Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/811848
Il-Ħadd 16 ta' April 2017 | illum 3 Aħbarijiet Se jiftħilha libell u qed jitlob lill-Qorti tisimgħu b'urġenza Iċ-Chief of Staff tal-PM Keith Schembri se jiftaħ libell lil DCG wara li din allegat illi għandha informazzjoni li 'ammonti kbar' ta' fl us' spiċċaw fi l-kontijiet Egrant, Tillgate u Hearnville Minn Albert Gauci Cunningham FI stqarrija, wara blog partikolari li ttela' minn Daphne Caruana Galizia, ċ-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-PM Keith Schembri qal illi nhar it-Tnejn li ġej "se nkun qed niftaħ libell lil Daphne Caruana Galizia dwar allegazzjonijiet fabbrikati li qed terġa' tagħmel fil-konfront tiegħi. Niċħad l-istorja li qed ixxerred fl-intier tagħha."! Fil-blog tagħha Caruana Galizia qalet illi waslilha informazzjoni dwar ta' min kienet il-kumpanija Egrant li ġiet xolta fl-aħħar ġranet u li waslitilha informazzjoni wkoll ta' "ammonti kbar ta' flus minn kont tal- bank fl-Azerbaijan għal kontijiet ta' sidien ta' Egrant, Hearnville (il-kumpanija ta' Konrad Mizzi) u Tillgate (il-kumpanija ta' Keith Schembri)." Minn naħa tiegħu Schembri qal illi se jitlob ukoll lill-Qorti "biex tisma' dan il-libell b'urġenza biex jinqata' fl-iqsar żmien. Jekk hija tant ċerta minn dak li qed tgħid għandha hi stess taqbel mal-urġenza biex il-provi ta' dak li qed tgħid tkun tista' tressaqhom malajr fil-Qorti. Min jagħmel allegazzjonijiet għandu d-dmir jissostanzjahom." Schembri saħaq illi "t-taħwid intern fil-Partit Nazzjonalista se jiftaħ staġun ta' gideb u aħbarijiet foloz. Determinat li ma nħallix iktar gideb u fabbrikar ta' stejjer fuqi." Intant anke l-Ministru Konrad Mizzi se jiftaħ libell kontra l-blogger fir-rigward tal-allegazzjonijiet li għamlet dwaru, u bħal Schembri, se jagħmel talba lill-Qorti sabiex il-każ jinstema' b'urġenza. Mizzi sostna li l-allegazzjonijiet ta' Caruana Galizia huma foloz u huwa qiegħed jiċħad kollox bis- saħħa, hekk kif sostna li ebda somma ta' flus ma ġiet trasferita lill-Hearnville Inc. Infatti, Hearnville Inc. lanqas qatt biss kellha kont il-bank. Mizzi żied isostni li huwa qatt ma żar il-Pilatus Bank. Fuq kollox, Mizzi tenna biċ- ċar li ebda tip ta' fondi minn, jew relatati mal-Azerbaijan ma ġew trasferiti lilu jew lil xi membru tal-familja tiegħu. "Daphne Caruana Galizia qed tigdeb sfaċċatament," tenna Konrad Mizzi Il-Ministru Mizzi talab li jsir awditjar indipendenti tal-kontjiet familjari fi New Zealand u ta' Hearnville Inc. Minn naħa tagħha, Daphne Caruana Galizia irrispondiet fuq il-blog tagħha, li Konrad Mizzi u Keith Schembri jistgħu jiftħu libelli kemm iridu. Il-Blogger qalet li jgħidu xi jgħidu, xorta ħadd ma jemminhom. Hija fakkret li meta kienet ħarġet l-istorja dwar il-kumpaniji fil- Panama u t-trusts fi New Zealand, huma wkoll kienu qalu li qed tigdeb, iżda ma kienitx. Caruana Galizia temmet tgħid li Mizzi u Schembri minn naħa tagħhom, ma waqfu qatt jigdbu, u issa ovvjament, jinsabu fi stat ta' paniku. Battalja ġdida bejn Keith u Konrad kontra Daphne... 780 esklużżjoni mogħtija lil studenti mill-2014 sal-lum Minn Ruben Anthony Xuereb BEJN is-sena skolastika 2014/15 u dik li għada għaddejja bħalissa, ingħataw b'kollox 780 esklużjoni lil studenti li jattendu skejjel tal-Istat, għal diversi raġunijiet differenti. Fost ir-raġunijiet li għalihom dawn l-istudenti ġew esklużi mill-iskola, kien hemm ġlied, bullying, kliem dispreġġjattiv, ħażin jew oxxen, nuqqas ta' rispett lejn l-iskola, ksur tar-regolamenti tal-iskola, ksur tar-regoli ta' dixxiplina, tħarbit ta' lezzjonijiet u tal-programm edukattiv tagħhom u ta' sħabhom l-istudenti, użu mhux proprju ta' apparat ta' sigurtà u mġieba ħażina jew agressiva. Aktar ma jgħaddi ż-żmien, fl-iskejjel tal-Istat, in- numru ta' student li jaqilgħu esklużjoni qiegħed jiżdied, hekk kif fis-sena skolastika 2014/15, ġew esklużi 241 student, f 'dik tal-2015/16 ġew esklużi 262 student, filwaqt li fis-sena skolastika li għada ma spiċċatx din is-sena, diġà ngħataw 277 esklużjoni. In-numru ta' studenti mill- iskejjel mhux tal-Istat li ġew esklużi bejn is-sena skolastika 2014/15 sal-lum kien ta' 194. Fis-sena skolastika 2014/15, 56 student ġew esklużi mill- iskola, Fis-sena skolastika 2015/16, in numru kien ta' 74 esklużjoni, filwaqt li din is- sena s'issa diġà kien hemm 64 student li qalgħu esklużjoni. In-numru ta' ġranet ta' esklużjoni kien ivarja minn jum wieħed skolastiku ta' student wieħed fi skola waħda għal 137 jum ta' tkeċċija akkumulati mferrxa fuq numru ta' studenti fi skola waħda, sena sena. In-numru ta' ġranet ta' esklużjoni mgħotijin lill- istudenti kien ivarja minn nofs jum tal-iskola għal 25 ġurnata, skont il-gravità tar- raġuni. Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Evarist Bartolo bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari mressqa lili minhħand id-Deputat Laburista Etienne Grech.