjana u Birkirkara. Bħala kowċ dħalt ma' Birkirkara għax imbagħad Hoerst Heese ġabni nikkowċja l-MFA. Ikkowċjajt lit-tim nazzjonali Malti ta' taħt is-sittax-il sena, ta' taħt it-tmintax-il sena u taħt il-21 sena. Kont ukoll assistant coach tat-tim nazzjonali, phsyical trainier u għamilt interim coach darbtejn mat- tim nazzjonali Malti. Wara għamilt disa' snin mal-Hibs fejn fost l-oħrajn irbaħt il-kampjonat u t-Trophy. Issa ili ħames snin nokkupa l-irwol ta' Direttur Tekniku tal-MFA. X'differenza tara bejn it-tim nazzjonali tal-lum u t-tim nazzjonali ta' żmienek? Avvanzi saru ħafna. Però hawn min jgħid li fid- disgħinijiet, fi żmien Carmel Busuttil u John Buttigieg, il-futbol Malti kien jipproduċi plejers aħjar. Meta nsemmu l-plejers tal-passat bħal Carmel Busuttil, Ray Vella, John Buttigieg, dawk nafu li huma plejers eċċezzjonali u allura jkollna l-memorja tagħhom. Però llum hawn plejers oħrajn li huma ta' livell u li laħqu l-livell tagħhom. Jekk mhux aħjar minnhom, żgur li qegħdin tampar xulxin. Għaliex m'aħniex nesportaw plejers barra minn Malta? Għaliex il-plejers Maltin ma jridux imorru? Jien issa ili ħames snin fl-MFA. Ħdimna ħafna fil-youths. Kważi l-iffukar ewlieni aktar qiegħed fuq il- youths milli fuq it-tim nazzjonali tal- kbar. Ipproduċejna ħafna plejers u fil- lista li għandi taż-żgħażagħ li bgħatna barra, tirrealizza li bgħatna aktar minn għoxrin plejer dal-aħħar ħames snin. Tlettax minnhom kienu requests minn barra għax rawhom jilagħbu huma mat-tim nazzjonali. L-iscouts ġew, bagħtu għalihom, marru hemmhekk, u saħansitra seba' minnhom damu aktar minn sena, bħal Luke Montebello, Matthew Guillaumier, Jake Grech, Conor Borg... Huwa ta' sodisfazzjon kbir għalina li għamlu din l-esperjenza. Il-kumplament tal-plejers l-oħra marru huma jilagħbu u mhux intgħażlu minn xi tim. X'inhuma imma r-raġunijiet li ġew lura wara sena? Ir-raġunijiet ewlenin huma tnejn. Waħda li jkunu jridu jiġu jkomplu l-iskola jew l-Università u t-tieni raġuni hija minħabba li jkollhom il- familja hawn Malta u forsi anki t-tfajla tagħhom hawn. Għaliex ir-riżultati tat-tim nazzjonali mhumiex jaslu? Għaliex nikkuntentaw li nġibu telfa minima? Aħna min-naħa tagħna, m'aħniex kuntenti li nitilfu, la bi skor kbir u lanqas bi skor żgħir. L-għan tagħna huwa li nġibu r-riżultati. Però aħna qed nilagħbu f 'livelli għoljin ħafna. Fl- aħħar logħbiet ta' kwalifikazzjoni, kien hemm tliet timijiet li lagħbu fit-Tazza tad-Dinja. Din id-darba għandna l-Ingilterra u l-Iskozja. Mhumiex logħbiet faċli. Qed niġu kontra timijiet ta' fama mondjali. Mhux faċli ġġib riżultati. Min-naħa l-oħra, it-tieni għan tagħna hu li ma naqalgħux damdima imma niksbu r-rispett tal- avversarju tagħna. Il-kowċ Pietro Ghedin għandu l-fiduċja assoluta tal-MFA? Iva. X'tikkummenta fuq it-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena li kiseb tragward storiku ta' 11-il punt fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej? F'dak it-tim, trid tikkunsidra li kien hemm plejers li kienu tas-sena 1997 u l-1998 u allura din il-kompetizzjoni jerġgħu jilħquha għal drabi oħra. Dan l-aħħar lgħabna mal-Portugall. Meta tħares meta twieldu, tirrealizza li l-plejers magħżula jkunu twieldu f 'Jannar jew Frar. Aħna m'aħniex hekk, anzi lgħabna bi plejers li, mhux talli mhumiex ta' dik is-sena, talli huma iżgħar sew minnhom u xorta marru tajjeb. F'dik l-età, sena tagħmel differenza kbira. U r-riżultati kienu vera viċin. Talent jidher li hemm. Però meta niġu għall-kbar... Hemmhekk imbagħad jidħol il- professjonaliżmu. Liż-żgħażagħ qed nagħtuhom exposure. Per eżempju aħna għandna plejers tas-sena 1997/98 li diġà lagħbu madwar 30, 35 logħba internazzjonali. Jiġifieri l-investiment fihom huwa kbir. Issa qed jaslu fi stat fejn fil-minors, peress li l-league mhux daqshekk prestiġġjuż, qed jilagħbu mat-tim tal-kbar. Però jekk tneħħi lil Jake Grech u lil Guillaimeer, l-oħrajn mhux qed isibu spazju. Forsi jidħlu ftit, imma daqshekk. Minħabba l-plejers barranin? Taqbel mal-ammont ta' barranin li qed jilagħbu Malta? Mhux minħabba l-plejers barranin. Jien nemmen li jekk għandhom jiġu l-barranin ikunu verament aħjar mill-plejers Maltin u mhux barranin li huma tampar il-plejers lokali. Kieku jkolli nagħmel il-liġi jien, kieku, biex plejer barrani jilgħab Malta jrid ikollu fis-CV ċertu kwalifiċi. Pereżempju jekk jiġi Taljan, irid ikun lagħab tal-anqas ħames logħbiet fis-Serie A, jew 15-il logħba fis-Serie B. Ikollok ftit imma jkollok potenzjal. Dawk li jiġu verament iridu jkunu ta' stoffa li fl-aħħar mill-aħħar jagħmlu l-ġid lill- futbol Malti. U x'taħseb fuq 14-il tim fil- Kampjonat Premier? Tgħin Jiena nemmen li 14-il tim fil- Kampjonat Premier huma ħafna. Però għalkemm ma nixtieqx li jkun hemm 14, m'iniex nagħlaq il-bieb. Nistgħu naraw taħdimx u wara ngħaddi l-ġudizzju tiegħi. Xi tgħidli dwar il-kummenti ta' Andrè Schembri wara l-partita kontra l-Ingilterra? Tħoss li l-messaġġ li qed tipprova twassal l-MFA, qed jasal biżżejjed? Aħna x-xogħol tagħna nagħmluh u nagħmlu xogħol enormi. Trials nibgħatu bl-addoċċ. Kemm ili Direttur Tekniku tal-MFA, bgħatna 'l fuq minn elf tifel għal trial barra minn Malta. Però, ġieli tinzerta sena fejn ma nkunux daqshekk tajjeb. Pereżempju kellna s-sena tal-1999 ma kinitx tajba daqshekk u ma ntuhomx tort sa barra għax għamilna sena, sentejn iffukati fuq is-sena tal-1998 għax kellna l-finali hawn. Allura dik l-età traskurajnieha ftit. Però issa, is-snin tal-2000 u tal-2001 erġajna qbadna sew u qed nivestu ħafna fihom. Plejers barra qed nibagħtu. Ix-xogħol qed isir. Jista' jkun li meta tkellem Andrè Schembri, peressli qed jilgħab barra, ma kienx jafx x'qed isir sew hawn Malta. Forsi meta jkun hawn, nixtieq li jiġi xi darba u nispjegawlu sew. X'inhu l-aħħar messaġġ tiegħek għal min jixtieq jibda karriera fil-futbol? X'jagħtik il-futbol? Il-futbol jagħtik it-tieni familja. Hawn ġieli nqatta' mit-tmienja sat- tmienja. Hawn ħafna xogħol xi jsir. Aktar inqatta' ħin fl-uffiċċju milli mat-tfal u man-neputijiet tiegħi. Ġieli narahom fil-weekend biss. Għalija l-futbol huwa stil ta' ħajja. Għalija mhuwiex xogħol imma passjoni. Qas inqisu bħala xogħol. Ġieli nagħmel għaxar sigħat xogħol, lanqas ninduna li għadda daqshekk ħin u li sar il-ħin. U bħali hemm l-istaff tiegħi, li hu staff tal-ġenn u wieħed mill-aqwa staff li qatt kien hawn. Għandna 12-il persuna full time, tliet kowċis diġà professjonali, sitta oħra dalwaqt jingħaqdu magħhom u jsiru professjonali, ħafna kowċis kwalifikati. Għandna taħlita sħiħa. Il-coach Fil-qalba tal-isfidi tal-futbol Cristian Antony Muscat "Il-futbol jagħtik it-tieni familja. Hawn ġieli nqatta' 12-il siegħa sħaħ. Għalija l-futbol huwa stil ta' ħajja. Għalija mhuwiex xogħol imma passjoni" "Nemmen li 14-il tim fil-Kampjonat Premier huma ħafna. Minkejja dan, m'iniex nagħlaq il-bieb. Nistgħu naraw taħdimx u wara ngħaddi l-ġudizzju tiegħi" Robert Gatt - Direttur Tekniku tal-MFA u sforz ta' din il-kariga importanti u prestiġjuża li jokkupa jinsab l-qalba tal-isdi tal-futbol lokali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 April 2017