Illum previous editions

illum 16 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/811848

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Aħbarijiet 11 Il-Ħadd 16 ta' April 2017 | illum tajr ikkulurit u frejjeġ kbar Tajjar tajra f 'Bermuda L-ikel u t-tajr huma prijoritaijiet waqt l-Għid fil-gżira f ' nofs lAtlantiku ta' Bermuda. Fi tmiem il-ġimgħa ddedikat għall-Għid, in-nies ta' Bermuda joħorġu t-tajra tagħhom u erħilhom itajruhom fis- sema. Għal dan jieħu sehem kważi kulħadd, kbar u tfal. Fil-maġġoranza tiegħu, it-tajr isir mill-persuni li jtajruhom stess u jagħmluhom kbar u mimlija kulur, sabiex jidhru sew meta jkunu qed jittajru. Din it-tradizzjoni kienet bdiet meta lura fiż-żmien, għalliem Ingliż li kien qed jgħallem fil-gżira, bena tajra sabiex jispjega aħjar it-tlugħ is- sema ta' Ġesú. Għalhekk, kull sena, il-persuni ta' Bermuda jaraw min se jkun qed jagħmel l-ikbar tajra u l-iktar waħda mżewqa b'kemm jista' jkun kuluri. Halloween fl-Għid fl-Iżvezja Fl-Iżvezja, l-Għid m'għandux sinifikat daqstant reliġjuż, u l-ġurnata propja tal-Ħadd hi kkaratterizzata minn ikliet differenti, ħafna minnhom li jinkludu bajd u aringi, flimkien ma' platt tipiku bl-isem ta' 'Jansson's Temptation'. Minkejja dan, fil-ġranet ta' qabel il-jum propju tal-Għid, it- tradizzjoni Żvediża titlob li t-tfal jilbsu ta' sħaħar. Dan kważi kważi jixbaħ dak li l-istess tfal jagħmlu fil-bidu ta' Novembru għal Halloween. Fil-fatt, it-tfal jilbsu dbielet twal, bi mkatar marbuta ma' rashom, xkupa u rtokk pariġġ, imbagħad, dawn iduru d-djar tal-madwar u jitolbu l-ħelu u ċ-ċikkulata, u f 'xi każi, jpartuhom ma' tpinġijiet li jkunu għamlu t-tfal. Ħasla ilma jew fwieħa fl-Ungerija jew il- Polonja L-Ungeriżi għandhom tradizzjoni li kapaċi tiffriskak jew iġġibek qisek fellus hekk kif fi żmien l-Għid, il- ġuvintur Ungeriżi jitfgħu bramel sħaħ ta' ilma fuq it-tfajliet u wara jitolbuhom bewsa. Il-ħsieb wara dan kien li l-ilma jnaddaf u jgħin fil-fertilità ta' dawn in-nisa. Maż-żmien, din it-tradizzjoni nbidlet xi ftit u tista' tgħid li ġiethom tajba lit-tfajliet Ungeriżi, hekk kif iktar riċenti, ma baqgħux jinħaslu bi bramel ta' ilma iżda jitfgħulhom xi ftit fwieħa jew ilma mfewwaħ. Il-leġġenda tgħid li dawk it-tfajliet li jieħdu tixriba, jistgħu jippreparaw għall-ħajja miżżewġa hekk kif ikunu mistennija li jiżżewġu fi żmien sena. Tradizzjoni simili tinstab mhux wisq 'il bogħod mill-Ungerija, fil-Polonja hekk kif fi tradizzjoni msejħa Smingus-Dyngus, subien u ġuvintur jitfgħu bramel ta' ilma jew pistoli tal-ilma lil kull min jiġi quddiemhom. Anġli u purċissjonijiet fil-Filippini L-Għid u l-Filippini ġeneralment huma magħrufa għal tradizzjonijiet partikolari bħal dik li rġiel jiddeċċiedu li jissalbu vera f 'purċissjonijiet biex ifakkru l-passjoni ta' Ġesú. Minkejja dan, hemm purċissjoni oħra li ssir fil-Filippini u li b'differenza, tinvolvi tfal ċkejknin lebsin ta' anġli. Din tibda kmieni filgħodu mas-sebħ u tqun maqsuma fi tlieta. Minbarra l-purċissjoni bit-tfal, ikun hemm ukoll purċissjoni bl-irġiel li jkunu qed jimxu wara xbiha ta' Kristu rxoxt u purċissjoni oħra ta' nisa li jkunu qed iġorru xbieha tal-Madonan b'velu iswed. Meta t-tliet purċissjonijiet jiltaqgħu fil-knisja, l-anġli ċkejknin ineħħu l-velu iswed minn fuq ix-xbieha tal-Madonna, u hemmhekk ikunu jistgħu jibdew iċ-ċelebrazzjonijiet. Froġa sħiħa f 'nofs Franza Jekk tkun se tqatta' l-jiem tal-Għid fil-Lbiċ ta' Franza, stenna li se tiekol froġa, filgħodu, wara nofsinhar u filgħaxija. Fil-villaġġ ta' Haux qrib Bordeaux, fl-Għid issir froġa magħmula minn iktar minn 4,500 bajda, li titma iktar minn 1,000 ruħ. Din il-froġa tissajjar f 'ambjent ta' fest fil-pjazza prinċipali tal-villaġġ. Din it-tradizzjoni taf l-għeruq tagħha lil Napuljun meta dan il-ġeneral kien qed jivjaġġa mill-belt, u waqaf f 'Haux sabiex jiekol l-omelets. Tant kemm għoġbitu l-idea lil Napuljun, li ordna lin-nies tal-villaġġ sabiex jiġbru l-bajd kollha li setgħu biex jagħmlu froġa enormi biex titma lill-armata tiegħu fil-ġurnata ta' wara.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 April 2017