Illum previous editions

illum 16 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/811848

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

illum | Il-Ħadd 16 ta' April 2017 Intervista 12 Żieda fit-tip ta' reati...iżda "F'DAWN l-aħħar snin kien hawn perċezzjoni ta' żieda fin- numru ta' reati, iżda fil-verità kien it-tip differenti ta' reati li żdied u mhux l-ammont." Din hija r-risposta ta' Saviour Formosa, Professur tal- Kriminoloġija, għall-perċezzjoni li bħalissa hawn fost ħafna Maltin, li r-reati f 'pajjiżna qegħdin jiżdiedu u li pajjiżna m'għadux sigur bħalma kien qabel. Din il- perċezzjoni bħalissa qed tissaħħaħ permezz tal-media, li tirraporta dwar reati vjolenti u gravi. Din is-sena f 'pajjiżna, saħansitra, diġà kellna ħames omiċidji. Formosa spjega f 'intervista mal- ILLUM, li kif juru l-fatti u mhux il-perċezzjonijiet, il-kriminalità timxi skont il-bidliet fis-soċjetà, u li wieħed għandu jħares lejn iż-żewġ estremi li huma kaġun tal- kriminalità. "F'estrem wieħed tal- iskala", spjega Formosa, "hemm il- faqar assolut, li jġiegħel bniedem iwettaq reati biex litteralment ikollu biex jiekol u jgħix, mentri fuq in-naħa opposta tal-iskala hemm l-affluenza kbira fejn ikun hemm ħafna flus u kummerċ li jwasslu biex il-livell ta' kriminalità jikber. Bejn iż-żewġ estremi, imbagħad wieħed isib 'il-griż' tat- triq tan-nofs." Formosa spjega dan billi qal li f 'Malta, fis-snin 50 u 60, in- numru ta' reati kien żgħir għax l-opportunitajiet kienu ftit, iżda l-ftit reati li twettqu, kienu jkunu ta' natura gravi. Huwa żied jgħid li tul iż-żminijiet il-kriminialità tgħaddi minn perjodi fejn togħla jew titbaxxa, skont is-sitwazzjoni li tkun għaddejja minnha s-soċjetà inġenerali f 'dak il-perjodu. Formosa sostna li filwaqt li x-xewqa tkun dejjem li ma jiġux imwettqa reati għax jinstabu modi kif jiġu evitati, il-fatt huwa li hekk kif is-soċjetà tinbidel, dejjem jinħolqu kawżi u opportunitajiet ġodda biex jinħolqu tip ta' reati differenti. Fl-2013, l-istatistika wriet li l-reati f 'pajjiżna kien żdiedu bi 13% . Dwar dan iżda, Formosa staqsa x'tip ta' reati kienu jammontaw għal din iż-żieda; "reati gravi u makabri jew rapporti ta' kull tip ta' reati?" Dan għaliex, spjega Formosa, iċ-ċifri tal-istatistiċi huma magħmulin mir-rapporti li jsiru. Bħala eżempju, il-Professur semma' kif fl-2013, kien hemm il-każ tal-kupanija Palumbo, li minħabba inċident li kkawża ħsarat lil bosta persuni, numru ta' 600 rapport fuq danni, magħmula fuq inċident wieħed, tellgħu ċ-ċifri biex jirriflettu fiż-żieda ta' 13%. Mill-2013 s'issa, ir-rata ma naqsitx imma laħqet punt stabbli, fejn id-differenza issa hija biss fit-tip ta' reati li jiġu mwettqa, aktar milli l-ammont tagħhom. Hemm ħames kategoriji ta' reati...bil-vjolenza domestika l-aktar waħda komuni Ir-reati rrappurati lill-Pulizija, speċjalment f 'dawn l-aħħar snin, jistgħu jinqasmu f 'ħames kategoriji. L-ewwel kategorija ta' reati huma dawk marburtin mas-serq. It- tieni waħda hija dik li għandha x'taqsam ma' danni, fi ħsarat fuq proprjetà u vetturi. It-tielet kategorija tinkludi vjolenza kkawżata minn ġlied, li l-professur qal li fi żmien is-sajf, biż-żieda fit- temperatura u konsum ta' alokoħol ikun hemm aktar każi rrappurtati. Dwar il-vjolenza fiżika, Formosa spjega li minkejja l-qtil li seħħ fil-bidu ta' din is-sena, li saru b'daqqiet ta' skieken u madum jew tiri b'armi tan-nar, fil-verità, ir-reati ta' vjolenza fiżika gravi u omiċidju qegħdin jonqsu aktar ma jmur iż-żmien, iżda l-metodi li bihom saru l-aktar omiċidji reċenti rrapportati fuq il-media, qed jagħtu l-perċezzjoni ta' żieda. "Filfatt bħalissa għaddejjin ukoll minn mewġa ta' bombi fil-karozzi, mewġa li l-aktar każ li werwer lin- nies kien dak tal-Imsida, li kien l-aktar wieħed li seta jipperikola nies innoċenti minħabba l-post fejn sar." Ir-raba' kategorija ta' reati, li bħalissa hija l-iktar waħda li qed ikun hawn rapporti dwarha, u li mill-2007 'l hawn kienet l-unika kategorija li rat żieda, kienet dik tal-vjolenza domestika. Formosa ddeskriva l-vjolenza domestika bħala "reat moħbi", li jsir ġewwa d-dar u anke fih innifsu jinqasam f 'żewġ tipi differenti, dak fiżiku u dak psikoloġiku. Formosa spjega li ħafna mir-rapporti ta' vjolenza domestika jkunu ta' natura psikoloġika, li jvarjaw minn intimidazzjoni, theddid u anke 'stalking', u filwaqt li dawn ma jkollhomx provi fiżiċi tanġibbli meta jsiru r-rapporti dwarhom, l-ammont qiegħed jiżdied aktar kull sena. Il-ħames kategorija hija dik tal-frodi, li minkejja li dawn il- każi mhumiex sensazzjonali daqs omiċidji, serq u ġlied, fis-soċjetà tal-lum, huma reati li dejjem qegħdin jiżdiedu wkoll. "Dawn il-ħames kategoriji bejniethom, jammontaw għal 90% tar-reati kollha li jsiru f 'pajjiżna, u tul l-aħħar snin, ħlief għall- vjolenza domestika, kollha naqsu," spjega Formosa. Tmur fejn tmur illum, tajjeb li toqgħod attent xi tpoġġi fil-bwiet Tul is-snin, reat ieħor li qed jara żieda konsiderevoli, huwa dak tal- 'pickpocketing', is-serq ta' kartieri, mobiles u oġġetti oħra mill-bwiet tan-nies li jseħħ f 'toroq u postijiet iffullati. Formosa spjega li dan huwa ċirku kriminali organizzat, fil-maġġoranza b'serq kommess minn nies barranin li jagħmlu parti minn network organizzat, bħalma qed jitfaċċaw fil-pajjiżi kollha tal-Ewropa. "Il-'pickpocketing' huwa reat relattivament ġdid għal Malta," spjega l-kriminologu, li żied jgħid li qabel konna nisimgħu biss bi ftit każi l-Belt, imwettqin minn grupp ta' nies ta' nazzjonalità partikolari. Dawn inqabdu mill-Pulizija u għal xi żmien waqfu, qabel dan l-aħħar, reġa' tfaċċa network organizzat li żied dawn it-tipi ta' serq minn fuq il-persuna, speċjalment f 'postijiet li joffru l-aktar opportunità biex dan isir, bħal postijiet iffullati fil- Belt, Paceville u waqt avvenimenti li jiġbdu l-folol. Formosa spjega l-'pickpocketing', li qiegħed jara żidiet ta' madwar 500 każ fis-sena qiegħed jikkontribwixxi fiż-żieda tat- total ta' reati mwettqa f 'sena, li jammontaw għal ħafna aktar minn kull każ ta' vjolenza. Filwaqt li żieda fil-'pickpocketing' mhux ħaġa sabiħa, il-fatt li dawn, u mhux reati vjolenti jikkonsistu fil-maġġoranza tar-reati li jseħħu f 'sena, għandu jserraħ daqsxejn moħħ in-nies li s-sigurtà ta' pajjiżna għadha mhux mhedda daqs kemm hija l-perċezzjoni. Ħafna reati qed iseħħu għall- kontroll ta' territorju jew xi tip ta' kummerċ Ħafna mir-reati li seħħew dan l-aħħar, speċjalment il- bombi fil-karozzi u wħud mill-omiċidji, possibilment saru fiċ-ċentru tad-dinja kriminali nnifisha, għall-kontroll ta' territorju jew ta' xi tip ta' kummerċ jew attività kriminali. Bħalissa din ir-ritaljazzjoni kriminali qiegħda ssir permezz ta' bombi, bl-istess mod kif ftit taż- żmien ilu kienet issir permezz ta' sparar fuq xulxin. Ir-rapporti fuq il-media, minħabba li l-metodu tar-reat huwa wieħed xokkanti, iżid il-biża' u l-perċezzjoni ta' insikurezza fil-pajjiż. Filwaqt li għall-poplu Malti, ħames Hemm il-faqar assolut, li jġiegħel bniedem iwettaq reati ... u l-auenza kbira li twassal biex il-livell ta' kriminalità jikber Fi Strada Stretta, l-Belt, bil-ftuħ ta' numru kbir ta' ristoranti u bars f 'post daqshekk ristrett u dejjaq, inħolqot opportunità kbira għal reati bħal pickpocketing " " " " Ruben Anthony Xuereb rxuereb@mediatoday.com.mt L-ILLUM titkellem ma' Professur tal-Kriminoloġija dwar it-tipi differenti ta' reati, kemm jitwettqu minnhom u għal liema raġuni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 April 2017