Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/811848
Il-Ħadd 16 ta' April 2017 | illum Opinjoni 17 F ilwaqt li peress li se nkun qed nwieġeb għall- artiklu ta' Carmel Cacopardo b'titlu simili, li deher il-Ħadd li għadda f 'dan il-ġurnal, stajt intitolajt dan l-artiklu 'L-frejjeġ ta' Cacopardo', ma nħossx li għandi nimmira l-kritika tiegħi fil-konfront ta' min fil-liġijiet qatt ma kien f 'pożizzjoni lanqas froġa ma jagħmel - ħlief artikli u konferenzi nhar ta' Sibt biex ikollu l-ispotlight tal-gazzetti tal-Ħadd ma nafx li jagħmel. Ma naħsibx li s-Sur Cacopardo jimmerita li ismu jkun fit-titlu lanqas marbut ma' froġa. Ukoll għax ma rridx inkun inġust mas-Sur Cacopardo u ngħabbi lilu bi kritika ħarxa li hija mistħoqqa, xierqa u opportuna fil-konfront ta' nies bħal Carm Mifsud Bonnici u Tonio Borg, iżda li hu jsibha tant bi tqila jikkritka. Dan l-pajjiż għamel 25 sena mingħajr Liġi tal- Finanzjament tal-Partiti u riforma kostituzzjonali mhux minħabba s-Sur Cacopardo, li qatt ma kien f 'ebda pożizzjoni jagħmilhom, iżda minħabba Tonio Borg u Carm Mifsud Bonnici, li kienu jokkupaw karigi għoljin fi Gvernijiet Nazzjonalisti. Ma rridx inħalli lil Cacopardo allura jkun ta' scapegoat għal dawn it-tnejn, filwaqt li dawn it-tnejn jaħarbu mill-kritika nkiss inkiss. Għax jekk dak li qal Cacopardo fl-opinjoni tal- Ħadd li għadda huwa minnu, jekk il-Kummissjoni Elettorali llum għandha difetti, dawn l-istess li kellha meta Carm u Tonio kienu fil-gvern għal snin twal u responsabbli minn riforma kostituzzjonali li qatt m'għamlu. Allura għax qatt ma indikawhom u aktar gravi minn hekk għax m'għamlu xejn dwarhom f '25 sena sħaħ. Issa f 'daqqa waħda saru ħżiena u saru froġa? U allura l-kritika tal-PN, li jidher illi hija orkestrata minn Tonio Borg, trid tinftiehem li ġejja mingħand xi ħadd li għandu grudge enormi għax naqas bil- kbir f 'dan s-settur. Għax ladarba s-Sur Cacopardo għoġbu jsemmi l-frejjeġ, l-akbar froġa ħallewha dawn t-tnejn meta ħallew lil Malta l-uniku pajjiż fl-Ewropa mingħajr Liġi tal-Finanzjament tal-Partiti. Sitwazzjoni skandaluża li ppermettiet art fertili ħafna għal snin twal t'abbuż u korruzzjoni, li mal- ewwel kif daħlet il-Liġi qed niskopru minnufih t-tip of the iceberg. Iżda jkolli ngħid li din mhux l-ewwel darba li, għal xi raġuni li għad irrid niskopri, s-Sur Capopardo jidderiġi fil-konfront tiegħi kritika li jkun jimmerita Carm Mifsud Bonnici li ħalla traġedja kif jaf kulħadd fid-dekaseri tiegħu, tant li ġie sfiducjat mill- Parlament. Nixtieq li xi darba niskopri għaliex. Għax jekk idejquh il-frejjeġ, l-akbar froġa għamilha mbagħad missieru Ugo Mifsud Bonnici meta kiteb abbozz, li kellu jikteb ibnu, li meta ntbagħat lil GRECO dawn bagħtuh lura kważi jirridikolawh u ġie skrappjat minnufih għax kien non- starter. Qatt ma naf li s-Sur Cacopardo kien insolenti, inġust u aggressiv fil-konfront tal-missier u iben Mifsud Bonnici, daqskemm kien fil-konfront tiegħi wara li għamiltilhom xogħolhom mill- backbench u komplejt nassisti lil dan l-Gvern sakemm din l-Liġi fl-aħħar daħlet fis-seħħ. Mingħajr l-apprezzament tas-Sur Cacopardo ngħaddi però l-insolenza nirrespinġiha u se nirrespinġiha. Aktar jinteressani l-assessjar tal- GRECO li kellu kliem ta' tifħir fil-konfront ta' din il-liġi kuntrarjmanet għall-kritika ħarxa fil-konfront tal-abbozz ta' Carm u Ugo lura fl-2011 u li kellu jiġi abbandunat u skrappjat. Però s-Sur Cacopardo jfittex ix-xagħra f 'għajnejn xi wħud iżda ma jarax t-travu f 'għajnejn oħrajn. Mhux talli m'għamlu xejn snin sħaħ talli meta għamlu waqgħu għaż-żuffjett! Imma la għamluhom ta' Mifsud Bonnici, għal Cacopardo dawk mhux frejjeġ! Iżda mbagħad l-proposta tas- sur Cacopardo hija froġa fiha nfisha għax. Filwaqt li setgħet kienet jew tkun interessanti li kieku, jew meta l-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika jkun maħtur, illum li dan għadu mhux maħtur u ħadd ma jaf meta se jkun maħtur dan kien ifisser li l-Liġi probabbli llum għadha mhix fis-seħħ b'mod li allura dawn l-investigazzjonijiet ta' ksur mhux biss ma kinux jiġu inzijati iżda l-abbużi (jekk jirriżultaw) kienu jiżgiċċaw għax inkunu għadna bla Liġi, nistennew il- Kummissarju għall-Istandards! Dik froġa! Ovvjament il-Liġi dwar l-iStandards hija liġi oħra li m'għamlux Carm u Tonio għax kieku għamluha wieħed seta' jikkunsidraha! Imma lil dawk s-Sur Cacopardo jsibha diffiċli jikkritikahom. Meta ppreżentajt l-abbozz u meta ddiskutejna l-Liġi identifikajna organu kostituzzjonali li bla aktar dewmien u fil-prattika (mhux fil-fantasija) kien f 'pożizzjoni jinforza din l-Liġi. Li tpaċpaċ ħaġa, li tillegiżla ħaġa oħra. U liema aħjar minn Kummissjoni li għal 50 sena mexxiet l-elezzjonijiet ġenerali f 'Malta? Is-Sur Cacopardo jrid japprezza li bejn li tikteb xi artiklu u tilleġisla hemm differenza daqs kemm li tikkontesta l-elezzjonijiet u li tiġi elett. Kien importanti li l-Liġi tiddaħħal fis-seħħ bla dewmien u mill- aktar fis wara l-letargija u tkaxkir tas-saqajn ta' Carm u Tonio. Meta fil-futur jinstab forum f 'pożizzjoni aħjar li jamministra u jinforza din l-Liġi wieħed għandu jikkunsidrah. Għaliex le? Dan għidtu dejjem u ngħidu llum. Kieku saret l-Konvenzjoni Kostituzzjonali proposta mill- Gvern preżenti wieħed kien ikun jista' jidhol f 'aktar dettall. Iżda mbgahad ma jafx s-Sur Cacopardo li din l-Liġi filwaqt li bbażata fuq l-abbozz li kont ippreżentajt jien fil- Parlament f 'Jannar 2012, wara li kkunsidrajt l-ligjiet fl-Ingilterra u l-Ġermanja, hija frott ta' konsultazzjoni pubblika wiesgħa ħafna kif ukoll bl-assistenza tal-Avukat Ġenerali f 'kull waqt li kienet għaddejja mill-Parlament fejn ġiet approvata bi qbil unanimu? Allura dan l-proċess ta' sforz kollettiv kien froġa? Iżda mbagħad jekk wieħed jadotta l-istess raġunament l-Awtorità tax-Xandir li wkoll tista' timponi multi amministrattivi u toħroġ ordnijiet ukoll tikser l-Kostituzzjoni? Għax jekk hu hekk ilha tiksirha ħamsin sena! U mhux anke l-Kummissarju għal Protezzjoni tad-Data jiffunzjona bl-istess mod? Ma jfissirx li ma nemminx li hemm bżonn riformi fl- istituzzjonijiet infushom kif dejjem għidt (riformi li kellhom jagħmlu Carm u Tonio), però wieħed irid ikun prattiku u raġonevoli jekk verament irid li nikkumbattu l-korruzjoni u n-nuqqas ta' trasparenza! U hawnhekk l-akbar froġa tas-Sur Cacopardo, fejn jgħid li l-membri huma speċi ta' delegati tal-partiti. Għandu żball kbir. Dak mhux l-isprtu tal-Liġi. Għax min qed jgħid li l-membri tal- Kummissjoni Elettorali huma rappreżentanti tal-partiti qed jgħid ereżija. Il-membri tal-Kummissjoni Elettorali ma humiex rappreżentanti tal-partiti iżda bil-maqlub. Dak li qed jgħidu l-PN insensat. Jekk daħlet xi prassi fi żmien Fenech Adami li hija żbaljata li QISHOM xi rappreżentanti tal-partiti hija dik il-prassi li hi żbaljata mhux l-Kostituzzjoni li fl-art 60(9) hija kategorika fis-sens li ''Fl-eżerċizzju tal- funzjonijiet tagħha skont din il-Kostituzzjoni l-Kummissjoni Elettorali ma tkunx suġġetta għad-direzzjoni jew kontroll ta' xi persuna jew awtorità oħra.'' Ma humiex delegati tal-partiti iżda maħtura mil-President fuq parir tal-Prim Ministru wara li jikkonsulta l-Kap tal- Oppożizzjoni. Imma mbagħad jekk il-Liġi hija daqsekk froġa għaliex il- partit tiegħu stess (Alternattiva Demokratika) mar jiġri jagħmel ilment hu stess lill-Kummissjoni Elettorali u jitlobha tinvestiga t-termini ta' din l-Liġi? Sempliċiment diżgustanti li l-ewwel tirrikorri inti stess għall-mekkaniżmu kreat bil-Liġi mbagħad tgħid li froġa meta l-PN sabu daharhom mal-ħajt u qed jippruvaw iċaqalqu l-lasti! Tant il-Liġi mhix froġa li wara sena li daħlet fis-seħħ diġà hemm tliet investigazzjonijiet pendenti. Għal din il-Liġi ma jgħaddix kollox. Hija Liġi effettiva. Il-ġrieden jinqabdu. Il-froġa għamilha min kiser il-Liġi u hemm kont nistenna jipponta subgħajh is-Sur Cacopardo! Iżda ngħid aktar minn hekk. Ma jafx li l-Liġi tant hi dettaljata li tikkontempla anke investigazzjonijiet u reati kriminali apparti dawk amministrattivi investigati mill-Kummissjoni? Ma jafx is-Sur Cacopardo li taħt l-att 188 tal-Kodiċi Kriminali dikjarazzjonijiet foloz lill- Awtoritajiet Pubbliċi huma punibbli b'sentejn priġunerija u jiġu investigati mill-Pulizija? Ma jafx li ladarba issa, kuntrarjament għal żmien Ugo, Carm u Tonio, għandna Liġi ksur ta' din l-Liġi jista' jagħti lok anke għall-ksur ta' Liġijiet kriminali? Inoltre teknikament wieħed jista' anke jargumenta li l-akkuża mhux qed issir mill-Kummissjoni iżda mill- kumpanija DB. Il-Kummissjoni mhux takkuża iżda se tiddeċiedi allura m'hemmx kwistjoni ta' prosekutu u mħallef fl-istess ħin. Fl-ilmenti magħmulin mill-AD u PN l-istess prinċipju japplika. Huma qed jakkużaw mhux il- Kummissjoni Elettorali. Finalment l-atteġġjament negattiv, arroganti, inġust, konfrontattiv u insolenti ma jissimbolizzax biss l-atteggjament żbaljat li wassal l-Alternattiva għal froġa wara oħra u fallimenti kontinwi fl-elezzjonijiet għal snin sħaħ, iżda wkoll jissimbolizza r-raġuni għaliex dan l-pajjiż għamel snin twal mingħajr din l-Liġi – għax ħadd ma kien kapaċi jsib konverġenza kif sab Gvern Laburista permezz tal-Abbozz tiegħi li tpoġġa għall-konsultazzjoni pubblika u ġie rfinut fi sforz kollettiv nazzjonali. Inkomplu nfittxu dak li jgħaqqadna u nkomplu mexjin bir-Riforma kostituzzjonali li kont proponejt fil- Parlament u li issa qabdet pass ġmielu b'din il-Liġi, bir-Riforma tal-Ġustizzja (www.riformagustizzja.com), il-Liġi dwar l-Awtonomija tal- Parlament u diversi liġijiet oħra. L-Għid t-tajjeb lil kulħadd inkluż lil Carmel Cacopardo li nittama, wara track record twil ta' frejjeġ, ma jirnexxilux jagħmel froġa anke mill-bajda tal-Għid! Franco Debono huwa Kummissarju għal-Liġijiet u konsulent tal-Prim Ministru għar-Riforma tal-Ġustizzja "Kritika tal- PN, li jidher illi hija orkestrata minn Tonio Borg, trid tinftiehem li ġejja mingħand xi ħadd li għandu grudge enormi għax naqas bil-kbir f 'dan s-settur" "Ħadd ma kien kapaċi jsib konverġenza kif sab Gvern Laburista permezz tal- Abbozz tiegħi li tpoġġa għall- konsultazzjoni pubblika u ġie rfinut fi sforz kollettiv nazzjonali" FRANCO DEBONO Il-frejjeġ ta' Carm u Tonio