Illum previous editions

illum 16 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/811848

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

illum | Il-Ħadd 16 ta' April 2017 Opinjoni 18 X taqt nieħu spunt mill-artiklu li ġie ppubblikat minn Marilyn Bellizi msejjaħ "Għaliex tbatija Mulej?" ftit jiem ilu f 'din il-gazzetta stess għaliex il-problema tat-tbatija u l-mod kif inhi ttrattata mir-reliġjon Kattolika dejjem ħawwadni. Irid nibda billi ngħid li mindu kont żgħir xbajt nisma' l-għidut li "Alla ma jagħtikx aktar milli tiflaħ!" Kienu jgħiduhieli tal- Museum, qassisin u anke lajċi devoti, iżda meta kont inħares madwari kont nara kemm mhijiex vera. Kont naf familja bir-raġel qed imut bil-lewkimja u t-tfal morda wkoll, u l-omm bil- kalmanti tipprova żżomm familja mkissra flimkien. Familja oħra kienet ilha tipprova għat-tfal u meta tweldilha wild indunaw li għandu spina bifida u se jqatta' ħajtu mgħawweġ granċ f 'siġġu tar-roti, u biex tgħaxxaqha ftit wara mititlu ommu bil-kanċer tas-sider, u missieru kważi ġġennen. Nista' nibqa' għaddej b'eżempji bħal dawn li lili dejjem ħallewni bla nifs u bla fidi, u dejjem kont inħoss għal min kien verament jemmen u kellu joqgħod għall- paroli fil-vojt li kienu jgħidulu r-reliġjużi biex mingħalihom jiġġustifikaw it-tbatija tremenda li jkunu għaddejjin minnha dawn in-nies. Kien jidher ċar li min kien ilissen dawn il-kliem qatt ma kellu esperjeza ta' verament xi tfisser tbatija u minflok ma' jagħlqu ħalqhom, ilissnu platitudnijiet li ħafna drabi jkomplu jkabbru l-ġerħa tat-tbatija. Mela diġà tajt żewġ eżempji ta' kemm l-argument li "Alla qatt ma jagħtik aktar milli tiflaħ" huwa falz u peress li għamilt ħafna żmien naħdem l-isptar nista' nagħti pataflun ieħor t'eżempji, però rridkom tiftakru wkoll li f 'din id-dinja vasta kuljum hemm xi Nisrani (jew Kattoliku) qed imut bil-ġuħ, bil- mard qattiel, b'diżastri naturali, epidemiji, kankri, faqar, gwerra, mard mentali u elf ħaġa oħra li bilfors iġegħluna nistaqsu għalfejn Alla ma jaqbadx u jneħħi din it-tbatija kollha. Fil-fatt, din mistoqsija valida li nixtieq inħalliha għal darb'oħra għax fiha ħafna x'tixtarr u lllum nippreferi nikteb fuq l-għidut li "Alla qatt ma jagħtik aktar milli tiflaħ!" u r-raġunijiet għalfejn nibqgħu ngħiduha. Nifhem li min jgħidha jkun qed jipprova jagħti s-sapport, iżda naħseb li ħafna nies ma jafux minn fejn ġiet din il-frażi. Bħal kull aspett teoloġiku tar- reliġjon Kattoliku m'hemmx risposta waħda ċara. Jidher li hemm idea ġenerali li jekk tistaqsi lil Alla jaqlagħlek grazzja u jagħtihielek u dawn nistgħu narawhom f 'diversi partijiet mill-Bibbja bħal: • [Mt:7:8] Għax kull min jitlob, jaqla', min ifittex isib, u min iħabbat jiftħulu. • [Mt:17:20] Għax tassew ngħidilkom, li kieku għandkom fidi mqar daqs żerriegħa tal-mustarda, kontu tgħidu lil din il- muntanja, 'Warrab minn hawn u mur hemm', u hi kienet twarrab; u ma jkun hemm xejn għalikom li ma jistax isir." • [Mk:11:24] Għalhekk ngħidilkom: kulma titolbu fit-talb tagħkom, emmnu li tkunu ġà qlajtuh, u jingħatalkom. • [Ġw:14:14] Iva, jekk titolbuni xi ħaġa f 'ismi, jiena nagħmilha. Bħalma tistgħu timmaġinaw, inkitbu studji u kotba sħaħ dwar eżattament xi jfissru dawn il-kwotazzjonijiet però naħseb li tapprezzaw li kollha juru li jekk il-fidili jitolbu lil Alla dan jilqa' x-xewqat tagħhom. Minkejja li naħseb li wrejt b'diversi eżempji ċari li l-platitudni "Alla qatt ma jagħtik aktar milli tiflaħ!" mhijiex korretta, żgur li se jkun hemm Kattoliċi apoloġisti li jipprovaw isibu x-xagħra fl-għaġina ħalli jduru madwarha u jipprovaw jiġġustifikawha. Bl-apoloġisti Kattoliċi rrid infisser dawk it- teologi li xogħolhom hu li jiddefendu l-fidi Kattolika (jew Kristjana) jew li jkollhom iħabbtu wiċċhom ma' problemi aktar serji li jitfgħu dubji fuq id-duttrina u d-domma tagħhom. Ħa nagħti ftit eżempji. • Il-problema tal-ħażen u l-mod kif r-reliġjon Kattolika tinsisti li dak kollu tajjeb ġej mill-imħabba t'Alla u l-pjan perfett tiegħu, filwaqt li jinsistu li m'għandniex inwaħħlu fih għall-ħażen li hawn għax dak it-tort tagħna tad-dnub oriġinali li għamlu Adam u Eva fil-Ġenna tal-Art. • Biex inkomplu fuq il- problema tal-ħażen ma nistgħux ma nistaqsux għalfejn Alla li hu omnipotenti (għandu l-poter jagħmel kollox) u omnixxenti (għandu l-poter li jaf kollox), ma jagħmel xejn biex jgħin lil dawk il-miljuni li qed ibatu minn diżastri naturali. • Ma nistgħux ma nsemmux il-morali li skont ir- reliġjon Kattolika dawn ma jinbidlux, huma universali u ġejjin minn Alla, iżda l-apoloġisti jippruvaw jinjoraw is-sapport li Alla jagħti fil-Bibbja favur l-iskjavitu, il-ġenoċidji fl- Antik Testment, il-massakri ta' popli sħaħ, it-tħaġġir tal-prostituti, is-saħta u l-qtil ta' min jaħdem fil-jum tal-mistrieħ u tant affarijiet oħra. L-istess apoloġisti tal-Knisja Kattoliku jħobbu jużaw difiża oħra dwar l-għidut li "Alla qatt ma jagħtikx aktar milli tiflaħ!" Huma jsostnu li anke jekk tkun għext ħajja mimlija tbatija, trid tiftakar li fil-ħajja l-oħra wara l-mewt kollox se jkun irranġat. Minkejja li m'hemmx garanzija li persuna jekk tmut se tieħu l-premju ta' dejjem (għax tista' tmur l-infern skont ir-reliġjon Kattolika) hemm il-fatt li persuna tkun xorta tħalliet tiġi ttorturata matul ħajjitha b'tbatijiet diversi meta Alla suppost ħanin, ta' mħabba bla qies u ġust seta' faċilment neħħa din it-tbatija kollha b'sempliċiment ċaqlieqa ta' subgħu ż-żgħir? Forsi l-aktar ħaġa li turtani u ddejjaqni f 'din il-kwistjoni kollha ta' "Alla qatt ma jagħtik aktar milli tiflaħ!" hi li ma din is-sentenza, r-reliġjużi dejjem iżidu jekk "għandek fidi biżżejjed'. L-aktar episodju li qatt qallagħni seħħ meta kont qed niddibatti suġġett reliġjuż fuq programm popolari televiżiv snin ilu u tkellmet mara li qabadha l-kankru tliet darbiet, u kien jidher ċar li kienet mara devota u temmen, u meta staqsiet lir- reliġjuż għaliex reġa' qabadha l-kankru, dan b'ton iebes qalilha li sinjal li ma kellhiex fidi biżżejjed. Din għalija kienet biċċa krudeltà u verament iddispjaċieni meta l-mara mietet ftit ġimgħat wara u kont ċert li marret id-dinja l-oħra mimlija dubji li ma kenitx Kattolika tajba minflok bit- trankwiltà li persuna li batiet daqshekk kien jistħoqqilha. U nispiċċa b'din. Li twaħħal f 'xi ħadd li l-mard li għandu huwa t-tort tiegħu minħabba li m'għandux fidi biżżejjed hija nuqqas kbir t'imħabba lejn il-persuna, l-aktar jekk tkun taf li qiegħda tmut; u din hija l-problema tal- għidut li "Alla qatt ma jagħtik aktar milli tiflaħ!" Mhijiex vera, hija qarrieqa u tispiċċa tweġġa' lil min hu diġà muġugħ; u dan mhux sewwa. "Mara li qabadha l-kankru tliet darbiet ... staqsiet lir- reliġjuż għaliex reġa' qabadha l-kankru, dan b'ton iebes qalilha li sinjal li ma kellhiex fidi biżżejjed." DAVID PACE Huwa minnu li "Alla qatt ma jagħtik aktar milli tiflaħ?"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 April 2017