Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/811848
Il-Ħadd 16 ta' April 2017 | illum Intervista 13 omiċidji fis-sena jidhru bħala ċifra inkwetanti, meta mqabbla mal- pajjiżi l-oħra, għadna fost l-inqas pajjiżi fejn isiru omiċidji, u dawk li jsiru jkunu kważi kollha bi skop kriminali jew bi tpattija. Il-post jiddetermina n-numru ta' reati...skont l-ammont ta' nies u opportunitajiet li dan joffri Il-popolazzjoni ta' Malta dejjem tiżdied, u minbarra l-Maltin, kull sena pajjiżna jara żieda ta' madwar 200,000 ruħ aktar, li jagħmel lil pajjiżna wieħed mill-ogħla densità ta' popolazzjoni fid-dinja. "Dan joħloq opportunità għal aktar reati, kif ukoll iżid in-numru ta' vittmi potenzjali." Formosa qal li tajjeb li wieħed jinnota, li għall-ammont ta' barranin li hawn f 'pajjiżna, jekk nieħdu ċifra ta' 200,000, suppost in- numru ta' reati seta' jiżdied b'1,500 fis-sena, li fortunatament, qatt ma kien il-każ f 'Malta. Il-kriminologu ssokta jispjega li r-rata ta' reati komessi f 'postijiet differenti tiġi ddeterminata mill-opportunatijiet li dan il-post joffri. Bħala eżempju huwa ġab Strada Stretta, fil-Belt, li filwaqt li sa ftit ta' snin ilu ma kien hemm xejn, illum, bil-ftuħ ta' numru kbir ta' ristoranti u bars f 'post daqshekk ristrett u dejjaq, inħolqot opportunità kbira għal reati bħal 'pickpocketing'. Żieda fil-barranin ġabet magħha żieda fl-opportunitajiet għal aktar reati differenti Il-perċezzjoni tan-nies dwar min qed jikkommetti l-maġġorparti tar-reati, huwa bbażat fuq dak li jaraw fuq il-media. Huwa fatt li kuljum aktar nisimgħu b'barranin milli Maltin involuti f 'reati ta' serq, vjolenza u droga. L-ILLUM staqsiet lill-Professur Formosa jekk din hix biss perċezzjoni tal-poplu, jew sitwazzjoni reali. Formosa spjega li l-bidla tinħoloq permezz tal- opportunità u l-istess bidla, toħloq ukoll metodi ġodda ta' kif jitwettqu reati. Huwa żied jgħid li jekk nikkunsidraw li l-popolazzjoni ta' Malta żdiedet b'mod konsiderevoli fl-aħħar snin, hemm ċans ikbar li ħafna aktar reati se jitwettqu minn barranin. Dan il-fenomenu beda mis- snin 80, meta n-numru ta' reati mwettqin mil-Libjani li bdew jiġu Malta, fil-maġġorparti fuq Tuneżini u Eġizzjani, u mhux fuq Maltin, żied l-ammont totali ta' reati mwettqin f 'Malta f 'sena. Formosa emfasizza li wieħed qatt ma jista' jsostni li kull barrani, jew kull persuna ta' nazzjonalità partikolari huwa suġġettibli għall- reati, iżda huwa minnu li ż-żieda fil-popolazzjoni ġabet magħha anke żieda u bidla fil-mentalità u l-metodoloġija kriminali. "Aktar ma bdew jiġu nies ta' nazzjonalitajiet differenti f 'pajjiżna, aktar bdew iġibu magħhom il- metodi u l-vizzji li f 'pajjiżhom kienu aktar komuni u li għal hawn Malta kienu novità kemmxejn xokkanti." In-nazzjonalitajiet differenti effetwaw ukoll il-mod kif bdew isiru ċerti omiċidji u anke t-tip ta' drogi li bdew jiddaħħlu f 'pajjiżna u l-mod kif bdew jiġu ttraffikati. "Dan jidher ukoll mill- fatt li 25% tal-ħabsin fil-ħabs ta' Kordin huma barranin," żied jgħid Formosa. Kull kultura għandha metodu kriminali partikolari għaliha Il-Professur tal-Kriminlogija spjega lill-ILLUM li tmur fejn tmur fid-dinja, kull kultura differenti għandha metodu kriminali tipiku u partikolari għaliha. Lil hinn mit- tikketti li ħafna nies jassoċjaw tip ta' reat ma' nazzjonalità partikolari, hemm biċċa verità dwar il-fatt li pereżempju l-'pickpocketing' isir primarjament minn nies ta' nazzjonalità partikolari, u meta dan ir-reat ippruvaw jikkopjawh xi Maltin, ma marrux tajjeb fih u waqfu. Formosa semma' li ċertu tip ta' omiċidji, ikunu assoċjati ma' ċertu tip ta' nies u ċertu tip ta' vjolenza partikolari ma tkunx ħaġa tipika li se twettaq persuna Maltija, minkejja li l-Malti jaf ikun vjolenti wkoll bil-mod tiegħu, bħalma rajna f 'dawn l-aħħar xhur fejn saħansitra sar qtil permezz ta' maduma. Mistoqsi jekk il-media tistax tikkontribwixxi biex tagħti ideat jew tħajjar kriminal kif jista' jwettaq reat, Formosa sostna li dan mhux il- każ u metodoloġija kriminali mhux ħaġa li tiġi kkupjata. Il-Kriminologu Saviour Formosa temm l-intervista tiegħu mal- ILLUM billi reġa' xtaq iserraħ moħħ il-qarrejja li l-gravità tar-reati fis-sena, qiegħda fil-verità tonqos, u huwa biss il-metodu u l-ħruxija ta' ċerti każi rrapporttati fil-media li qiegħed jibqa' f 'moħħ in-nies, metodu li dejjem se jinbidel tul iż- żmien. reati...iżda mhux fin-numru L-aktar każ ta' karozza bomba li werwer lin-nies kien dak tal-Imsida, li kien l-aktar wieħed li seta' jipperikola nies " " Ritratt: James Bianchi Saviour Formosa, Professur tal-Kriminoloġija