Illum previous editions

illum 16 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/811848

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

illum | Il-Ħadd 16 ta' April 2017 Minn Brussell 14 Leħen l-Ewropa mhux joħroġ biżżejjed AKKADEMIĊI, studenti u amministraturi mill-fakultà tas-Social Wellbeing (Tisħiħ tas- Soċjetà) mill-Università ta' Malta kienu mistiedna fi Brussell. Mertu ta' żewġ MPE Maltin, Miriam Dalli u Therese Comodini Cachia li mingħajr ma ħarsu lejn kuluri u timbri politiċi, ħadmu id f 'id favur il-poplu Malti u stiednu grupp ta' 10 persuni biex jesperjenzaw mill-qrib dak li qed jinħema fi Brussell f 'dak li jirrigwarda l-aġenda soċjali. Il-grupp ta' 10 kien immexxi mid-dekan tal- Fakultà Andrew Azzopardi, mid-Deputat Dekan u kap tal-psikoloġija DrGreta Darmanin Kissaun, mill- Kap tal-counselling u President tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal- Counselling, Dr Dione Mifsud u mill-psikjatra u chairman tas-servizzi mentali u senior lecturer fl-Università Dr Anton Grech. Magħhom ingħaqdu sitt studenti, Andrea Amato Gauci, studenta tal-psikoloġija, Solange Abela studenta tal-istudji taż-żgħażagħ, Maude Muscat, lecturer fl-istudji taż-żgħażagħ, Lara Ellul assistenta tad-dekan, Karen Decelis studenta tal-counselling u Renita Agius amministratur fid- dipartiment tal-familja. Fi programm intensiv dawn kollha ltaqgħu f 'laqgħat ma' diversi organizzazzjonijiet politiċi u anke NGO's li jaħdmu fi Brussell u skont huma stess tgħallmu ħafna, anke jekk uħud minnhom għandhom esperjenzi kbar Internazzjonalment fejn jidħlu konferenzi u seminars fuq is-suġġetti li huma esperti fih. Iltaqgħu ma' diversi MPE barranin barra mal-istess Miriam Dalli u Therese Comodini Cachia, iltaqgħu wkoll ma' membru mill-Autism Europe, mal-Caritas Europe, mal-European Youth Forum, Ilga Europe, ma' Aldo Xhani tal-ALDA u anke sabu l-ħin biex anke jiltaqgħu miegħi biex nintervistahom fuq il-paġni tagħna minn Brussell. U dan kollu fi tlitt ijiem. Tistgħu taħsbu kemm kellhom free time għalihom, speċjalment li hawn il-ħwienet fi Brussell jgħalqu fis-6 pm u żgur li ftit jew xejn kellhom ħin jagħmlu xi ftit shopping kif aħna mdorrijin aħna l-Maltin. Iżda żgur li l-aqwa akkwisti m'għamluhomx mill- ħwienet tal-ħwejjeġ iżda mill-ħanut jew aħjar kif sejjaħlu DrDione Mifsud mill-palazz tal-Parlament li lejn Malta se jkunu jġibu informazzjoni u għarfien iżjed dwar dak li jinħema fi Brussell għall-poplu Ewropew. Meta tkellimt magħhom fil-fatt qablu kollha kemm huma li innutaw xi ħaġa li l-Ewropa għandha taħdem fuqha, li twassal eżatt dak li qed isir fi Brussell u barra Brussell lill-popli tagħha għax ftit jew xejn jafu x'qed isir fil-palazz John Busuttil minn Brussell illum@mediatoday.com.mt Akkademiċi u studenti mill-Università mistiedna fi Brussell Akkademiċi, amministraturi u studenti Universitarji jiddiskutu mal-MPE Maltin Żewġ MPE mill-ispettru oppost tal-politika ngħaqdu biex itellgħu grupp mill-fakultà tas-Social Wellbieng tal- Università ta' Malta fi Brussell

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 April 2017